+Artikolu 15 Użu ta’ testers interni
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
|
Artikolu 15 Użu ta’ testers interni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti kollha li ġejjin għall-użu ta’ testers interni:
|
(a)
|
l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ politika għall-ġestjoni ta’ testers interni f’TLPT;
|
|
(b)
|
miżuri biex jiġi żgurat li l-użu ta’ testers interni biex isir TLPT ma jkollux impatt negattiv fuq il-kapaċitajiet ġenerali ta’ difiża jew ta’ reżiljenza tal-entità finanzjarja rigward inċidenti relatati mal-ICT jew ikollu impatt sinifikanti fuq id-disponibbiltà ta’ riżorsi dedikati għal kompiti relatati mal-ICT waqt TLPT;
|
|
(c)
|
miżuri biex jiġi żgurat li t-testers interni jkollhom biżżejjed riżorsi u kapaċitajiet biex jagħmlu TLPT.
|
Il-politika msemmija fil-punt (a) għandha:
|
(a)
|
ikun fiha kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza, il-kompetenza, il-kunflitti ta’ interess potenzjali tat-testers interni u tispeċifika r-responsabbiltajiet ta’ ġestjoni fil-proċess tal-ittestjar;
|
|
(b)
|
tkun dokumentata u rieżaminata perjodikament;
|
|
(c)
|
tipprevedi li t-tim tal-ittestjar intern jinkludi kap tat-test, u mill-anqas żewġ membri addizzjonali;
|
|
(d)
|
tirrikjedi li l-membri kollha tat-tim tat-test ikunu ġew impjegati mill-entità finanzjarja jew minn fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT għat-12-il xahar preċedenti;
|
|
(e)
|
tinkludi dispożizzjonijiet fuq it-taħriġ dwar kif isir l-ittestjar tal-penetrazzjoni u l-ittestjar tat-tim l-aħmar tat-testers interni.
|
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Meta awtorità tat-TLPT tapprova l-użu ta’ testers interni f’konformità mal-Artikolu 27(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-awtorità tat-TLPT għandha tqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Meta tuża testers interni, l-entità finanzjarja għandha tiżgura li tali użu jissemma fid-dokumenti li ġejjin:
|
(a)
|
l-informazzjoni għall-bidu tat-test imsemmija fl-Artikolu 9;
|
|
(b)
|
ir-rapport tat-test tat-tim l-aħmar imsemmi fl-Artikolu 12(2);
|
|
(c)
|
ir-rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet rilevanti tat-TLPT imsemmi fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) 2022/2554.
|
|
|
Artikolu 15 4
|
4. It-testers impjegati minn fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT għandhom jitqiesu bħala testers interni tal-entità finanzjarja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|