+ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur. (70/157/KEE)
---+Artikolu 1
---+Article 2
---+Article 2a
------+Article 2a 1.
------+Article 2a 2.
---+Artikolu 3
---+Artikolu 4
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
---+Artikolu 5
---+Lista ta’ l-Annessi
---+ANNESS I DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR
---+ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST BĦALA UNITAJIET SEPARATI (SISTEMI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ L-EGŻOST)
---+ANNESS III
|
English -
European Union -
Environment -
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur. (70/157/KEE)
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u tas-sistema ta’ l-exhaust tal-vetturi bil-mutur. (70/157/KEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1 Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil, jew mingħajr il-qafas, li jkollha minn ta’ lanqas erba’ roti u li tkun kapaċi tilħaq veloċità li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi li jimxu fuq
►M9
linji u tratturi agrikoli u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli. ◄
▼M3
L-Artikolu 2 L-ebda Stat Membru ma jista’, fuq il-bażi li tirigwardja l-livell permissibli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust, jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew nazzjonali rigward tip ta’ vettura jew tip ta’ sistema ta’ l-exhaust jew ta’ komponenti ta’ din is-sistema meqjusa bħala unità teknika separata,
— jekk il-vettura tissodisfa il-ħtiġiet ta’ l-Anness I rigward il-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust,
— jekk is-sistema ta’ l-exhaust jew xi komponent tagħha, ikkunsidrat bħala unità teknika separata skond it-tifsira ta’
►M9
‘l-Artikolu 2 ◄ tad-Direttiva 70/156/KEE tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness II.
L-Artikolu 2a 1. L-ebda Stat Membru ma jista’, fuq raġunijiet li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust, jiċħad jew jipprojbixxi il-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ xi vettura li fiha l-livell tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Anness I. 2. L-ebda Stat Membru ma jista’, fuq bażi li tirrigwardja l-livell permissibli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-exhaust, jipprojbixxi l-preżentazzjoni fis-suq ta’ sistema ta’ l-exhaust jew ta’ xi komponent tagħha ikkunsidrat bħala unità teknika separata skond it-tifsira ta’
►M9
‘l-Artikolu 2 ◄ tad-Direttiva 70/156/KEE jekk, skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2, hija tip li fir-rigward tiegħu l-approvazzjoni tat-tip kienet mogħtija.
▼B
|
|
Article 2
|
Article 2
No Member State may, on grounds relating to the permissible sound level and the exhaust system, refuse to grant EEC or national type-approval in respect of a type of motor vehicle or type of exhaust system or component of such a system regarded as a separate technical unit,
—
if the vehicle satisfies the requirements of Annex I as regards the sound level and exhaust system,
—
if the exhaust system or any component thereof, considered as a separate technical unit within the meaning of
►M9
Article 2 ◄ of Directive 70/156/EEC satisfies the requirements of Annex II.
|
|
Article 2a
|
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 3 L-emendi meħtieġa għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’
►M9
l-Annessi ◄ sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġiet stabbiliti
►M3
il-punti 5.2.2.1 u 5.2.2.5 ta’ l-Anness I ◄ , għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 4
|
Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha, u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. 2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jkunu komunikati lill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 5
|
Artikolu 5 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
▼M9
|
|
Lista ta’ l-Annessi
|
Lista ta’ l-Annessi
|
L-ANNESS I:
|
Dispożizzjonijiet għal approvazzjoni tat-tip tal-KE rigward il-livell tal-ħoss ta’ tip ta’ vettura bil-mutur
Appendiċi 1: Dokument ta’ tagħrif Nru … skond l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (1) li tikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mal-livell permessibbli tal-ħoss u s-sistema ta’ l-egżost (Id-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)
Appendiċi 2: Mudell
Addendumgħaċ-ċertifikatta’ approvazzjonitat-tip tal-KENru …: li jikkonċerna l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tad-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE
|
|
L-ANNESS II:
|
Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE tas-sistemi ta’ l-egżost bħala unitajiet separati (sistemi ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost)
Appendiċi 1: Dokument tat-Tagħrif Nru … relatat ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE bħala unità separata ta’ sistemi ta’ l-egżost għal vetturi bil-mutur (id-Direttiva 70/157/KEE, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)
Appendiċi 2: Mudell
Addendumgħaċ-ċertifikat ta’l-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …: li jirrigwarda l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-unità teknika separata tas-sistemi ta’ l-egżost tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tad-Direttiva 70/157/KEE kif emendata l-aħħar bid-Direttiva …/…/KE)
Appendiċi 3: Mudell tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-ke
|
|
L-ANNESS III:
|
Verifiki dwar il-konformità tal-produzzjoni
|
|
(1) In-numri ta' l-entrati u n-noti ta’ qiegħ il-paġna użati f’dan id-dokument ta’ tagħrif jikkorrispondu għal dawk stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 70/156/KEE. L-entrati mhux relevanti għall-għan ta' din id-Direttiva tħallew barra.
