+Artikolu 1 1
|
Artikolu 1 1
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I biex jippreżentaw in-notifika inizjali, ir-rapport intermedju, u r-rapport finali msemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554, kif ġej:
|
(a)
|
l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw notifika inizjali għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/301 (7), u jistgħu, meta diġà jkollhom dik l-informazzjoni, jimlew dawk il-kampijiet tad-data li t-tlestija tagħhom mhijiex meħtieġa għal notifika inizjali iżda hija meħtieġa għal rapport intermedju jew finali;
|
|
(b)
|
l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw rapport intermedju għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/301 u jistgħu, meta diġà jkollhom l-informazzjoni rilevanti, jimlew il-kampijiet tad-data li t-tlestija tagħhom mhijiex meħtieġa għar-rapport intermedju, iżda hija meħtieġa għar-rapport finali.
|
|
(c)
|
l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw rapport finali għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/301.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|