+44. Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom …
|
44. Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom …
Għall - allokazzjoni tal - persunal għal linji ta’ azzjoni, l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw l - organizzazzjoni interna tagħhom u dan li ġej: - a. “Funzjoni superviżorja tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li jaġixxu fir - rwol ta’ sorveljanza u monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il - ġestjoni (jiġifieri diretturi mhux eżekuttivi), kif speċifikat fl - istruzzjonijiet għall - kolonna (a) tat - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637. L- istituzzjonijiet għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji għal - linja ta’ azzjoni rilevanti taħt il - punti minn (ċ) sa (i) fejn tiġi pprovduta tali diżaggregazzjoni u, altrimenti, għall - kategorija “persunal identifikat ieħor”.
- b. “Funzjoni maniġerjali tal - korp maniġerjali (‘management body’ - MB)” għandha tinkludi l - membri tal - korp maniġerjali fl - ogħla livell ta’ konsolidazzjoni li huma responsabbli mill - funzjonijiet maniġerjali tiegħu (jiġifieri diretturi eżekuttivi) kif speċifikat fl - istruzzjonijiet għall - kolonna (a) tat - tabella REM1 tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) 2021/637. L- istituzzjonijiet għandhom jallokaw membri tal - korpi maniġerjali ta’ sussidjarji għal - linja ta’ azzjoni rilevanti taħt il - punti minn (ċ) sa (i) fejn tiġi pprovduta tali diżaggregazzjoni u, altrimenti, għall - kategorija “maniġment superjuri ieħor”.
- c. “Bank tal - investiment” għandu jinkludi finanzi korporattivi, negozjar u bejgħ kif definiti fit - Tabella 2 tal - Artikolu 317 tar - Regolament (UE) 575/2013, tranżazzjonijiet immotivati mis - suq kapitali kif definiti fl - Artikolu 193(3) tar - Regolament (UE) 575/2013, u ekwità privata.
- d. “Operazzjonijiet bankarji għall - konsumatur” għandhom jinkludu l - attività totali ta’ self tal - istituzzjoni (lil individwi u intrapriżi).
- e. “Immaniġġar tal - assi” għandu jinkludi l - immaniġġar tal - assi fi ħdan:
- i. l- istituzzjoni li hija inkluża fil - kampjun;
- ii. sussidjarji li huma istituzzjonijiet, inklużi ditti ta’ investiment wara li jitqies l - Artikolu 1(2) jew (5) tar - Regolament (UE) 2019/2033; u
- iii. sussidjarji li huma ditti ta’ investiment, impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM) jew ditti ta’ investiment li huma soġġetti għall - applikazzjoni tal - Artikoli 92 u 94 tad - Direttiva 2013/36/UE fuq bażi kkonsolidata wara l - applikazzjoni tal - Artikolu 109(5) jew (6) ta’ din id - Direttiva.
- f. “Funzjonijiet korporattivi” għandhom jinkludu membri tal - persunal fil - funzjonijiet kollha li għandhom responsabbiltajiet mill - istituzzjoni kollha fil - livell ikkonsolidat u mis - sussidjarji b’tali funzjonijiet fil - livell individwali, eż. ir - riżorsi umani u t - teknoloġija tal - informazzjo ni.
- g. “Funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti” għandhom jinkludu biss persunal attiv fil - funzjonijiet indipendenti ta’ ġestjoni tar - riskju, konformità u awditjar intern kif deskritti fit - Taqsima 19 tal - linji gwida tal -EBA dwar il- governanza interna skont id - Direttiva 2013/36/UE. EBA Public
- h. Għall - Anness I, “persunal f’sussidjarji soġġetti għal qafas ta’ rimunerazzjoni speċifiku” għandu jinftiehem bħala li jinkludi l - persunal kollu li huwa impjegat minn sussidjarja li hija ditta ta’ investiment, UCITS jew AIFM li huma soġġetti għal qafas ta’ rimunerazzjoni speċifiku u li ma humiex soġġetti għall - applikazzjoni tar - rekwiżiti ta’ rimunerazzjoni fuq bażi kkonsolidata kif stabbilit fl - Artikolu 109 tad - Direttiva 2013/36/UE.
- i. “Il - persunal l - ieħor kollu” għandu jinkludi l - persunal u l- membri tal - korp maniġerjali ta’ sussidjarji, minbarra d - ditti ta’ investiment, il - UCITS u l - AIFM, li ma jistgħux jiġu allokati għall - kategoriji taħt (a) sa (h).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|