|
▼M12
|
|
ANNESS I DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR
|
ANNESS I DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE RIGWARD IL-LIVELL TAL-ĦOSS TA’ TIP TA’ VETTURA BIL-MUTUR 1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA
|
1.1.
|
L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura għal dak li għandu x’jaqsam mal-livell ta’ ħoss għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura.
|
|
1.2.
|
Fl-Appendiċi 1 qed jidher il-mudell tad-dokument ta’ tagħrif.
|
|
1.3.
|
Vettura rappreżentattiva tat-tip li għalih qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi ppreżentata lis-servizz tekniku responsabbli għat-testijiet mill-manifattur tal-vettura.
|
|
1.4.
|
Fuq talba tas-servizz tekniku, għandhom ikunu ppreżentati wkoll kampjun tas-sistema ta’ l-egżost u magna ta’ mill-anqas l-istess kapaċità ċilindrika u qawwa massima valorizzata bħal dik installata fil-vettura li għaliha qed tintalab l-approvazzjoni tat-tip.
|
2. LIVELL TA’ ĦOSS TA’ VETTURI MIEXJA
2.1. Valuri tal-limitu
Il-livell tal-ħoss imkejjel skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III m’għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:
|
Kategoriji tal-vettura
|
Valuri espressi f’dB (A)
(decibels(A))
|
|
2.1.1. Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u jinkludu mhux aktar minn disa’ sedili inkluż is-sedil tas-sewwieq.
|
74
|
|
2.1.2. Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; u li għandhom massa massima permissibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati u:
|
|
2.1.2.1. b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 150 kW
|
78
|
|
2.1.2.2. b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW
|
80
|
|
2.1.3. Vetturi maħsuba għat-trasport tal-passiġġieri u mgħammrin b’aktar minn disa’ sedili, inkluż is-sedil tas-sewwieq; vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija:
|
|
2.1.3.1. b’toqol massimu permissibbli ta’ mhux aktar minn 2 tunnellati
|
76
|
|
2.1.3.2. b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 2 tunnellati metriċi iżda mhux aktar minn 3.5 tunnellati metriċi
|
77
|
|
2.1.4. Vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija u li għandhom toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn 3.5 tunnellati metriċi
|
|
2.1.4.1. b’qawwa tal-magna ta’ anqas minn 75 kW
|
77
|
|
2.1.4.2. b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 75 kW iżda anqas minn 150 kW
|
78
|
|
2.1.4.3. b’qawwa tal-magna ta’ mhux anqas minn 150 kW
|
80
|
Madankollu
— għal vetturi tal-kategoriji 2.1.1 u 2.1.3, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk ikunu mgħammrin b’magna diżil b’injezzjoni diretta,
— għal vetturi b’toqol massimu permissibbli ta’ aktar minn żewġ tunnellati maħsuba għall-użu off-road, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna tagħhom hija anqas minn 150 kW u 2 dB (A) jekk il-qawwa tal-magna hija 150kW jew akbar,
— għal vetturi fil-kategorija 2.1.1., mgħammrin b’gear box operata manwalment li għandha aktar minn erba’ gerijiet il quddiem u b’magna li tiżviluppa qawwa massima li taqbeż il-140 kW/t, u li r-relattività tal-qawwa massima/il-massa massima taqbeż il-75 kW/t, il-valuri tal-limitu jiżdiedu b’1 dB (A) jekk il-veloċità li fiha l-wara tal-vettura jgħaddi mill-linja BB’ fit-tielet gear tkun akbar minn 61 km/siegħa.
