+IR-REGOLAMENT (KE) Nru 549/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Għan u Ambitu
------+Article 1 1.
------+Article 1 2.
------+Article 1 3.
------+Article 1 4.
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Oqsma għal azzjoni mill-Komunità
------+Article 3 1.
------+Article 3 2.
---+Artikolu 4 Awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
------+Article 4 5.
---+Artikolu 5 Proċedura tal-Kumitat
------+Article 5 1.
------+Article 5 2.
------+Article 5 3.
------+Article 5 4.
------+Article 5 5.
---+Artikolu 6 Korp Konsultattiv tal-Industrija
---+Artikolu 7 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi Ewropej
---+Artikolu 8 Il-regoli implimentattivi
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
---+Artikolu 9 Penali
---+Artikolu 10 Konsultazzjoni tal-partijiet interessati
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.
---+Artikolu 11 Skema ta’ prestazzjoni
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
------+Article 11 3.
------+Article 11 4.
------+Article 11 5.
------+Article 11 6.
---+Artikolu 12 Sorveljanza, immonitorjar u metodi ta' stima ta' l-impatt
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
------+Article 12 4.
---+Artikolu 13 Salvagwardji
---+Artikolu 13a L-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea
---+Artikolu 14 Dħul fis-seħħ
|
English -
European Union -
Aviation -
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 549/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 549/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (Test b'relevanza għaż-ŻEE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Għan u Ambitu
|
Artikolu 1 Għan u Ambitu 1. L-għan tal-inizzjattiva dwar l-ajru uniku Ewropew hu li jittejbu l-istandards attwali tat-traffiku tal-ajru, biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport bl-ajru u biex ittejjeb il-prestazzjoni ġenerali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u s-sistema ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru (ANS) għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Ewropa, bil-ħsieb li jinqdew il-ħtiġijiet ta’ dawk li jużaw l-ispazju tal-ajru. L-ajru uniku Ewropew se jkun jikkonsisti minn netwerk pan-Ewropew koerenti ta’ rotot, ġestjoni tan-netwerk u sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bbażati biss fuq is-sikurezza, l-effiċjenza u l-kunsiderazzjonijiet tekniċi, għall-benefiċċju tal-utenti kollha tal-ispazju tal-ajru. Biex jilħaq dan il-għan, dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas regolatorju armonizzat għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew. 2. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu bla ħsara għas-Sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u għar-rekwiżiti tal-Istati Membri marbuta mal-ordni pubbliku, mas-sigurtà pubblika u ma’ kwistjonijiet ta’ difiża, kif stabbilit fl-Artikolu 13. Dan ir-Regolament u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 ma jkoprux operazzjojijiet u taħriġ militari. 3. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3 għandha tkun mingħajr ħsara għad-drittijiet u doveri ta’ Stati Membri taħt il-Konvenzjoni ta’ Chicago tal-1944 dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”). F’dan il-kuntest, għan ieħor ta’ dan ir-Regolament hu, fl-oqsma li jkopri, li jgħin lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago, billi jipprovdi bażi għall- interpretazzjoni komuni u l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tiegħu, filwaqt li jkun żgurat li dawn id-dispożizzjonijiet jitqiesu kif jixraq f’dan ir-Regolament u fir-regoli mfassla għall-implimentazzjoni tiegħu. 4. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà tiftiehem li hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq rigward it-tilwima fuq is-sovranità fuq it-territorju li fih qiegħed l-ajruport.
▼B
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-fini ta' dan ir-Regolament u tal-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
1. “servizz ta' kontroll tat-traffiku ta' l-ajru (KTA)” tfisser servizz ipprovdut għall-għan:
(a) li jimpedixxi kolliżjonijiet:
— fiż-żona ta' mmanuvrar bejn ajruplani u ingombri; u
(b) li jħaffef u jżomm fluss bl-ordni ta' traffiku ta' l-ajru;
2. “servizz ta' kontroll fl-ajrudrom” tfisser servizz ta' KTA għal traffiku fl-ajrudrom;
3. “servizz ta' informazzjoni aeronawtika” tfisser servizz stabbilit ġewwa ż-żona ddefinita ta' kopertura responsabbli għall-forniment ta' informazzjoni aeronawtika u data meħtieġa għas-sigurezza, regolarita, u effiċjenza tan-navigazzjoni ta' l-ajru;
4. “servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru” tfisser servizzi ta' traffiku ta' l-ajru; servizzi ta' komunikazzjoni, navigazzjoni u sorveljanza; servizzi meteoroloġiċi għal navigazzjoni ta' l-ajru;
5. “fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni ta' l-ajru” tfisser kull entita pubblika jew privata li tipprovdi servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għal traffiku ta' l-ajru ġenerali;
6. “blokk ta' spazju ta' l-ajru” tfisser spazju ta' l-ajru ta' dimensjonijiet iddefiniti, fi spazju u żmien (ħin), li fihom servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru jkunu ipprovduti;
7. “amministrazzjoni ta' spazju ta' l-ajru” tfisser funzjoni ta' ppjanar bl-għan primarju li jisfrutta bl-aħjar mod possibbli l-ulitilizzazzjoni ta' spazju ta' l-ajru disponibbli permezz ta' parteċipazzjoni dinamika fil-ħin u, xi minn daqqiet, is-segregazzjoni ta' spazju ta' l-ajru fost il-kategoriji varji ta' utenti ta' spazju ta' l-ajru fuq il-bażi ta' ħtiġiet ta' terminu qasir;
▼M1
8. “utenti tal-ispazju tal-ajru” tfisser l-inġenji tal-ajru kollha operati bħala traffiku tal-ajru ġenerali;
▼B
9. “amministrazzjoni tal-fluss ta' traffiku ta' l-ajru” tfisser funzjoni stabbilita bil-għan li tikkontribwixxi fluss salv, bl-ordni u prontezza ta' traffiku ta' l-ajru billi tiżgura li l-kapaċita tal-KTA tkun utilizata bl-aħjar mod possibbli, u li l-volum tat-traffiku jkun kompatibbli mal-kapaċitajiet iddikjarati mill-fornituri tas-servizz proprju tat-traffiku ta' l-ajru;
▼M1
10. “ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM)” tfisser l-aggregazzjoni tal-funzjonijiet fl-ajru u dawk ibbażati fl-art (servizzi ta’ traffiku tal-ajru, ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u ġestjoni tal-fluss ta’ traffiku tal-ajru) rekwiżita biex ikun żgurat il-moviment salv u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru matul il-fażijiet kollha tal-operati;
▼B
11. “servizzi ta' traffiku ta' l-ajru” tfisser is-servizzi varji ta' informazzjoni ta' titjir, servizzi ta' allarm, servizzi ta' avviżi għal traffiku ta' l-ajru u servizzi ta' KTA (servizzi taż-żona, avviċinament u kontroll ta' l-ajrudrom);
12. “servizz ta' kontroll taż-żona” tfisser servizz ta' KTA għal titjiriet ikkontrollati fi blokk ta' spazju ta' l-ajru;
13. “servizz ta' kontroll ta' l-avviċinament” tfisser servizz ta' KTA għall-titjiriet ikkontrollati li ser jaslu jew jitilqu;
▼M1
13a. “Pjan Komprensiv tal-ATM” tfisser il-pjan li għandu approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE (
9
) tat-20 ta’ Marzu 2009, skont l-Artikolu Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (
10
);
▼B
14. “qatta ta' servizzi” tfisser żewġ servizzi jew aktar ta' navigazzjoni ta' l-ajru;
▼M1
15. “ċertifikat” tfisser dokument maħruġ minn awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza f’kull għamla li jikkonforma mal-liġi nazzjonali, li jikkonferma li l-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru jissodisfa r-rekwiżiti biex jipprovdi servizz speċifiku;
▼B
16. “servizzi ta' komunikazzjoni” tfisser servizzi aeronawtiċi fissi jew mobbli li jagħmlu possibbli l-komunikazzjonijiet mill-art għall-art, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru għall-finijiet tal-KTA;
17. “Xibka Ewropea ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru” (XEATA tfisser il-ġabra ta' sistemi elenkati fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilita tax-xibka Ewropea ta' amministrazzjoni ta' traffiku ta' l-ajru (ir-Regolament ta' interoperabilita) (
11
) li jagħmel possibbli li servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fil-Komunità jkun pprovduti, inklużi saffi ta' spazju fil-konfini ma' pajjiżi terzi;
18. “konċett ta' operat” tfisser il-kriterji għall-użu operazzjonali tax-XEATA jew parti minnha;
19. “kostitwenti” tfisser oġġetti tanġibbli bħal hardware u oġġetti intanġibbli bħal software li fuqhom tiddependi l-interoperabilita tax-XEATA;
20. “Eurocontrol” hija l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurezza tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru mwaqqfa bil-Konvenzjoni Internazzjonali tat-13 ta' Diċembru 1960 dwar Koperazzjoni għas-Sigurezza tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru (
12
)
▼M1 —————
▼M1
22. “użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru” tfisser kunċett ta’ ġestjoni tal-ispazju tal-ajru applikat fiż-żona tal-Konferenza Ewropea dwar Avjazzjoni Ċivili, fuq il-bażi tal-“Manwal ta’ Amministrazzjoni tal-Ispazju tal-ajru għall-applikazzjoni tal-Kunċett tal-Użu Flessibbli tal-Ispazju tal-ajru” maħruġ minn Eurocontrol;
▼B
23. “reġjun ta' informazzjoni għal titjir” tfisser spazju ta' l-ajru b'dimensjonijiet iddefiti li fihom ikunu pprovduti servizzi ta' informazzjoni u servizzi ta' allarm;
▼M1
23a. “servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjira” tfisser servizz provdut sabiex jingħataw pariri u informazzjoni utli għat-tmexxija sikura u effiċjenti tat-titjiriet;
23b. “servizz ta’ twissija ta’ allarm” tfisser servizz provdut biex javża lill-organizzazzjonijiet xierqa dwar ajruplani fi bżonn ta’ għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u biex jgħin tali organizzazzjonijiet skont il-ħtieġa;
▼B
24. “livell ta' titjir” tfisser wiċċ ta' pressjoni atmosferika kostanti li huwa konness mad-datum speċifiku ta' pressjoni ta' 1 013,2hectopascals (ettopascals) u huwa separat (jinfired) minn uċuh oħra tali b'intervalli speċifiċi ta' pressjoni;
▼M1
25. “blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru” tfisser blokk tal-ajru bbażat fuq ir-rekwiżiti operattivi u stabbiliti irrispettivament mill-fruntieri tal-Istat, fejn il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet relatati huma misjuqa mill-prestazzjoni u msaħħa bil-ħsieb li tidħol, f’kull blokk funzjonali tal-ispazju tal-ajru, il-koperazzjoni mtejba fost il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jew, fejn jixraq, fornitur integrat;
▼B
26. “traffiku ta' l-ajru ġenerali” tfisser il-movimenti kollha ta' ajruplani ċivili, kif ukoll il-movimenti kollha ta' ajruplani statali (inklużi ajruplani militari, doganali u tal-pulizija) meta dawn il-movimenti jitwettqu b'konformita mal-proċeduri ta' l-OIAĊ;
27. “OIAĊ” tfisser Organizzazzjoni Internazzjonali dwar l-Avjazzjoni Ċivili, kif stabbilita bil-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzoni Ċivili Internazzjonali ta' l-1944;
28. “interoperabilita” tfisser sett ta' proprjetajiet funzjonali, tekniċi u operazzjonali rekwiżiti mis-sistemi u kostitwenti tax-XEATA u tal-proċeduri għall-operat tiegħu, biex jintgħamel possibbli l-operat salv, fl-assjem u effiċjenti tiegħu. Interoperabilita tinkiseb billi s-sistemi u kostitwenti jintgħamlu konformi mar-rekwiżiti essenzali;
29. “servizzi meteoroloġiċi” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-ajruplani bi tbassir meteoroloġiku, istruzzjonijiet u osservazzjonijiet kif ukoll kull informazzjoni u data meteoroloġika oħra pprovduta minn Stati għal użu aeronawtiku;
30. “servizzi ta' navigazzjoni” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi li jipprovdu lill-ajruplani b'informazzjoni dwar pożizzjoni u ħin propizju;
31. “data operazzjonali” tfisser informazzjoni dwar il-fażijiet kollha ta' titjir li huma rekwiżiti biex jittieħdu deċiżjonijiet operazzjonali minn fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru, utenti ta' spazju ta' l-ajru, operaturi ta' ajruporti u atturi oħra involuti;
32. “proċedura”, kif użata fil-kuntest tar-Regolament ta' interoperabilita, tfisser metodu standard għall-użu kemm tekniku kif ukoll operazzjonali ta' sistemi, fil-kuntest ta' konċetti maqbula u validati ta' operati li jirrekjedu implimentazzjoni uniformi max-XEATA kollha;
33. “tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu operazzjonali wara l-istallazzjoni inizjali jew titjib fil-kwalità ta' sistema;
34. “xibka ta' rotot (network)” tfisser xibka ta' rotot speċifiċi biex ikun iggwidat il-fluss tat-traffiku ta' l-ajru ġenerali kif ikun meħtieġ għall-forniment ta' servizzi ta' KTA;
35. “irrottjar” tfisser itinerarju magħżul li għandu jkun segwit minn ajruplan matul l-operat tiegħu;
36. “operazzjoni fl-assjem tagħha” tfisser operazzjoni tax-XEATA f'manjiera tali li mill-perspettiva ta' l-utent tiffunzjona daqs li kieku kienet entita waħda (unika);
▼M1 —————
▼B
38. “servizzi ta' sorveljanza” tfisser dawk il-faċilitajiet u servizzi użati biex jiddeterminaw il-posizzjonijiet rispettivi ta' ajruplani biex jippermettu separazzjoni salva;
39. “sistema” tfisser l-aggregazzjoni ta' kostitwenti fl-ajru u dawk ibbażat fl-art, kif ukoll tagħmir ibbażat fl-ispazju, li tipprovdi appoġġ għal servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru għal fażijiet kollha ta' titjir;
40. “titjib fil-kwalità” tfisser kull modifikazzjoni li tbiddel il-karatteristiċi operazzjonali ta' sistema;
▼M1
41. “servizzi transkonfinali” tfisser kull sitwazzjoni fejn is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru jingħataw fi Stat Membru minn fornitur tas-servizzi li jkun iċċertifikat fi Stat Membru ieħor.
▼B
|
|
Artikolu 3 Oqsma għal azzjoni mill-Komunità
|
Artikolu 3 Oqsma għal azzjoni mill-Komunità 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas regolatorju armonizzat għall-ħolqien ta' ajru uniku Ewropew flimkien ma':
(a) Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta' l-ispazju ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament ta' l-ispazju ta' l-ajru) (
13
);
(b) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment ta' servizzi) (
14
); and
(ċ) Ir-Regolamentr (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilita tax-xibka (network) Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilita) (
15
);
u mar-regoli ta' implimentazzjoni addottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament u r-regolamenti li hemm referenza għalihom hawn aktar 'il fuq. 2. Il-miżuri li jirreferi għalhom il-paragrafu 1 għandhom japplikaw suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
▼M1
|
|
Artikolu 4 Awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza
|
Artikolu 4 Awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza 1. L-Istati Membri, b’mod konġunt jew b’mod individwali, għandhom jew jaħtru jew jistabbilixxu korp jew korpi bħala awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza biex tidħol għax-xogħlijiet assenjat lil din l-àawtorità skont dan ir-Regolament u skont il-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3. 2. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom ikunu indipendenti mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru. Din l-indipendenza għandha tinkiseb permezz tas-separazzjoni xierqa, għall-inqas fil-livell funzjonali, bejn l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u dawn il-fornituri. 3. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, indipendenti u trasparenti. Dan għandu jinkiseb bl-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi xierqa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, fosthom fl-amministrazzjoni ta’ Stat Membru. Madankollu, dan m’għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza milli jeżerċitaw il-kompiti tagħhom fi ħdan ir-regoli ta’ organizzazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili jew ta’ korpi pubbliċi oħra. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza ikollhom ir-riżorsi u l-kapaċitajiet meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet l-kompiti li jingħatawlhom bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament b’mod effiċjenti u fil-ħin. 5. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza, kif ukoll bil-bidliet li jsirulhom, u bil-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafi 2, 3 u 4.
