3. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tista’ ssir divulgazzjoni bejn entitajiet marbutin b’obbligu li jappartjenu għall-istess grupp, jew bejn tali entitajiet u l-fergħat u s-sussidjarji tagħhom stabbiliti f’pajjiżi terzi, dment li dawk il-fergħat u s-sussidjarji jikkonformaw bis-sħiħ mal-politiki u mal-proċeduri għall-grupp kollu, inkluż il-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fi ħdan il-grupp, f’konformità mal-Artikolu 16, u li l-politiki u l-proċeduri għall-grupp kollu jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament.