2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jiddeċiedu li jissostitwixxu ż-żamma ta’ kopji tal-informazzjoni b’żamma tar-referenzi għal dik l-informazzjoni, dment li n-natura u l-metodu taż-żamma tal-informazzjoni jiżguraw li l-entitajiet marbutin b’obbligu jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni minnufih lill-awtoritajiet kompetenti u li l-informazzjoni ma tistax tiġi modifikata jew tinbidel.
L-entitajiet marbutin b’obbligu li jużaw id-deroga msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddefinixxu fil-proċeduri interni tagħhom imfasslin skont l-Artikolu 9 il-kategoriji ta’ informazzjoni li għalihom ser iżommu referenza minflok kopja jew l-oriġinali, kif ukoll il-proċeduri sabiex tinstab l-informazzjoni bl-għan li tkun tista’ tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.