+51. Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa …
|
51. Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa …
Awtorità kompetenti li tibda verifika jew spezzjoni fuq il - post (l - inizjatur) f'fergħa sinifikanti ħafna għandha tapplika l - proċess li ġej: - a. L- inizjatur għandu jistieden lill - awtorità l - oħra biex tipparteċipa fit - twettiq tal - attività filwaqt li jiżgura li d - deċiżjoni dwar l - attività tkun ittieħdet fi żmien raġonevoli u b'hekk l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jorganizzaw il - parteċipazzjoni tagħhom (ġeneralment sitt ġimgħat qabel il - bidu tal - attività fil - każ ta' attività ppjanata minn qabel, iżda notifika iqsar tista' tkun biżżejjed fil - każ ta' attività straordinarja). Meta jagħmel dan, l - inizjatur għandu jinforma lill - awtorità mistiedna dwar il - kamp ta' applikazzjoni tal - attività sabiex din tkun tista' tieħu deċiżjoni informata.
- b. L- awtorità li tirċievi l - istedina għandha tikkonferma l - parteċipazzjoni tagħha mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn ġimgħa mill - wasla tal - istedina msemmija fil - punt (a), sakemm il - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post ma tkunx ta'
| natura | urġenti, f'liema każ l - awtorità li tirċievi l - istedina għandha tikkonferma l - |
parteċipazzjoni tagħha fi żmien raġonevoli stabbilit mill - awtorità l - oħra, fid - dawl taċ - ċirkostanzi partikolari li jitolbu verifika jew spezzjoni fuq il - post. - c. Meta l - awtorità li tirċievi l - istedina tiddeċiedi li tipparteċipa fl - attività:
| i. | l - inizjatur għandu, sa fejn ikun possibbli, jiskeda l - attività, inkluż il - ħin tal - laqgħat organizzati fit - twettiq tal - attività, b'kunsiderazzjoni xierqa għad - disponibbiltà tal - awtorità parteċipanti; | | ii. | l - inizjatur għandu jiżgura li l - informazzjoni rilevanti għat - twettiq tal - attività tkun disponibbli għall - awtorità parteċipanti, soġġett għal - liġi nazzjonali tal - Istat Membru fejn titwettaq il - verifika jew l - ispezzjoni; | | iii. | l - inizjatur għandu jabbozza rapport li jiġbor fil - qosor is -se jbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post u għandu jippermetti żmien raġonevoli biex l - awtorità parteċipanti tkun tista' tikkummenta f'perjodu ta' żmien speċifikat sabiex ir - rapport ikun jista' jiġi ffinalizzat f'waqtu; | | iv. | l - awtoritajiet parteċipanti fl - attività għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu ftehim dwar ir - rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post qabel ma jikkomunikaw ir - rapport lill - istituzzjoni u, fejn xieraq u f'konformità mal - proċeduri amministrattivi, lill - fergħa; 14 | | v. | ladarba l - awtoritajiet li jkunu qegħdin jipparteċipaw fl - attività jiffinalizzaw ir- rapport, is - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju għandhom jikkomunikawh lill - istituzzjoni jew lill - grupp u, fejn xieraq u f'konformità mal - proċeduri amministrattivi, l - awtorità kompetenti ospitanti għandha tikkomunikah lill - maniġment tal - fergħa; | | vi. | meta l - awtoritajiet li jipparteċipaw fl - attività jonqsu milli jilħqu ftehim dwar ir- rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post, l - awtorità li tibda jew torganizza l - attività tibqa' responsabbli biex tiffinalizza r - rapport u l - komunikazzjoni tiegħu lill - istituzzjoni jew lill - maniġment tal - fergħa. |
- d. Meta l - awtorità li tirċievi l - istedina tiddeċiedi li ma tipparteċipax fl - attività, l - inizjatur għandu jabbozza r - rapport li jiġbor fil - qosor is - sejbiet tal - verifika jew l - ispezzjoni fuq il - post u jinforma lis - superviżur konsolidanti u lill - awtorità kompetenti tad - domiċilju jew ospitanti dwar is - sejbiet finali kif ikkomunikati lill - istituzzjoni u lill - fergħa. Meta verifika jew spezzjoni fuq il - post ta' fergħa titwettaq mill - awtorità kompetenti ospitanti, u s - superviżur konsolidanti jew l - awtorità kompetenti tad - domiċilju jiddeċiedu li ma jipparteċipawx fl - attività, l -aw torità kompetenti ospitanti għandha tinforma lis - superviżur konsolidanti u lill - awtorità kompetenti tad - domiċilju dwar is - sejbiet qabel ma tikkomunikahom lill - fergħa.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|