▼B
|
|
Artikolu 5 Proċedura tal-Kumitat
|
Artikolu 5 Proċedura tal-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”, kompost minn rappreżentanti ta' kull Stat Membru u ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura konsiderazzjoni xierqa ta' l-interessi tal-kategoriji kollha ta' utenti. 2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. 3. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu taż-żmien li hemm referenza għalih fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KES għandu jiġi stabbilit għal xahar.
▼M1
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. 5. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1), (2), (4), (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
|
|
Artikolu 6 Korp Konsultattiv tal-Industrija
|
Artikolu 6 Korp Konsultattiv tal-Industrija Bla ħsara għall-funzjoni tal-Kumitat u ta’ Eurocontrol, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi “korp konsultattiv tal-industrija”, li hgħalih għandhom jjappartjenu fornituri ta’ servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru, assoċjazzjonijiet ta’ utenti tal-ispazju tal-ajru, operaturi tal-ajruporti, l-industrija tal-manifattura u korpi rappreżentattivi tal-persunal professjonali. Il-funzjoni ta’ dan il-korp għandha tkun biss li tagħti parir lill-Kummissjoni dwar aspetti tekniċi tal-implimentazzjoni tal-ajru uniku Ewropew.
|
|
Artikolu 7 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi Ewropej
|
Artikolu 7 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi Ewropej Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jimmiraw għal u jappoġġjaw l-estensjoni tal-ajru uniku Ewropew għal pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea. Għal dak il-għan, huma għandhom jagħmlu sforz, jew fil-qafas tal-ftehim konklużi ma’ pajjiżi terzi, jew fil-kuntest tal-ftehim dwar it-blokok funzjonali tal-ispazju tal-ajru, biex jestendu l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u l-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3, għal dawk il-pajjiżi.
|
|
Artikolu 8 Il-regoli implimentattivi
|
Artikolu 8 Il-regoli implimentattivi 1. Għall-iżvilupp tar-regoli implimentattivi l-Kummissjoni tista’ toħroġ mandati lill-Eurocontrol jew, fejn ikun xieraq, lil korp ieħor billi tistabbilixxi l-kompiti li jridu jitwettqu u l-iskeda biex dan isir, filwaqt li jitqiesu l-iskadenzi relevanti stipulati f’dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha taġixxi skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2). 2. Meta l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li toħroġ mandat f’konformità mal-paragrafu 1, hija għandha tirsisti biex tagħmel l-aħjar użu mill-arranġementi eżistenti għall-involviment u l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati kollha, fejn dawn l-arranġamenti jkunu jikkorrispondu mal-prattiki tal-Kummissjoni dwar proċeduri ta’ trasparenza u konsultazzjoni u ma jkunx hemm konflitt mal-obbligi istituzzjonali tagħha.
|
|
Artikolu 9 Penali
|
Artikolu 9 Penali Il-penali li l-Istati Membri għandhom jistipulaw għal ksur ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 b’mod partikulari mill-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-fornituri ta’ servizzi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 10 Konsultazzjoni tal-partijiet interessati
|
Artikolu 10 Konsultazzjoni tal-partijiet interessati 1. L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni għall-involviment xieraq tal-partijiet interessati, inklużi l-korpi rappreżentattivi tal-istaff professjonali, fl-implimentazzjoni tal-ajru uniku Ewropew. 2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni fil-livell tal-Komunità. Il-Kumitat dwar id-Djalogu Settorjali speċifiku mwaqqaf skont id-Deċiżjoni 98/500/KE għandu jkun involut fil-konsultazzjoni. 3. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati għandha tkopri, b’mod partikolari, l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ kunċetti u teknoloġiji ġodda fl-EATMN. Il-partijiet interessati jistgħu jinkludu:
— il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru,
— l-operaturi tal-ajruporti,
— l-utenti tal-ispazju tal-ajru relevanti jew il-gruppi relevanti li jirrappreżentaw l-utenti tal-ispazju tal-ajru,
— l-awtoritajiet militari,
— l-industrija tal-manifattura, u
— il-korpi rappreżentattivi tal-istaff professjonali.
|
|
Artikolu 11 Skema ta’ prestazzjoni
|
Artikolu 11 Skema ta’ prestazzjoni 1. Biex jitjiebu l-prestazzjoni tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u l-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew, għandha titwaqqaf skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk. Din għandha tinkludi:
(a) miri ta’ prestazzjoni fil-Komunità kollha dwar l-oqsma ta’ prestazzjoni ewlenin tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza tan-nefqa;
(b) il-pjani nazzonali jew il-pjani għal blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, fosthom il-miri ta’ prestazzjoni, li jiżguraw konsistenza mal-miri ta’ prestazzjoni fil-Komunità kollha; u
(c) reviżjoni perjodika, monitoraġġ u kejl tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u ta’ netwerk.
2. F’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3), il-Kummissjoni tista’ tiddeżinja l-Eurocontrol jew lil korp imparzjali u kompetenti ieħor biex jaġixxi bħala “korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni”. Ir-rwol tal-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni għandu jkun li jassisti lill-Kummissjoni f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni, u biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni, meta jiġi mitlub, fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-korp ta’ analiżi tal-prestazzjoni jaġixxi b’mod indipendenti meta jwettaq il-kompiti li jkunu fdati lilu mill-Kummissjoni. 3.
(a) Il-miri tal-prestazzjoni tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru madwar il-Komunità kollha għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 5(3), wara li jitiqesu l-inputs relevanti mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni fil-livell nazzjonali u jew fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali.
(b) Il-pjani nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni u adottati mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. Dawn il-pjani għandhom jinkludu miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u skema ta’ inċentivi xierqa kif adottata mill-Istat Membru/mill-Istati Membri. L-abbozzar tal-pjani għandu jkun suġġett għal konsultazzjoni mal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mar-rappreżentanti tal-utenti tal-ispazju tal-ajru u, fejn relevanti, mal-operaturi tal-ajruporti u l-koordinaturi tal-ajruporti.
(c) Il-konsistenza tal-miri nazzjonali jew tal-miri tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mal-miri ta’ prestazzjoni fil-Komunità kollha għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni permezz tal-kriterji ta’ evalwazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 6.
Fil-każ li l-Kummissjoni tiskopri li jkun hemm mira waħda jew aktar minn waħda nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ evalwazzjoni, tista’ tiddeċiedi, f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), li toħroġ rakkomandazzjoni sabiex l-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni ikkonċernati jipproponu mira jew miri ta’ prestazzjoni riveduti. L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw miri ta’ prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa li għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni fiż-żmien dovut.
Meta l-Kummissjoni ssib li l-miri ta’ prestazzjoni riveduti u l-miżuri xierqa ma jkunux adatti, tista’ tiddeċiedi, bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3), li l-Istati Membri kkonċernati jkollhom jieħdu miżuri korrettivi.
Inkella, l-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, bl-appoġġ ta’ evidenza adegwata, li tirrevedi l-miri tal-prestazzjoni madwar il-Komunità bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3).
