+6.1 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata
---+26. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu …
---+27. Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal- …
---+28. Għa ll-finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ …
---+29. Għall -finijiet ta’ stima tal-LGD kif imsemmi fl-Artikolu 181(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru …
---+30. Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu …
|
6.1 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata
6.1 L-effetti tal- protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
26. L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu …
|
L- istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu l -effetti ta’ mitigazzjoni tar- riskju ta’ kreditu ta’ protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata għajr il - ftehimiet prinċipali ta’ netting u netting fil - karta bilanċjali kif speċifikat fil - paragrafu 12 għall -finijiet tal-Artikolu 181(1)(c)–(g) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
27. Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal- …
|
Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal- ftehimiet prinċipali ta’ netting skont l -Artikolu 166(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il - valu r tal- iskopertura totalment aġġustat (E*) ikkalkulat skont l - Artikolu 220(3) jew l-Artikolu 221(6) ta’ dak ir- Regolament bħala l - valur tal - iskopertura meta jiġu kkalkulati l -ammonti tal- iskopertura ponderati għar -riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija.
|
|
28. Għa ll-finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ …
|
Għa ll-finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ netting fil-karta bilanċjali skont l -Artikolu 166(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E* ikkalkulat skont l -Artikolu 223(5) ta’ dak ir- Regolament bħala l - valur tal - iskopertura meta jiġu kkalkulati l -ammonti tal- iskopertura ponderati għar -riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija.
|
|
29. Għall -finijiet ta’ stima tal-LGD kif imsemmi fl-Artikolu 181(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru …
|
Għall -finijiet ta’ stima tal-LGD kif imsemmi fl-Artikolu 181(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u skont il- paragrafu 131 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal-LGD, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l - LGD realizzat għal kull skopertura li hija koperta minn ftehim prinċipali ta’ netting jew netting fil - karta bilanċjali bħala l - proporzjon tat -telf ekonomiku mal- ammont pendenti tal -obbligu ta’ kreditu fil- mument ta’ inadempjenza kkalkulat bħala E* skont il- paragrafu 27 jew 28. L- istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw it - telf ekonomiku fuq il - bażi ta’ dan l - ammont pendenti, u l -ebda fluss tal-flus min- netting ma għandu jiġi inkluż bħala rkupru wara inadempjenza fit -telf ekonomiku. Madankollu, skont il- paragrafu 131 tal-GL tal-EBA dwar l-estima tal-PD u tal- LGD, huwa importanti li jitfakkar li l - ammont pendenti tal - obbligu ta’ kreditu fil-mument tal- inadempjenza kkalkulat bħala E* jeħtieġ jinkludi k walunkwe ammont ta’ kapital, imgħax jew tariffa realizzati s’issa.
|
|
30. Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu …
|
Għall -finijiet tar- rikonoxximent tal -effetti ta’ mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-kollateral skont l-Artikolu 181(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il- kriterji speċifikati mill - is tituzzjonijiet għall - aġġustament tal -estimi tal- LGD: - (a) ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis fil - valur tal -estimi tal-LGD meta l-kollateral ikun obbligazzjoni tad- debitur li tikklassifika jew aktar baxxa minn jew pari passu mal-obbligu li d- debitur għandu lejn l -istituzzjoni;
- (b) għal talbiet oħra għajr dawk tal - ewwel klassifikazzjoni, għandhom iqisu kif xieraq l - effetti fuq l -estimi tal-LGD tal- pożizzjoni subordinata tal -istituzzjoni b’rabta mal-kollateral;
- (c) għal kollateral fiżiku ieħor, għandhom iqisu kif xieraq il - post probabbli tal -kollateral matul il- ħajja tas -self u l- influwenza li jista’ jkollu fuq l - inabbiltà potenzjali tal - istituzzjonijiet li jiksbu kontroll malajr tal- kollateral tagħhom u jillikwidawh skont l - Artikolu 181(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|