1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti kollha li ġejjin għall-użu ta’ testers interni:
|
(a)
|
l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ politika għall-ġestjoni ta’ testers interni f’TLPT;
|
|
(b)
|
miżuri biex jiġi żgurat li l-użu ta’ testers interni biex isir TLPT ma jkollux impatt negattiv fuq il-kapaċitajiet ġenerali ta’ difiża jew ta’ reżiljenza tal-entità finanzjarja rigward inċidenti relatati mal-ICT jew ikollu impatt sinifikanti fuq id-disponibbiltà ta’ riżorsi dedikati għal kompiti relatati mal-ICT waqt TLPT;
|
|
(c)
|
miżuri biex jiġi żgurat li t-testers interni jkollhom biżżejjed riżorsi u kapaċitajiet biex jagħmlu TLPT.
|
Il-politika msemmija fil-punt (a) għandha:
|
(a)
|
ikun fiha kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza, il-kompetenza, il-kunflitti ta’ interess potenzjali tat-testers interni u tispeċifika r-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni fil-proċess tal-ittestjar;
|
|
(b)
|
tkun dokumentata u rieżaminata perjodikament;
|
|
(c)
|
tipprevedi li t-tim tal-ittestjar intern jinkludi kap tat-test, u mill-anqas żewġ membri addizzjonali;
|
|
(d)
|
tirrikjedi li l-membri kollha tat-tim tat-test ikunu ġew impjegati mill-entità finanzjarja jew minn fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT għat-12-il xahar preċedenti;
|
|
(e)
|
tinkludi dispożizzjonijiet fuq it-taħriġ dwar kif isir l-ittestjar tal-penetrazzjoni u l-ittestjar tat-tim l-aħmar tat-testers interni.
|