3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2027 b’lista ta’ tipi ta’ entitajiet ġuridiċi, fejn is-sidien benefiċjarji tagħhom jiġu identifikati f’konformità mal-paragrafu 1.
In-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni ta’:
|
(a)
|
il-forma u l-karatteristiċi bażiċita’ dawk l-entitajiet ġuridiċi;;
|
|
(b)
|
il-proċess li permezz tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti;
|
|
(c)
|
il-proċess għall-aċċess għal informazzjoni bażika u dwar is-sjieda benefiċjarja dwar dawk l-entitajiet ġuridiċi;
|
|
(d)
|
is-siti web li fihom ir-reġistri ċentrali li fihom tista’ tiġi kkonsultata informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ dawk l-entitajiet ġuridiċi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-entitajiet inkarigati minn dawk ir-reġistri.
|