(d) Il-perjodu ta’ referenza għall-iskema ta’ prestazzjoni għandu jkopri minimu ta’ tliet snin u massimu ta’ ħames snin. Tul dan il-perjodu, fil-każ li l-miri nazzjonali jew il-miri tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ma jintlaħqux, l-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom japplikaw il-miżuri xierqa li jkunu ddefinixxew. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jkopri l-ewwel tliet snin wara l-adozzjoni tar-regoli implimentattivi msemmija fil-paragrafu 6.
(e) Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet regolari fir-rigward tal-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni u għandha tippreżenta r-riżultati lill-Kumitat tal-Ajru Uniku.
4. Il-proċeduri li ġejjin għandhom japplikaw għall-iskema ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:
(a) il-ġbir, il-validazzjoni, l-eżami, l-evalwazzjoni u t-tixrid tad-data relevanti marbuta mal-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u mal-funzjonijiet tan-netwerk mill-partijiet rilevanti kollha, inklużi il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-operaturi tal-ajruporti, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, l-Istati Membri u l-Eurocontrol;
(b) l-għażla ta’ oqsma elwenin ta’ prestazzjoni xierqa fuq il-bażi tad-Dokument ICAO Nru 9854 “il-Kunċett Operazzjonali tal-Immaniġġjar tat-Traffiku tal-Ajru Globali”, u “f’konsistenza mal-Qafas” ta’ Rendiment tal-Pjan Ġenerali tal-ATM, inklużi l-oqsma tas-sikurezza, l-ambjent, il-kapaċità u l-effiċjenza fl-ispiża, adattati, fejn xieraq, sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-ajru uniku Ewropew u l-objettivi relevanti għal dawn l-oqsma u d-definizzjoni ta’ sett limitat ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin għall-kejl tal-prestazzjoni;
(c) l-iffissar ta’ miri ta’ prestazzjoni, li japplikaw għall-Komunità kollha, li għandhom jiġu definiti filwaqt li jitqiesu l-inputs identifikati fil-livell nazzjonali jew fil-livell ta’ blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;
(d) l-evalwazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali fuq il-bażi tal-pjan nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali; u
(e) il-monitoraġġ tal-pjani ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokk tal-ispazju tal-ajru funzjonali, inklużi mekkaniżmi ta’ twissija xierqa.
Il-Kummissjoni tista’ żżid mal-lista tal-proċeduri msemmija f’dan il-paragrafu. Dawn il-miżuri, imfassla biex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5(4). 5. L-istabbiliment tal-iskema ta’ prestazzjoni għandu jieħu kont tas-servizzi en route, is-servizzi fit-terminal u l-funzjonijiet ta’ netwerks huma differenti u għandhom jiġu ttrattati bħala tali anke, jekk ikun neċessarju, għal skopijiet ta’ kejl tal-prestazzjoni. 6. Għall-iffunzjonar dettaljat tal-iskema ta’ prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha, sal-4 ta’ Diċembru 2011 u fi żmien xieraq biex jiġu ssodisfati l-iskadenzi stipulati f’dan ir-Regolament, tadotta regoli implimentattivi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3). Dawn ir-regoli implimentattivi għandhom ikopru b’mod partikolari dan li ġej:
(a) il-kontenut u l-iskeda tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 4;
(b) il-perjodu ta’ referenza u l-intervalli għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni u l-iffissar ta’ miri ġodda;
(c) il-kriterji għall-iffissar, mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, ta’ pjani tal-prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, li jkun fihom il-miri ta’ prestazzjoni nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali u l-iskema ta’ inċentivi. Il-pjani tal-prestazzjoni għandhom:
(i) ikunu bbażati fuq pjani kummerċjali tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru;
(ii) jindirizzaw l-elementi kollha tal-ispiża bażi tan-nefqa nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali;
(iii) jinkludu miri vinkolanti ta’ prestazzjoni konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Komunità kollha;
(d) il-kriterji biex jiġi evalwat jekk il-miri nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali humiex konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni li japplikaw għall-Komunità kollha matul il-perjodu ta’ referenza u biex jiġu appoġġjati l-mekkaniżmi ta’ twissija;
(e) il-prinċipji ġenerali għat-twaqqif ta’ skema ta’ inċentivi mill-Istati Membri;
(f) il-prinċipji għall-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu tranżitorju neċessarju għall-adattazzjoni għat-tħaddim tal-iskema ta’ prestazzjoni ta’ mhux aktar minn 12-il xahar minn wara l-adozzjoni tar-regoli implimentattivi.
