+Artikolu 6 Trasferimenti ta’ fondi barra mill-Unjoni
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2

Artikolu 6 Trasferimenti ta’ fondi barra mill-Unjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   Fil-każ ta’ trasferiment f’lottijiet minn pagatur uniku fejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament tal-prendituri jinsabu barra l-Unjoni, l-Artikolu 4(1) ma għandux japplika għat-trasferimenti individwali miġbura flimkien fih, sakemm il-lott ikun fih l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), (2) u (3), dik l-informazzjoni tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 4(4) u (5), u sakemm it-trasferimenti individwali jkollhom in-numru tal-kont tal-pagamenti tal-pagatur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

Artikolu 6 2

2.   B’deroga mill-Artikolu 4(1), u, fejn applikabbli, mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni meħtieġa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 260/2012, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jkun stabbilit barra l-Unjoni, it-trasferimenti ta’ fondi li ma jaqbżux l-EUR 1 000 li ma jidhrux li huma marbuta ma’ trasferimenti oħra ta’ fondi li, flimkien mat-trasferiment inkwistjoni, jaqbżu l-EUR 1 000, għandhom ikunu akkumpanjati minn tal-anqas:

(a)

l-isem tal-pagatur u l-isem tal-prenditur; u

(b)

in-numri tal-kont tal-pagamenti kemm tal-pagatur kif ukoll tal-prenditur jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(3), l-identifikatur uniku tat-tranżazzjoni.

B’deroga mill-Artikolu 4(4), mhuwiex meħtieġ li l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur imsemmija f’dan il-paragrafu, sakemm il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-pagatur:

(a)

ma jkunx irċieva l-fondi li għandhom jiġu trasferiti fi flus jew fi flus elettroniċi anonimi; jew

(b)

ma jkollux raġunijiet raġonevoli għal suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit