1. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-impatt reputazzjonali tal-inċident kif imsemmi fl-Artikolu 18(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu li jkun seħħ impatt reputazzjonali fejn mill-inqas irid jiġi ssodisfat wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
l-inċident ikun ġie rifless fil-media;
|
|
(b)
|
l-inċident ikun irriżulta f’ilmenti ripetittivi minn klijenti jew kontropartijiet finanzjarji differenti dwar servizzi b’kuntatt mal-klijenti jew relazzjonijiet kummerċjali kritiċi;
|
|
(c)
|
l-entità finanzjarja mhux se tkun tista’ jew aktarx li ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji bħala riżultat tal-inċident;
|
|
(d)
|
l-entità finanzjarja se titlef jew aktarx li titlef klijenti jew kontropartijiet finanzjarji b’impatt materjali fuq in-negozju tagħha bħala riżultat tal-inċident.
|