+Anness II – Ħiliet
|
Anness II – Ħiliet
Din hija l - lista mhux eżawrjenti tal - ħiliet rilevanti, imsemmija fil -paragrafu 59, li l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jużaw meta jagħmlu l -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom: - a. Awtentiċità: li persuna tkun konsistenti kemm f’dak li tgħid kif ukoll f’dak li tagħmel u taġixxi skont il -valuri u t- twemmin li hi stess iddikjarat li għandha. Tikkomunika b’mod miftuħ l - intenzjonijiet, l - ideat u s - sentimenti tagħha, tinkoraġġixxi ambjent ta’ ftuħ u onestà, u tinforma b’mod korrett lis - superviżur dwar is - sitwazzjoni attwali, fl - istess ħin tirrikonoxxi r - riskji u l -problemi.
- b. Lingwa: li persuna tkun kapaċi tikkomunika bil - fomm b’mod strutturat u konvenzjonali u tikteb bil-lingwa nazzjonali jew bil-lingwa operattiva tal- post tal - istituzzjoni.
- c. Teħid ta’ deċiżjonijiet: li persuna tieħu deċiżjonijiet fil - ħin u infurmati tajjeb billi taġixxi minnufih jew billi tikkommetti għal pjan ta’ azzjoni partikolari, pereżempju billi tesprimi l - fehmiet tagħha u ma titnikkirx.
- d. Komunikazzjoni: li persuna tkun kapaċi twassal messaġġ b’mod li jinfthiem u aċċettabbli u f’forma adegwata. Tiffoka fuq l - għoti u l - kisba ta’ kjarifiki u trasparenza u tħeġġeġ feedback attiv.
- e. Ġudizzju: li persuna tkun kapaċi tibbilanċja d - data u l- pjanijiet ta’ azzjoni differenti u tasal għal konklużjoni loġika. Teżamina, tirrikonoxxi u tifhem l -elementi u l- kwistjonijiet essenzjali. Ikollha viżjoni wiesgħa biex tħares lil hinn mill - qasam ta’ responsabbiltà proprja, b’mod partikolari meta tindirizza l - problemi li jistgħu jipperikolaw il -kontinwità tal- impriża.
- f. Orjentazzjoni lejn il -klijent u l- kwalità: li persuna tiffoka fuq li tiġi provduta l - kwalità u, kull fejn ikun possibbli, issib modi biex itejjibha. B’mod speċifiku, dan ifisser li iżżomm lura milli jingħata kunsens mill - iżvilupp u l -ku mmerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u servizzi u nefqa kapitali, pereżempju fuq prodotti, bini ta’ uffiċċji jew parteċipazzjoni, f’ċirkostanzi fejn hija ma tkunx tista’ tevalwa r - riskji kif xieraq minħabba nuqqas ta’ fehim tal - arkitettura, tal - prinċipji jew ta’ suppożizzjonijiet bażiċi. Tidentifika u tistudja x - xewqat u l - ħtiġijiet tal - klijenti, tiżgura li l -klijenti ma jkunu fl- ebda riskju bla bżonn u tirranġa għall -provvediment ta’ informazzjoni korretta, kompluta u bbilanċjata lill -klijenti.
- g. Tmexxija: li pe rsuna tipprovdi direzzjoni u gwida lil grupp, tiżviluppa u żżomm ħidma f’tim, timmotiva u tħeġġeġ lir - riżorsi umani disponibbli u tiżgura li l -membri tal- persunal ikollhom il - kompetenza professjonali biex jilħqu mira partikolari. Tilqa’ l -kritika u tipprovdi opportunitajiet għal dibattittu kritiku.
- h. Lealtà: li persuna tidentifika mal - impriża u jkollha sens ta’ involviment. Turi li hi tista’ tiddedika biżżejjed ħin għall - impjieg u tista’ twettaq il - kompiti tagħha kif xieraq, tiddefendi l- interessi tal - impriża u taħdem b’mod oġġettiv u kritiku. Tirrikonoxxi u tantiċipa kunflitti potenzjali ta’ interess personali u kummerċjali.
- i. Sensibilizzazzjoni esterna: li persuna timmonitorja l - iżviluppi, il - bażijiet tas - setgħa u l - attitudnijiet fi ħdan l - impriża. Tkun infurmata tajjeb dwar żviluppi finanzjarji, ekonomiċi, soċjali u oħrajn rilevanti fil - livell nazzjonali u internazzjonali li jistgħu jaffettwaw lill - impriża u anke dwar l - interessi tal - partijiet ikkonċernati u tkun kapaċi tuża din l - informazzjoni b’mod effettiv.
- j. Negozjar: li persuna tidentifika u tiżvela interessi komuni b’mod imfassal biex jinbena l - kunsens, filwaqt li tilħaq l -objettivi ta’ negozjar.
- k. Persważjoni: li persuna tikun kapaċi tinfluwenza l - fehmiet tal - oħrajn billi teżerċita setgħat persważivi u tuża awtorità u tattika naturali. Għandha personalità b’saħħitha u kapaċi żżomm sod.
- l. Ħidma f’tim: li persuna tkun konxja tal - interessi tal - grupp u tagħti kontribut għar - riżultat komuni; hija kapaċi tiffunzjona bħala parti minn tim.
- m. Dehen strateġiku: li persuna tkun kapaċi tiżviluppa viżjoni realistika ta’ żviluppi futuri u tibdilha f’objettivi fit -tu l, pereżempju billi tapplika analiżi tax - xenarji. Meta tagħmel dan, tqis b’mod xieraq ir - riskji li l - impriża tkun esposta għalihom u tieħu l - miżuri xierqa biex tikkontrollahom.
- n. Reżistenza għall - istress: li persuna tkun reżiljenti u tkun kapaċi taħdem b’mod konsistenti anke meta tkun taħt pressjoni kbira u fi żminijiet ta’ inċertezza.
- o. Sens ta’ responsabbiltà: li persuna tifhem l - interessi interni u esterni, tevalwahom bir - reqqa u turi responsabbiltà fir - rigward tagħhom. Għandha l - kapaċità li titgħallem u tirrealizza li l- azzjonijiet tagħha jaffettwaw l - interessi tal - partijiet ikkonċernati.
- p. Presidenza ta’ laqgħat: li persuna tkun kapaċi tippresjedi laqgħat b’mod effiċjenti u effettiv u toħloq atmosfera miftuħa li tħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa fuq l - istess livell; tkun konxja tal -kompiti u r- responsabbiltajiet ta’ persuni oħrajn.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|