+Artikolu 16 1

Artikolu 16 1

1.   Għall-finijiet li jsir TLPT fir-rigward ta’ entità finanzjarja li tipprovdi servizzi f’aktar minn Stat Membru wieħed, inkluż permezz ta’ fergħa, l-awtorità tat-TLPT tagħha għandha:

(a)

tiddetermina liema awtoritajiet tat-TLPT fl-Istati Membri ospitanti għandhom ikunu involuti, filwaqt li tqis jekk funzjoni kritika jew importanti waħda jew aktar humiex operati fl-Istati Membri ospitanti jew kondiviżi bejniethom;

(b)

tinforma lill-awtoritajiet tat-TLPT identifikati f’konformità mal-punt (a) bid-deċiżjoni li jsir test tat-TLPT fuq l-entità finanzjarja;

(c)

sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tat-TLPT, l-awtorità tat-TLPT tal-entità finanzjarja għandha tmexxi t-TLPT.

L-awtoritajiet tat-TLPT tal-Istati Membri ospitanti jistgħu, fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-informazzjoni dwar twettiq futur ta’ TLPT, jew jesprimu l-interess tagħhom li jsegwu t-TLPT bħala osservaturi jew jassenjaw maniġer tat-testijiet biex jipparteċipa fit-TLPT. L-awtorità ewlenija tat-TLPT għandha tipprovdi lill-awtoritajiet kollha tat-TLPT li qed jaġixxu bħala osservaturi fit-TLPT bid-dokument tal-ispeċifikazzjoni tal-ambitu, ir-rapport ta’ sinteżi tat-test, il-pjan ta’ rimedju u l-attestazzjoni.

L-awtorità ewlenija tat-TLPT għandha tikkoordina l-awtoritajiet kollha tat-TLPT parteċipanti matul it-test u tadotta d-deċiżjonijiet kollha meħtieġa biex it-TLPT isir b’mod xieraq u effettiv. L-awtorità ewlenija tat-TLPT tista’ tistabbilixxi għadd massimu ta’ awtoritajiet tat-TLPT parteċipanti, fejn it-twettiq effiċjenti tat-TLPT jista’ inkella jiġi kompromess.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit