+ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL Nru 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
---+Artikolu 4
---+Artikolu 5
---+Artikolu 6
---+Artikolu 7
---+Artikolu 8
---+Artikolu 9
---+Artikolu 10
---+Artikolu 10a
---+Artikolu 11
---+Artikolu 12
---+Artikolu 13
---+Artikolu 14
---+L-ANNESS Tikkettjar ta' apparat tal-BCB li tneħħietlu l-kontaminazzjoni.
|
English -
European Union -
Environment -
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL Nru 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT)
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL Nru 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (
1
)
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (
2
),
Huwa u jaġixxi bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat (
3
),
|
(1)
|
Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/403/KEE tas-6 t'April 1976 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (
4
) ġabet approssimazzjoni sewwa tal-liġijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam; billi dawk ir-regoli ma’ kienux suffiċjenti; billi l-iprem kwalità titlob li l-kundizzjonijiet tar-rimi tal-PCBs jistgħu jiġu mtejjba; billi dik id-Direttiva allura għandha tiġi mibdula b'Direttiva ġdida;
|
|
(2)
|
Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mar-restrizzjonijiet fuq ir-reklamar u l-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi u preparamenti (
5
) tagħmel enfasi fuq il-bżonn ta' reviżjoni perjodika tal-problema kollha bl-għan li bil-mod twassal għall-projbizzjoni kompleta tal-PCBs u PCTs;
|
|
(3)
|
Billi r-rimi mingħajr ħsara ta' skart li mhux riċiklat u li mhux se jerġa’ jintuża huwa wieħed mill-għanijiet tar-Risoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1990 dwar il-politika tal-iskart (
6
), kif inhu konfermat mill-Programm tal-Ħames Azzjoni fuq l-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli, li l-metodu u l-istrateġija ġenerali tiegħu ġew approvati mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jiltagħqu fil-Kunsill, fir-Risoluzzjoni tagħhom tal-1 ta' Frar 1993 (
7
);
|
|
(4)
|
Billi bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill Nru 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart (
8
), miżuri xierqa għandhom jittieħdu sabiex jiġi evitat l-abbandun, r-rimi jew rimi mhux kontrollat ta' skart, u l-użu ta' proċessi jew metodi li jistgħu jipperikolaw l-ambjent;
|
|
(5)
|
Billi sabiex teħles mill-PCBs, minħabba r-riskji li jippreżentaw lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem, obligi ġenerali dwar ir-rimi kontrollat tal-PCBs u t-tneħħija tal-kontaminazzjoni jew ir-rimi t'apparat huma neċessarji;
|
|
(6)
|
Billi dawn il-miżuri għandhom jittieħdu mill-aktar fis possibli mingħajr preġudizzju lejn l-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri, partikolarment dawk li jinsabu fid-Deċiżjoni PARCOM 92/3 (
9
); billi l-PCBs li huma s-suġġett ta' inventarju għandhom jinqerdu sa’ mhux aktar tard mill-2010;
|
|
(7)
|
Billi r-rimi tal-PCBs jippreżenta problema transitorja u temporanja u xi Stati Membri li m'għandhomx l-abbilità għar-rimi tal-PCB għandhom sitwazzjoni ta' problema maġġuri quddiemhom; billi l-prinċipju ta' qrubija għandu jiġi nterpretat b'mod flessibbli sabiex jippermetti solidarjetà Ewropea f'dan il-qasam; billi, kif ukoll, għandhom jiġu stabbiliti installazzjonijiet fil-Komunità għar-rimi, tneħħija tal-kontaminazzjoni u l-ħżin tal-PCBs;
|
|
(8)
|
Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta' żjut maħruqa (
10
) tistabbilixxi 50 ppm bħala l-limitu massimu għall-kontenut taż-żjut li jerġgħu jiġu ġenerati jew żjut użati għall-karburanti tal-PCB jew PCT;
|
|
(9)
|
Billi d-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/339/KEE tat-18 ta' Ġunju 1991, li temenda d-Direttiva Nru 76/769/KEE għal-ħdax-il-darba (
11
), tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-marketing ta' ċerti sostituti tal-PCB, u billi allura anki dawn għandhom jiġu meqruda kompletatment;
|
|
(10)
|
Billi huwa essenzjali li tkun taf kemm jeżistu kwantitajiet ta' PCBs sabiex tkun tista’ tqabbel l-abbiltà tar-rimi mal-bżonnijiet; billi huwa allura neċessarju li timmarka l-apparat li jkollu fih il-PCBs u li tiġbor inventarji ta' dan l-apparat; billi dawn l-inventarji għandhom jiġu aġġornati regolarment;
|
|
(11)
|
Billi, minħabba l-ispejjeż u d-diffikultajiet tekniċi nvoluti f'inventarju tal-apparat li jkun ikkontaminat ftit mill-PCBs, inventarju simplifikat għandu jiġi użat; billi, kif ukoll, għandu jkun hemm provvediment għall-apparat li jkun ftit ikkontaminat mill-PCBs sabiex dan jiġi mormi fl-aħħar tal-ħajja ta' użu tiegħu, minħabba r-riskji baxxi li dan għandu fuq l-ambjent;
|
|
(12)
|
Billi l-marketing tal-PCBs huwa projbit, u billi s-separazzjoni tal-PCBs mis-sustanzi l-oħra biex jerġgħu jiġu wżati u ż-żieda tat-transformers mal-PCBs għandha allura tiġi projbita; billi, iżda, fuq art sigura, l-manutenzjoni tat-transformers jista’ jitkompla sabiex iżommu l-kwalità insulanti tal-PCBs li jkunu jinsabu fihom;
|
|
(13)
|
Billi impriżi li jieħdu ħsieb ir-rimi u/jew it-tneħħija tal-kontaminazzjoni tal-PCBs irridu jiksbu l-permessi;
|
|
(14)
|
Billi l-kundizzjonijiet għall-apparat tat-tneħħija tal-kontaminazzjoni li jkun fih il-PCBs għandhom jiġu definiti u billi l-apparat għandu jkun ittikketjat speċifikament;
|
|
(15)
|
Billi ċerti biċċiet ta' xogħol tekniċi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom isiru mill-Kummissjoni, skond il-proċedura tal-Kumitat riferuta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva Nru 75/442/KEE;
|
|
(16)
|
Billi in-numru ta' impjanti tar-rimi u tat-tneħħija tal-kontaminazzjoni tal-PCB huwa żgħir u l-kapaċità tagħhom hija limitata u r-rimi u/jew it-tneħħija tal-kontaminazzjoni tal-PCBs fl-inventarju allura trid tkun ippjanata sew; billi, aktar u aktar, il-qafas tal-ġbir u sussegwentament tar-rimi ta' apparat li mhux fl-inventarju għandu jitwaqqaf; billi dan il-qafas, jekk ikun hemm bżonn, jista’ juża makkinarju eżistenti dwar l-iskart in ġenerali u ma’ jkunx hemm għalfejn jikkonsidra kwantitajiet żgħar ħafna tal-PCBs li fil-prattika ma’ jkunux jistgħu jiġu identifikati,
|
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
|
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1 L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet tal-Istati Membri dwar ir-rimi kontrollat tal-PCBs, it-tneħħija tal-kontaminazzjoni jew ir-rimi ta' apparat li jkun fih il-PCBs u/jew ir-rimi ta' PCBs użati sabiex jiġu eleminati kompletament fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 2
|
Artikolu 2 Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:
(a) “PCBs” ifissru:
— polychlorinated biphenyls,
— polychlorinated terphenyls,
— Monomethyl-tetrachlorodiphenyl methane, Monomethyl-dichloro-diphenyl methane, Monomethyl-dibromo-diphenyl methane,
— kull taħlita li jkun fiha xi sustanza msemmija hawn fuq f'total ta' iktar minn 0,005 % fil-piż;
(b) “apparat li jkun fih il-PCBs” ifisser kull apparat li jkun fih il-PCBs jew li kellhu l-PCBs (per eżempju, transformers, akkumulaturi ta' l-elettriku , reċipjenti li jkun fihom ħażniet milli jkun fadal) li ma’ jkunux ġew immnaddfa mill-kontaminazzjoni. Apparat ta' tip li jista’ jkollu l-PCBs għandhu jiġi trattat daqs li kieku jkollu l-PCBs sakemm ma’ jkunx hemm raġuni għalfejn ma’ tassumiex bil-maqlub;
(ċ) “PCBs” użati jfissru kull PCBs li huma skart skond it-tifsira tad-Direttiva Nru 75/442/KEE;
(d) “sid” ifisser il-persuna naturali jew legali li għandha fil-pussess tagħha l-PCBs, PCBs użati, u/jew apparat li fih il-PCBs;
(e) “tneħħija ta’ kontaminazzjoni” tfisser kull operazzjoni li tiffaċilita sabiex apparat, oġġetti, materjali jew fluwidi kontaminati bil-PCBs jerġgħu jiġu wżati, riċiklati jew mormijja b'kundizzjonijiet siguri, u li jistgħu jinkudu tibdil, jiġifieri kull operazzjoni fejn il-PCBs jiġu mibdula bi fluwidi xierqa li ma’ jkollhomx il-PCBs;
(f) “rimi” jfisser operazzjonijiet D 8, D 9, D 10, D 12 (f’ħażna sigura, fonda u ta' taħt l-art biss f'formazzjonijiet ta' blat niexef u għall-apparat li jkun fih il-PCBs u PCBs użati li ma’ jistgħux jitneħħilhom il-kontaminazzjoni biss) u D 15 provduta fl-Anness II A tad-Direttiva 75/442/KEE.
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 3 Mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-PCBs użati qed jiġu mormija u l-PCBs u l-appart li fih il-PCBs qed jiġu mneħħija mill-kontaminazzjoni jew mormija malajr kemm jista’ jkun. Għall-apparat u l-PCBs li jkunu jinsabu fihom, li huma suġġetti għall-inventarju skond l-Artikolu 4(1), it-tneħħija tal-kontaminazzjoni u/jew ir-rimi għandu jibda jseħħ mhux aktar tard mill-aħħar tal-2010.
|
|
Artikolu 4
|
Artikolu 4 1. Sabiex jiġi mħares l-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inventarji jiġbru fihom apparat bil-volumi tal-PCB ta' iktar minn 5 dm3, u għandhom jibgħatu sommarji ta' dawn l-inventarji lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tlett snin mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva. Fil-każ ta' akkumulaturi ta' l-elettriku tal-voltaġġ, il-limitu ta' 5 dm3 għandha tiġi mifhumha li tinkludi l-elementi separati kollha ta' set kombinat. 2. Dak l-apparat li għalih tajjeb li tassumi li l-fluwidi jkun fihom bejn 0,05 % u 0,005 % f'piż ta' PCBs jistgħu jiġu inklużi f'inventarju mingħajr l-informazzjoni mitluba fit-tielet u r-raba’ punti tal-paragrafu 3, u jistgħu jiġu ttikkettjati bħala “PCBs kontaminati < 0,05 %”. Għandhom jiġu mneħħija mill-kontaminazzjoni jew mormija skond l-Artikolu 9(2). 3. L-inventarji għandhom jikkonsistu minn dan li ġej:
— l-ismijiet u l-indirizzi tas-sidien,
— il-lokalità u deskrizzjoni tal-apparat,
— il-kwantità ta' PCBs li jkun jinsab fl-apparat,
— id-dati u t-tipi ta' trattament jew bdil magħmul jew proġettat,
— id-dati tad-dikjarazzjonijiet.
Jekk Stat Membru jkun diġa għamel inventarju simili, ma’ jkunx hemm bżonn ta' wieħed ġdid. L-inventarji għandhom ikunu aġġornati regolarment. 4. Sabiex ikunu konformi mall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġ sabiex jiżguraw li s-sidien ta' dan l-apparat jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bil-kwantitajiet li huma għandhom u b'kull bidla f'dan ir-rispett. 5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li kull apparat li huwa suġġett għall-inventarju skond il-paragrafu 1 huwa ittikkettjat. Tikketta simili għandha tiġi mwaħħla wkoll mal-bibien tal-fond fejn jinsab dan l-apparat. 6. Impriżi tar-rimi tal-PCBs għandhom iżommu reġistri tal-kwantità, oriġini, natura u kontenut tal-PCB tal-PCBs użati li huma jirċievu. Għandhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Ir-reġistri jistgħu jiġu konsultati mill-awtoritajiet lokali u mill-pubbliku. L-impriżi ukoll joħorġu irċevuti lis-sidien li jqassmu PCBs użati li jispeċifikaw in-natura u l-kwantità li jkun hemm. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw il-kwantitajiet li ġew notifikati bihom.
|
|
Artikolu 5
|
Artikolu 5 1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva Nru 75/442/KEE l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu s-separazzjoni tal-PCBs minn sustanzi oħra bl-għan li l-PCBs jerġgħu jiġu wżati. 2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu it-tiżjid tat-transformers bil-PCBs. 3. Sakemm titneħħilhom il-kontaminazzjoni, ma’ jibqgħux għall-użu tas-servizz u/jew jiġu mormija skond din id-Direttiva, il-manutenzjoni tat-transformers li jkollhom il-PCBs jista’ jitkompla biss jekk l-għan ikun biex jiġi żgurat li l-PCBs li jkollhom fihom jaqblu mal-i standards tekniċi jew speċifikazzjonijiet dwar il-kwalità insulanti u sakemm għadhom f’kundizzjoni tajba u ma’ jnixxux.
|
|
Artikolu 6
|
Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-PCBs użati u apparat li fih il-PCBs li hu suġġett għall-inventarju skond l-Artikolu 4(1) jiġu trasferiti mill-aktar fis possibli għall-impriżi liċenzjati skond l-Artikolu 8. 2. Qabel ma’ l-PCBs, l-PCBs użati u/jew l-apparat li fih il-PCBs jiġu meħuda minn impriża liċenżjata, l-prekawzjonijiet neċessarji sabiex jiġi evitat kull riskju ta' nar għandhom jittieħdu. Għal dan l-għan għandhom jinżammu l-bogħod minn kull prodott li jaqbad. 3. Meta jkun raġonevolament prattikabbli, apparat li jkun fih il-PCBs li mhux suġġett għall-inventarju skond l-Artikolu 4(1) u li jagħmel parti minn biċċa apparat ieħor għandu jiġi mneħħi u miġbur separatament meta dan l-apparat ta' l-aħħar ma’ jibqax jiġi wżat, riċiklat jew mormi.
|
|
Artikolu 7
|
Artikolu 7 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jipprojbixxu kull ħruq tal-PCBs u/jew PCBs użati fuq vapuri.
|
|
Artikolu 8
|
Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-impriżi kollha imqabbda biex ineħħu l-kontaminazzjoni u/jew ir-rimi tal-PCBs, PCBs użati u/jew apparat li fih il-PCBs jiksbu l-permessi skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva Nru 75/442/KEE. 2. Meta l-ħruq jintuża għar-rimi, d-Direttiva tal-Kunsill Nru 94/67/KE tas-16 ta' Diċembru 1994 dwar il-ħruq ta' skart perikoluż (
12
) għandha tgħodd. Metodi oħra tar-rimi tal-PCBs, PCBs użati u/jew apparat li jkun fih il-PCBs jistgħu jiġu aċċettati sakemm dawn jilħqu standards għas-sigurtà ambjentali ekwivalenti — meta mqabbla mal-ħruq — u jaderixxu t-talbiet tekniċi riferuti bħala l-aħjar teknika disponibbli. 3. L-Istati Membri għandhom individwalment jew flimkien jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw, jekk hu xieraq, u jikkonsidraw l-Artikolu 4(3)(a) (ii) tar-Regolament (KEE) Nru 259/93/KEE (
13
) u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva Nru 75/442/KEE, l-istallazzjonijiet għar-rimi, t-tneħħija tal-kontaminazzjoni u l-ħażna sigura tal-PCBs, PCBs użati u/jew apparat li jkun fih il-PCBs.
|
|
Artikolu 9
|
Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li transformers li jkun fihom aktar minn 0,05 % f'piż tal-PCBs jiġu mneħħija mill-kontaminazzjoni taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-għan tat-tneħħija tal-kontaminazzjoni għandu jkun li jnaqqas il-livel tal-PCBs għal iktar minn 0,05 % f'piż u, jekk hu possibbli, għal mhux aktar minn 0,005 % f'piż;
(b) il-fluwidu li ma’ jkollux PCBs li jitpoġġa minflok għandhu jkollu riskji ħafna anqas;
(ċ) il-fluwidu li jitpoġġa minflok m'għandux jikkomprometti r-rimi susegwit tal-PCBs;
(d) l-ittikkettjar tat-transformer wara li titneħħilu l-kontaminazzjoni għandu jiġi mibdul bl-ittikkettjar speċifikat f'dan l-Anness.
2. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li transformers li fluwidi ta' ġewwa fihom huwa ta' bejn 0,05 % u 0,005 % f'piż tal-PCBs huma jew imneħħija mill-kontaminazzjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 (b) sa (d) jew mormija meta tispiċċalhom il-ħajja ta' l-użu tagħhom.
▼M1
|
|
Artikolu 10
|
Artikolu 10 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli, f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10a(2), lista tal-ismijiet tal-produzzjoni tal-akkumulaturi tal-elettriku, reżistenzi u kolji tal-inductance li jkun fihom il-PCBs. 2. Il-Kummissjoni għandha:
(a) twaqqaf metodi ta’ referenza għall-kejl biex jistabbilixxu l-kontenut tal-PCB f’materjal kontaminat. Kejl meħud qabel it-twaqqif tal-metodi ta’ referenza għandhom jibqgħu validi;
(b) jekk ikun hemm bżonn tistabbilixxi, għall-iskop tal-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9 biss, sostituti anqas perikolużi għall-PCBs.
Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għall-metodi l-oħra tad-disponiment tal-PCBs imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 8(2). Il-miżuri msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10a(3).
▼M1
|
|
Artikolu 10a
|
Artikolu 10a 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE (
14
). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
▼B
|
|
Artikolu 11
|
Artikolu 11 1. L-Istati Membri għandhom, fi żmien tlett snin mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, iħejju:
— pjanijiet għat-tneħħija tal-kontaminazzjoni u/jew rimi ta' apparat li kien f'inventarju u l-PCBs li jkunu jinsabu fih;
— jagħmlu qafas għall-ġbir u r-rimi sussegwit ta' l-appart li mhuwiex suġġett għall-inventarju skond l-Artikolu 4(1), kif inhu riferut fl-Artikolu 6(3).
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn il-pjanijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 12
|
Artikolu 12 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard minn 18-il xahar mill-adozzjoni tagħha. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni biha mill-ewwel. 2. Meta l-Stati Membri jadottaw dawn id-dispozizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkazjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. 3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bihom..
|
|
Artikolu 13
|
Artikolu 13 1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u d-Direttiva Nru 76/403/KEE għandha tiġi mħassra b'effet minn dik id-data. 2. B'effett mid-data riferuta fil-paragrafu 1:
(a) ir-riferenza fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva Nru 87/101/KEE (
15
) għall-“PCBs u PCTs bit-tifsira tad-Direttiva Nru 76/403/KEE” għandha tiġi kostruwita bħala riferenza għall-PCB bit-tifsira ta' din id-Direttiva;
(b) ir-riferenza fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva Nru 87/101/KEE għad-Direttiva 76/403/KEE għandha tiġi kostruwita bħala riferenza għal din id-Direttiva;
(ċ) ir-riferenza fl-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 259/93/KEE għall-Artikolu 6 tad-Direttiva 76//403/KEE għandha tiġi kostruwita bħala riferenza tal-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva;
|
|
Artikolu 14
|
Artikolu 14 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
|
|
L-ANNESS Tikkettjar ta' apparat tal-BCB li tneħħietlu l-kontaminazzjoni.
|
L-ANNESS Tikkettjar ta' apparat tal-BCB li tneħħietlu l-kontaminazzjoni. Kull biċċa mill-apparat li jrid titneħħilu l-kontaminazzjoni irid jiġi mmarkat b'mod ċar b' sinjal li ma' jitħassarx u mnaqqax li għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja u miktub bil-lingwa tal-pajjiż fejn qiegħed jintuża l-apparat: APPARAT TAL-PCB MNADDAF MILL-KONTAMINAZZJONI Fluwidi li jkollhom il-pcbs jiġu mibdula
— bil-… (l-isem tas-sostitut)
Konċentrazzjoni ta' PCBs fi
— fluwidi qodma …% bil-piż
— fluwidi ġodda …% bil-piż.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.08.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:31996L0059
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|