2.2. Interpretazzjoni tar-riżultati
|
2.2.1.
|
Sabiex jitqiesu l-ineżattezzi fl-istrumenti tal-kejl, ir-riżultat miksub minn kull kejl għandu jkun iddeterminat billi jitnaqqas 1 dB (A) mill-qari ta’ l-arloġġ.
|
|
2.2.2.
|
Il-kejl għandu jitqies validu jekk id-differenza bejn żewġ qisien konsekuttivi fuq l-istess naħa tal-vettura ma jkunux jeċċedu 2 dB(A).
|
|
2.2.3.
|
L-ogħla livell tal-ħoss imkejjel għandu jikkostitwixxi r-riżultat tat-test. Jekk ir-riżultat jeċċedi l-livell massimu tal-ħoss permissibbli għall-kategorija tal-vettura eżaminata b’1 dB(A), għandhom isiru żewġ kejliet oħra fil-pożizzjoni korrispondenti tal-mikrofonu. Tlieta mill-erba’ kejliet miksuba b’dan il-mod fil-pożizzjoni tal-mikrofonu għandhom ikunu fi ħdan il-limiti preskritti.
|
3. IMMARKAR
|
3.1.
|
Il-komponenti tas-sistema ta’ l-egżost u tad-dħul, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:
|
3.1.1.
|
it-trademark jew l-isem tal-fabbrikant tas-sistemi u tal-komponenti tagħhom;
|
|
3.1.2.
|
id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur.
|
|
|
3.2.
|
Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u ma jkunux jistgħu jitħassru, anke meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.
|
4. GĦOTJA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE GĦAL TIP TA’ VETTURA
|
4.1.
|
Jekk ir-rekwiżiti relevanti jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156 KEE, għandha tingħata.
|
|
4.2.
|
L-Appendiċi 2 jagħti mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.
|
|
4.3.
|
Numru ta’ l-approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta’ vettura approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
|
5. MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET
|
5.1.
|
Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.
|
6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
6.1.
|
Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.
|
|
6.2.
|
Dispożizzjonijiet speċjali:
|
6.2.1.
|
It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk stipulati fl-Anness 7 tar-Regolament UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.
|
|
6.2.2.
|
Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fl-entrata 3 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE hija normalment darba kull sentejn.
|
|
|
|
ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST BĦALA UNITAJIET SEPARATI (SISTEMI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ L-EGŻOST)
|
ANNESS II DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TAS-SISTEMI TA’ L-EGŻOST BĦALA UNITAJIET SEPARATI (SISTEMI TA’ SOSTITUZZJONI TA’ L-EGŻOST) 1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
|
1.1.
|
L-applikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3 (4) tad-Direttiva 70/156/KEE fir-rigward ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew ta’ komponent tagħha bħala unità teknika separata għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur ta’ l-unità teknika separata kkonċernata.
|
|
1.2.
|
Fl-Appendiċi 1 qed jidher il-mudell tad-dokument ta’ tagħrif.
|
|
1.3.
|
Fuq talba tas-servizz tekniku ikkonċernat, l-applikant għandu jippreżenta:
|
1.3.1.
|
żewġ eżempji tas-sistema li għaliha saret l-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE,
|
|
1.3.2.
|
sistema ta’ l-egżost tat-tip oriġinali installata fil-vettura meta ngħatat l-approvazzjoni tat-tip KEE,
|
|
1.3.3.
|
vettura rappreżentattiva ta’ dan it-tip li fuqha se tiġi installata s-sistema, li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-entrata 4.1 ta’ l-Anness 7 tar-Regolament UN/ECE Nru 51 kif imsemmija fl-Annex III ta’ din id-Direttiva.
|
|
1.3.4.
|
magna separata li tikkorrispondi għat-tip tal-vettura deskritta hawn fuq.
|
|
2. IMMARKAR
|
2.4.1.
|
Is-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew tal-komponenti tagħha, minbarra l-l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, għandu jkollhom:
|
2.4.1.1.
|
it-trade mark jew l-isem kummerċjali tal-manifattur tas-sistema ta’ sostituzzjoni u tal-komponenti tagħha,
|
|
2.4.1.2.
|
id-deskrizzjoni kummerċjali tal-manifattur,
|
|
|
2.4.2.
|
Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar, ukoll meta s-sistema tiġi installata fil-vettura.
|
3. L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
|
3.1.
