1. Fil-każ ta’ trasferiment f’lottijiet minn pagatur uniku fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-prendituri jinsabu barra l-Unjoni, l-Artikolu 4(1) ma għandux japplika għat-trasferimenti individwali miġbura flimkien fih, sakemm il-lott ikun fih l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), (2) u (3), dik l-informazzjoni tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 4(4) u (5), u sakemm it-trasferimenti individwali jkollhom in-numru tal-kont tal-pagamenti tal-pagatur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.