+Artikolu 2 1

Artikolu 2 1

1.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-impatt reputazzjonali tal-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu li jkun seħħ impatt reputazzjonali fejn mill-inqas irid jiġi ssodisfat wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a)

l-inċident ikun ġie rifless fil-media;

(b)

l-inċident ikun irriżulta f’ilmenti ripetittivi minn klijenti jew kontropartijiet finanzjarji differenti dwar servizzi b’kuntatt mal-klijenti jew relazzjonijiet kummerċjali kritiċi;

(c)

l-entità finanzjarja mhux se tkun tista’ jew aktarx li ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji bħala riżultat tal-inċident;

(d)

l-entità finanzjarja se titlef jew aktarx li titlef klijenti jew kontropartijiet finanzjarji b’impatt materjali fuq in-negozju tagħha bħala riżultat tal-inċident.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit