2. L-entitajiet marbutin b’obbligu li beħsiebhom jipparteċipaw fi sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet superviżorji rispettivi tagħhom li għandhom jivverifikaw, fejn ikun rilevanti f’konsultazzjoni ma’ xulxin u mal-awtoritajiet inkarigati mill-verifika tal-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, li s-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni jkollha mekkaniżmi fis-seħħ biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan l-Artikolu u li tkun saret il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (h). Il-verifika għandha ssir qabel il-bidu tal-attivitajiet tas-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkonsultaw ukoll lill-FIUs.
Ir-responsabbiltà għall-konformità mar-rekwiżiti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali għandha tibqa’ f’idejn il-parteċipanti fis-sħubija għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni.