+REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta’ l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
------+Artikolu 2 (a)
------+Artikolu 2 (b)
------+Article 2 (c)
------+Artikolu 2 (d)
---+Artikolu 3 Permess speċjali tas-sajd
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
---+Artikolu 4 Kondizzjonijiet tal-ħruġ
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
------+Artikolu 4 5
------+Artikolu 4 6
---+Artikolu 5 Kondizzjonijiet tal-validità
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
---+Artikolu 6 Żoni li ma jkunux ġew ivvalutati
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7 Skoperta imprevista ta’ ekosistemi marini vulnerabbli
------+Artikolu 7 1
------+Artikolu 7 2
------+Artikolu 7 3
---+Artikolu 8 Għeluq ta’ żoni
------+Artikolu 8 1
------+Artikolu 8 2
---+Artikolu 9 Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti
------+Artikolu 9 1
------+Artikolu 9 2
---+Artikolu 10 Infrazzjonijiet serji
------+Artikolu 10 1
------+Artikolu 10 2
---+Artikolu 11 Osservaturi
------+Artikolu 11 1
------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 11 3
---+Artikolu 12 Informazzjoni
------+Artikolu 12 1
------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 12 3
---+Artikolu 13 Reviżjoni
---+Artikolu 14 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Environment -
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta’ l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 734/2008
tal-15 ta’ Lulju 2008
dwar il-protezzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena ta’ l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1)
|
Il-Komunità hija Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar ta’ l-10 ta’ Diċembru 1982 rigward il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Ħażniet ta’ Ħut Transżonali u Ħażniet ta’ Ħut Migratorju Ħafna. Dawn l-istrumenti internazzjonali jistabbilixxu d-dmir ta’ l-Istati li jikkooperaw fil-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin ta’ l-ibħra internazzjonali, u jistipulaw li din il-kooperazzjoni għandha tkun segwita direttament mill-Istati permezz ta’ organizzazzjonijiet jew arranġamenti reġjonali jew sottoreġjonali xierqa għall-ġestjoni tas-sajd.
|
|
(2)
|
In-nuqqas ta’ organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd ma jeżentax lill-Istati mill-obbligu tagħhom skond il-Liġi tal-Baħar li jadottaw fir-rigward taċ-ċittadini tagħhom dawk il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin ta’ l-ibħra internazzjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ l-ekosistemi marini vulnerabbli mill-effetti ħżiena ta’ l-attivitajiet tas-sajd.
|
|
(3)
|
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-politika komuni dwar is-sajd (2) jipprevedi li l-politika komuni dwar is-sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonali fit-teħid ta’ miżuri li jimminimizzaw l-impatt ta’ l-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi marini. L-Artikolu 7 ta’ l-istess Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dwar miżuri ta’ emerġenza fuq talba ssostanzjata minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jekk ikun hemm evidenza ta’ theddida serja għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin, jew għall-ekosistema marina b’riżultat ta’ attivitajiet tas-sajd u li tkun teħtieġ azzjoni immedjata.
|
|
(4)
|
Il-Komunità hija impenjata favur il-konservazzjoni ta’ l-ekosistemi marini bħalma huma skollijiet, muntanji tal-baħar, qroll tal-baħar fond, bokok idrotermali u qigħan ta’ l-isponoż. Teżisti informazzjoni xjentifika abbundanti li turi li l-integrità ta’ dawn l-ekosistemi hija mhedda minn attivitajiet tas-sajd li jużaw irkaptu tal-qiegħ. Il-Komunità diġà adottat miżuri biex tagħlaq għas-sajd tal-qiegħ iż-żoni fl-ibħra Komunitarji li fihom jinsabu dawn l-ekosistemi. Hi kienet strumentali wkoll fl-adozzjoni ta’ miżuri simili fl-ibħra internazzjonali fiż-żoni tal-kompetenza ta’ l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd eżistenti kollha li għandhom il-poter li jirregolaw is-sajd tal-qiegħ. Hi kkontribwixxiet ukoll b’mod attiv għat-twaqqif ta’ organizzazzjonijiet jew arranġamenti ġodda bil-ħsieb li jkun hemm kopertura sħiħa ta’ l-oċeani tad-dinja permezz ta’ reġimi xierqa reġjonali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sajd. Madankollu, hemm ċerti żoni fl-ibħra internazzjonali fejn it-twaqqif ta’ korp bħal dan għalihom jiltaqa’ ma’ diffikultajiet sinifikanti.
|
|
(5)
|
Bir-Riżoluzzjoni 61/105 ta’ l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, adottata fit-8 ta’ Diċembru 2006, il-komunità internazzjonali qablet dwar il-ħtieġa urġenti li jiġu adottati miżuri għall-ħarsien ta’ l-ekosistemi marini vulnerabbli mill-effetti distruttivi ta’ l-attivitajiet tas-sajd tal-qiegħ permezz ta’ regolamentazzjoni stretta ta’ dawk l-attivitajiet minn organizzazzjonijiet jew arranġamenti reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd jew mill-Istati fir-rigward tal-bastimenti bil-bandiera tagħhom li jkunu qed joperaw f’żoni fejn ma tkunx twaqqfet tali organizzazzjoni jew arranġament.
L-Assemblea Ġenerali pprovdiet gwida dwar it-tip ta’ miżuri li għandhom jiġu adottati għal dan il-għan. Il-ħidma mwettqa fi ħdan il-FAO biex ikunu żviluppati linji gwida dwar il-ġestjoni ta’ dawn l-attivitajiet tas-sajd fil-qafas tal-Kodiċi tal-Kondotta għal Sajd Responsabbli hija wkoll ta’ rilevanza kbira għad-disinn u l-adozzjoni ta’ tali miżuri, kif ukoll għall-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri.
|
|
(6)
|
Il-Komunità għandha flotta mdaqqsa li twettaq sajd tal-qiegħ f’żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni jew arranġament reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd bil-kompetenza li tirregola tali attivitajiet tas-sajd u li għalihom mhux mistenni li titwaqqaf tali organizzazzjoni jew arranġament fi żmien qasir. Mingħajr preġudizzju għall-isforzi kontinwi biex jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet fil-kopertura li għad baqa’ fis-sistema tar-regolamentazzjoni internazzjonali tas-sajd, il-Komunità għandha twettaq l-obbligi tagħha skond il-liġi tal-baħar fejn tidħol il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin marini f’dawn iż-żoni u għandha għalhekk tadotta miżuri xierqa fir-rigward ta’ dawn il-flotot. Fit-twettiq ta’ dan, il-Komunità għandha taġixxi skond il-gwida pprovduta mill-Assemblea Ġenerali fir-Riżoluzzjoni 61/105.
|
|
(7)
|
Komponent ewlieni tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Assemblea Ġenerali huma l-miżuri “… biex jivvalutaw, abbażi ta’ l-aqwa informazzjoni xjentifika disponibbli, jekk l-attivitajiet individwali tas-sajd tal-qiegħ ikollhomx impatti ħżiena sinifikanti fuq l-ekosistemi marini vulnerabbli, u biex jiġi żgurat li f’każ li jitqies li dawn l-attivitajiet ikun se jkollhom impatti ħżiena sinifikanti, huma jiġu ġestiti b’mod li jipprevjeni tali impatti, jew ma jiġux awtorizzati jkomplu”.
|
|
(8)
|
L-implimentazzjoni ta’ dik ir-rakkomandazzjoni titlob li l-bastimenti tas-sajd ikkonċernati jiġu awtorizzati li jistadu taħt permess speċjali tas-sajd maħruġ skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta’ Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2943/95 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 (4). Barra minn dan, il-ħruġ u l-validità ta’ tali permessi għandhom ikunu soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi li jiżguraw li l-impatt ta’ l-attivitajiet tas-sajd awtorizzati jkun ġie vvalutat kif suppost u li t-twettiq ta’ l-operazzjonijiet tas-sajd ikunu konformi ma’ din il-valutazzjoni.
|
|
(9)
|
L-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Assemblea Ġenerali titlob ukoll miżuri rilevanti ta’ monitoraġġ biex tkun żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet tal-ħruġ tal-permessi. Dawn jinkludu osservaturi abbord u dispożizzjonijiet speċifiċi rigward it-tħaddim ta’ Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bis-satellita biex jiġu indirizzati okkorrenzi ta’ ħsara teknika jew nuqqas ta’ funzjoni tas-sistema, oltre dawk imsemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Bastimenti bbażata fuq satellita (5).
|
|
(10)
|
L-identifikazzjoni ta’ ekosistemi marini vulnerabbli f’żoni mhux irregolati minn organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd hija ħidma li għadha qed issir u l-informazzjoni xjentifika f’dan ir-rigward hija relattivament limitata. Għal din ir-raġuni, huwa imperattiv li jiġi pprojbit l-użu ta’ l-irkaptu tal-qiegħ f’żoni li ma jkunux ġew soġġetti għal valutazzjoni xjentifika għar-riskji ta’ impatti avversi sinifikanti li dawn l-attivitajiet ta’ sajd jista’ jkollhom fuq ekosistemi marini vulnerabbli.
|
|
(11)
|
Il-ksur ta’ kondizzjonijiet speċifiċi bħal dawk marbuta ma’ żoni li ma jkunux ġew ivvalutati, it-tħaddim tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti u t-trasferiment ta’ l-attivitajiet lejn żona oħra f’każ ta’ skoperta imprevista ta’ xi ekosistema marina vulnerabbli jista’ jwassal għal ħsara irreparabbli f’tali ekosistemi u jistħoqqlu għaldaqstant li jiġi inkluż fil-lista ta’ infrazzjonijiet serji fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta’ mġiba li jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd (6).
|
|
(12)
|
Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali hija rregolata bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (7), li huwa applikabbli fl-intier tiegħu għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tas-soġġetti tad-data għall-aċċess, ir-rettifika, l-imblukkar u t-tħassir ta’ data u notifika lil partijiet terzi, li bħala konsegwenza ma ġewx speċifikati aktar f’dan ir-Regolament,
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
|
|
Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
Artikolu 3 Permess speċjali tas-sajd
|
|
|
Artikolu 4 Kondizzjonijiet tal-ħruġ
|
|
|
Artikolu 5 Kondizzjonijiet tal-validità
|
|
|
Artikolu 6 Żoni li ma jkunux ġew ivvalutati
|
|
|
Artikolu 7 Skoperta imprevista ta’ ekosistemi marini vulnerabbli
|
|
|
Artikolu 8 Għeluq ta’ żoni
|
|
|
Artikolu 9 Sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti
|
|
|
Artikolu 10 Infrazzjonijiet serji
|
|
|
Artikolu 11 Osservaturi
|
|
|
Artikolu 12 Informazzjoni
|
|
|
Artikolu 13 Reviżjoni
|
Artikolu 13
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament qabel it-30 ta’ Ġunju 2010. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat fejn ikun meħtieġ bi proposti għall-emendar ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 14
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
(1) Opinjoni ta’ l-4 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2)
ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).
(3)
ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.
(4)
ĠU L 308, 21.12.1995, p. 15.
(5)
ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
(6)
ĠU L 167, 2.7.1999, p. 5.
(7)
ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(8)
ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.07.2008 00:00:00 -Doknr: CELEX:32008R0734
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|