+Artikolu 1 Mudell għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5

Artikolu 1 Mudell għar-rapportar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I biex jippreżentaw in-notifika inizjali, ir-rapport intermedju, u r-rapport finali msemmi fl-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2022/2554, kif ġej:

(a)

l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw notifika inizjali għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/301 (7), u jistgħu, meta diġà jkollhom dik l-informazzjoni, jimlew dawk il-kampijiet tad-data li t-tlestija tagħhom mhijiex meħtieġa għal notifika inizjali iżda hija meħtieġa għal rapport intermedju jew finali;

(b)

l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw rapport intermedju għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/301 u jistgħu, meta diġà jkollhom l-informazzjoni rilevanti, jimlew il-kampijiet tad-data li t-tlestija tagħhom mhijiex meħtieġa għar-rapport intermedju, iżda hija meħtieġa għar-rapport finali.

(c)

l-entitajiet finanzjarji li jippreżentaw rapport finali għandhom jimlew il-kampijiet tad-data tal-mudell li jikkorrispondu mal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2025/301.

Artikolu 1 2

2.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fin-notifika inizjali, u fir-rapport intermedju u f’dak finali, tkun kompluta u preċiża.

Artikolu 1 3

3.   L-entitajiet finanzjarji għandhom jipprovdu valuri stmati abbażi ta’ data u informazzjoni disponibbli oħra, sa fejn ikun possibbli, meta data preċiża ma tkunx disponibbli fil-ħin tar-rapportar għan-notifika inizjali jew għar-rapport intermedju.

Artikolu 1 4

4.   Meta jippreżentaw rapport intermedju jew finali, l-entitajiet finanzjarji għandhom jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I biex jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa kollha u jaġġornaw, meta applikabbli, l-informazzjoni li ġiet ipprovduta qabel fin-notifika inizjali jew fir-rapport intermedju.

Artikolu 1 5

5.   L-entitajiet finanzjarji għandhom isegwu l-glossarju tad-data u l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II meta jimlew il-mudell stabbilit fl-Anness I.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit