+REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 524/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jagħtu lil xulxin (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+IL-KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
------+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
---------+Artikolu 1 1
---------+Artikolu 1 2
------+Artikolu 2 Informazzjoni fuq bażi konsolidata
---+IL-KAPITOLU II SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR L-ISTITUZZJONIJIET LI JOPERAW PERMEZZ TA' FERGĦA
------+Artikolu 3 Informazzjoni li tikkonċerna l-ġestjoni u s-sjieda
---------+Artikolu 3 1
---------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 4 Informazzjoni li tikkonċerna l-likwidità u s-sejbiet superviżorji
---------+Artikolu 4 1
---------+Artikolu 4 2
---------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 5 Informazzjoni rigward solvenza
---------+Artikolu 5 1
---------+Artikolu 5 2
---------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 6 Informazzjoni li tikkonċerna skemi ta' garanzija tad-depożiti
---------+Artikolu 6 1
---------+Artikolu 6 2
---------+Artikolu 6 3
------+Artikolu 7 Informazzjoni li tikkonċerna l-limitazzjoni ta' esponimenti kbar
------+Artikolu 8 Informazzjoni dwar riskju sistemiku li jirriżulta minn istituzzjoni
------+Artikolu 9 Informazzjoni li tikkonċerna proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà
---------+Artikolu 9 1
---------+Artikolu 9 2
------+Artikolu 10 Informazzjoni li tikkonċerna l-mekkaniżmi ta' kontroll intern
---------+Artikolu 10 1
---------+Artikolu 10 2
------+Artikolu 11 Informazzjoni rigward ingranaġġ
---------+Artikolu 11 1
---------+Artikolu 11 2
------+Artikolu 12 Informazzjoni dwar nuqqas ta' konformità ġenerali
---------+Artikolu 12 1
---------+Artikolu 12 2
------+Artikolu 13 Komunikazzjoni ta' miżuri superviżorji u sanzjonijiet
---------+Artikolu 13 1
---------+Artikolu 13 2
------+Artikolu 14 Informazzjoni b'rabta mat-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza
---------+Artikolu 14 (a)
---------+Artikolu 14 (b)
------+Artikolu 15 Informazzjoni minn awtoritajiet ta' Stat Membru ospitanti
---------+Artikolu 15 (a)
---------+Artikolu 15 (b)
---------+Artikolu 15 (c)
---------+Artikolu 15 (d)
---------+Artikolu 15 (e)
---+KAPITOLU III SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR FORNITURI TA' SERVIZZI TRANSFRUNTIERA
------+Artikolu 16 Informazzjoni dwar fornituri ta' servizzi transfruntiera
---------+Artikolu 16 (a)
---------+Artikolu 16 (b)
---------+Artikolu 16 (c)
---------+Artikolu 16 (d)
---+IL-KAPITOLU IV SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI RIGWARD L-ISTITUZZJONIJIET LI JOPERAW PERMEZZ TA' FERGĦA FIL-KAŻ TA' STRESS TA' LIKWIDITÀ LI TAFFETTWA L-ISTITUZZJONI JEW IL-FERGĦA NNIFISHA
------+Artikolu 17 L-ambitu tal-iskambju ta' informazzjoni fl-istress ta' likwidità
---------+Artikolu 17 1
---------+Artikolu 17 2
---------+Artikolu 17 3
---+IL-KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
------+Artikolu 18 Id-dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Financial Industry -
Banking -
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 524/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jagħtu lil xulxin (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 524/2014
tat-12 ta' Marzu 2014
li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jagħtu lil xulxin
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Preamble: 1
|
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 50(6) tagħha,
Billi:
|
(1)
|
Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, l-iskambju tal-informazzjoni għandu jkun bidirezzjonali, fi ħdan il-kompetenzi superviżorji rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi speċifikat liema informazzjoni rigward istituzzjonijiet, u fejn rilevanti, dwar il-funzjonament tal-fergħat tagħhom għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, kif ukoll liema informazzjoni dwar fergħat teħtieġ li tiġi provduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
|
|
(2)
|
Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti għandu jiġi kkunsidrat f'kuntest aktar wiesgħa tas-superviżjoni tal-gruppi bankarji transfruntiera u, fejn rilevanti, l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta fil-livell konsolidat. B'mod partikolari, jekk istituzzjoni għandha impriża prinċipali fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha, u l-awtorità kompetenti kkonċernata hija wkoll is-superviżur konsolidanti, għandhom ikunu disponibbli possibilitajiet sabiex tingħata informazzjoni fil-livell konsolidat aktar milli fil-livell ta' istituzzjoni li qed topera permezz ta' fergħa. Madankollu, f'dan il-każ l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti li l-informazzjoni tiġi pprovduta fil-livell konsolidat.
|
|
(3)
|
Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti mhuwiex limitat għat-tipi ta' informazzjoni speċifikati fl-Artikolu 50 tad-Direttiva 2013/36/UE, u għalhekk għat-tipi ta' informazzjoni speċifikati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Artikoli 35, 36, 39, 43 u 52 tad-Direttiva 2013/36/UE stabbilixxew dispożizzjonijiet separati għall-iskambju ta' informazzjoni rigward il-verifika fuq il-post ta' fergħat, in-notifiki tal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u miżuri, inklużi dawk ta' prekawzjoni, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' fergħat u l-impriżi prinċipali tagħhom. Dan ir-Regolament m'għandux għalhekk jispeċifika rekwiżiti għall-iskambju ta' informazzjoni f'dawk l-oqsma.
|
|
(4)
|
Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti sabiex jiġu armonizzati prattiki regolatorji u superviżorji madwar l-Unjoni. Din l-informazzjoni għandha tkopri l-oqsma kollha speċifikati fl-Artikolu 50 tad-Direttiva 2013/36/UE, jiġifieri l-ġestjoni u s-sjieda, inklużi linji ta' negozju bħal dawk li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 317 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), likwidità u sejbiet li jikkonċernaw is-superviżjoni tal-likwidità, is-solvenza, il-garanzija tad-depożiti, l-esponimenti kbar, riskju sistemiku, proċeduri amministrattivi u ta' kontabbiltà, u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern. Sabiex jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti u l-Istati Membri ospitanti u tad-domiċilju għandhom ukoll iżommu lil xulxin infurmati dwar sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-liġi nazzjonali jew ma' dik tal-Unjoni kif ukoll dwar miżuri ta' superviżjoni u sanzjonijiet imposti fuq l-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, għandha tiġi nkluża informazzjoni addizzjonali rigward l-ingranaġġ u t-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza fl-ambitu ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jissorveljaw l-istituzzjonijiet b'mod effiċjenti.
|
|
(5)
|
Fejn l-istress ta' likwidità jaffettwa jew hu mistenni li jaffettwa istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom fehim ċar tas-sitwazzjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu miżuri ta' prekawzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/36/UE. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jipprovdi regoli ċari dwar liema tipi ta' informazzjoni jridu jiġu skambjati bejn l-awtoritajiet meta jseħħ stress ta' likwidità. Għandha tiġi speċfikata wkoll l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata sabiex l-awtoritajiet jitħejjew minn kmieni sew għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 114(1) tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
(6)
|
Minħabba d-differenzi fid-daqs, fil-kumplessità u fis-sinifikat ta' fergħat li joperaw fl-Istati Membri ospitanti, huwa importanti li jiġi applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità fl-iskambju ta' informazzjoni. Għal dan l-għan, għandha tkun skambjata medda akbar ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tad-domiċilju u dawk ospitanti fejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ospitanti huma responsabbli għal fergħat identifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
(7)
|
Biex ikun żgurat li l-informazzjoni rilevanti tkun skambjata f'limiti raġonevoli filwaqt li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju jkunu obbligati jibagħtu kull informazzjoni dwar istituzzjoni, irrispettivament min-natura u l-importanza tagħha lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri ospitanti, l-informazzjoni li hi rilevanti għal fergħa partikolari biss għandha tintbagħat esklussivament lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' din il-fergħa. Għal għanijiet oħrajn simili, f'għadd ta' oqsma speċifiċi, informazzjoni li tiżvela sitwazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità biss għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, li jfisser li l-ebda informazzjoni ma għandha tiġi skambjata fejn l-istituzzjoni tkun f'konformità mal-liġi nazzjonali u mal-liġi tal-Unjoni.
|
|
(8)
|
Dan ir-Regolament għandu wkoll jindirizza l-iskambju ta' informazzjoni relatata mat-twettiq ta' attivitajiet fi Stat Membru ospitanti permezz tal-provvista ta' servizzi transfruntiera. Minħabba n-natura tas-servizzi transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti huma kkonfrontati b'nuqqas ta' informazzjoni dwar operazzjonijiet imwettqa fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, u għalhekk huwa essenzjali li jiġi speċiifkat fid-dettall liema informazzjoni teħtieġ li tiġi skambjata għall-iskopijiet ta' salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja u l-kundizzjonijiet ta' monitoraġġ ta' awtorizzazzjonijiet, b'mod partikolari l-monitoraġġ dwar jekk l-istituzzjoni tipprovdix servizzi skont in-notifiki provduti. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (l-ABE) lill-Kummissjoni.
|
|
(9)
|
L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
|
|
IL-KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
IL-KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
IL-KAPITOLU II SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR L-ISTITUZZJONIJIET LI JOPERAW PERMEZZ TA' FERGĦA
|
IL-KAPITOLU II SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR L-ISTITUZZJONIJIET LI JOPERAW PERMEZZ TA' FERGĦA
|
|
KAPITOLU III SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR FORNITURI TA' SERVIZZI TRANSFRUNTIERA
|
KAPITOLU III SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI DWAR FORNITURI TA' SERVIZZI TRANSFRUNTIERA
|
|
IL-KAPITOLU IV SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI RIGWARD L-ISTITUZZJONIJIET LI JOPERAW PERMEZZ TA' FERGĦA FIL-KAŻ TA' STRESS TA' LIKWIDITÀ LI TAFFETTWA L-ISTITUZZJONI JEW IL-FERGĦA NNIFISHA
|
IL-KAPITOLU IV SKAMBJU TA' INFORMAZZJONI RIGWARD L-ISTITUZZJONIJIET LI JOPERAW PERMEZZ TA' FERGĦA FIL-KAŻ TA' STRESS TA' LIKWIDITÀ LI TAFFETTWA L-ISTITUZZJONI JEW IL-FERGĦA NNIFISHA
|
|
IL-KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
IL-KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0524
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|