▼B
|
|
Artikolu 12 Sorveljanza, immonitorjar u metodi ta' stima ta' l-impatt
|
Artikolu 12 Sorveljanza, immonitorjar u metodi ta' stima ta' l-impatt 1. Is-sorveljanza, immonitorjar u metodi ta' stima ta' impatt għandhom ikunu bbażati fuq is-sottomissjoni tar-rapport annwali mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni meħuda skond dan ir-Regolament u l-miżuri li jirreferi għalihom l-Artikolu 3.
▼M1
2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi perjodikament l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, u qabel xejn għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-4 ta’ Ġunju 2011, u minn hemm ‘il quddiem fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 11 (3)(d). Meta dan ikun iġġustifikat għal dan il-għan, il-Kummissjoni tista’ titlob mill-Istati Membri informazzjoni addizzjonali għall-informazzjoni li qiegħda fir-rapporti ppreżentati minnhom skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
▼B
3. Għall-għanijiet tal-kitba tar-rapporti li jirreferi għalihom il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat.
▼M1
4. Ir-rapporti għandu jkun fihom stima tar-riżultati miksuba mill-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament inkluża informazzjoni xierqa dwar żviluppi fis-settur, b’mod partikulari dwar aspetti ekonomiċi, soċjali, ta’ impjiegi u teknoloġiċi, kif ukoll dwar il-kwalità ta’ servizz, fid-dawl tal-għanijiet oriġinali u bil-ħsieb ta’ ħtiġiet futuri.
▼B
|
|
Artikolu 13 Salvagwardji
|
Artikolu 13 Salvagwardji Dan ir-Regolament m'għandux jimpedixxi l-applikazzjoni ta' miżuri minn Stat Membru sal-punt li jkunu meħtieġa biex jissalvagwardjaw sigurezza essenzali jew interessi ta' politika ta' difiża. Miżuri tali huma b'mod partikulari dawk li huma importanti ħafna:
— għas-sorveljanza ta' l-ispazju ta' l-ajru li huwa taħt ir-responsabbilta tiegħu skond ftehim tan-Navigazzjoni ta' l-Ajru Reġjonali ta' l-OIAĊ, inkluża l-kapaċita li josserva (jiskopri), jidentifika u jistima l-ajruplani kollha li jużaw spazju ta' l-ajru tali, bil-ħsieb li jfittex li jissalvagwardja s-sigurezza ta' titjiriet u jieħu azzjoni biex jiżgura l-ħtieġiet ta' sigurata u difiża,
— fil-każ ta' disturbi serji interni li jolqtu (jaffettwaw) ż-żamma tal-liġi u l-ordni,
— fil-każ ta' gwerra jew tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra,
— għas-sodifazzjoni ta' l-obbligi internazzjonali ta' l-Istat Membru in konnessjoni maż-żamma tal-paċi u sigurtà internazzjonali,
— biex imexxi operazzjonijiet u taħriġ militari, inklużi l-possibbiltajiet meħtieġa għal eżerċizzi.
▼M1
|
|
Artikolu 13a L-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea
|
Artikolu 13a L-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolamenti (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 u r-Regolament KE Nru 216/2008tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (
16
), l-Istati Membri u l-Kummissjoni, f’konformità mal-irwoli rispettivi tagħhom kif stipulat f’dan ir-Regolament, għandhom jikkoordinaw kif xieraq mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-aspetti kollha tas-sikurezza jiġu indirizzati b’mod xieraq.
▼B
|
|
Artikolu 14 Dħul fis-seħħ
|
Artikolu 14 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.12.2009 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0549
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|