|
Jekk ir-rekwiżiti rilevanti jkunu sodisfatti, għandha tingħata l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, fejn japplika, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE.
|
|
3.2.
|
L-Appendiċi 2 jagħti mudell taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.
|
|
3.3.
|
Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jiġi assenjat lil kull tip ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew komponent tagħha approvat bħala unità teknika separata; it-taqsima 3 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tindika n-numru tad-Direttiva li qiegħda temenda li kienet applikabbli fil-mument ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. L-istess Stat Membru ma għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew għal komponent tagħha.
|
4. IMMARKAR TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE
|
4.1.
|
Kull sistema ta’ sostituzzjoni ta’ l-egżost jew komponent tagħha, minbarra l-biċċiet għall-immuntar u l-pajpijiet, li tikkonforma ma’ tip approvat taħt din id-Direttiva għandu jkollha marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE.
|
|
4.2.
|
Din il-marka għandha tikkonsisti f’rettangolu madwar l-ittra żgħira “e” u warajha l-ittra/i jew in-numru li jiddistingwu l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:
“8” għar-Repubblika Ċeka;
▼M13
▼M12
Għandha tinkludi wkoll fil-viċinanza tar-rettanglu “in-numru bażiku ta’ l-approvazzjoni” li jinsab fit-Taqsima 4 tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmmi fl-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, ippreċedut biż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lill-emenda teknika maġġuri l-aktar riċenti tad-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE li kienet applikkabli fil-mument ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Għad-Direttiva 70/157/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 00; għad-Direttiva 77/212/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 01; għad-Direttiva 84/424/KEE, in-numru tas-sekwenza huwa 02; għad-Direttiva 92/97/KEE u din id-Direttiva, in-numru tas-sekwenza huwa 03. In-numru ta’ sekwenza 03 jirrifletti wkoll ir-rekwiżiti tekniċi tas-serje 00 ta’ emendi tar-Regolament UN/ECE Nru 59.
|
|
4.3.
|
Il-marka għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx ukoll meta s-sistema ta’ l-egżost jew tal-komponent tagħha tkun installata fil-vettura.
|
|
4.4.
|
Eżempju tal-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE tidher fl-Appendiċi 3.
|
5. MODIFIKA TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET
|
5.1.
|
Fil-każ ta’ modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE.
|
6. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
6.1.
|
Miżuri biex jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.
|
|
6.2.
|
Dispożizzjonijiet speċjali:
|
6.2.1.
|
It-testijiet imsemmija fil-punt 2.3.5 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE huma dawk preskritti fl-Anness 5 tar-Regolament 59 ta’ l-UN/ECE kif imsemmi fl-Anness III ta’ din id-Direttiva.
|
|
6.2.2.
|
Il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet imsemmija fl-entrata 3 ta’ l-Anness X tad-Direttiva 70/156/KEE normalment hija darba kull sentejn.
|
|
|
|
ANNESS III
|
ANNESS III
1. Ir-rekwiżiti tekniċi huma dawk stipulati fil-:
(a) punti 2, 6.1, 6.2.1 u 6.3 tar-Regolament Nru 51 (
15
) ta’ l-UN/ECE u l-Annessi 3 sa 10 għalihom;
(b) punti 2 u 6 tar-Regolament Nru 59 (
16
) ta’ l-UN/ECE u l-Annessi 3 sa 5 għalihom.
2. Għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1, għandu japplika dan li ġej:
(a) “Vettura bla tagħbija” tfisser vettura li l-massa tagħha hija deskritta fil-punt 2.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 1 għal din id-Direttiva, mingħajr sewwieq;
(b) “Formola tal-komunikazzjoni” għandha tinftiehem bħala ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Appendiċi 2 ta’ l-Annessi I u II;
(c) “Partijiet Kontraenti għar-regolamenti rispettivi” għandha tinftiehem bħala Stati Membri;
(d) Referenzi għar-Regolament Nru 51 u r-Regolament Nru 59 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għad-Direttiva 70/157/KEE;
(e) In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) fil-punt 2.2.6. għandha tinftiehem kif ġej: “Għad-definizzjonijiet tal-kategoriji, ara l-Anness II A tad-Direttiva 70/156/KEE”.
▼M12 —————
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.07.2013 00:00:00 -Doknr: CELEX:31970L0157
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|