+142. Fil- livell konsolidat, minbarra l - elementi koperti fit - taqsimiet ta’ hawn fuq, l - …

142. Fil- livell konsolidat, minbarra l - elementi koperti fit - taqsimiet ta’ hawn fuq, l - …

Fil- livell konsolidat, minbarra l - elementi koperti fit - taqsimiet ta’ hawn fuq, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk:

  • a. il- korp maniġerjali tad - ditta tal - investiment konsolidanti jifhimx kemm l - organizzazzjoni tal - grupp u r - rwoli tal - entitajiet differenti tiegħu, kif ukoll ir - rabtiet u r - relazzjonijiet bejniethom;
  • b. l- istruttura organizzattiva u legali tal - grupp hijiex ċara u trasparenti, u adattata għad - daqs u l - kumplessità tan - negozju u l - operazzjonijiet;
  • c. id- ditta tal - investiment tkunx stabbiliet sistema ta’ ġestjoni effettiva ta’ informazzjoni u rapportar fil - grupp kollu applikabbli għal - linji operatorji u l - entitajiet legali kollha, u jekk din l - informazzjoni hijiex disponibbli għall - korp maniġerjali tal - impriża omm tad - ditta tal - investiment fiż - żmien debitu;
  • d. il- korp maniġerjali tad - ditta tal - investiment konsolidanti stabbilixxa strateġiji konsistenti fil - grupp kollu, inkluż qafas ta’ strateġija tar - riskju u ta’ aptit għar - riskju fil - grupp kollu;
  • e. il- ġestjoni tar - riskju fi grupp tkoprix ir - riskji materjali kollha irrispettivament minn jekk ir - riskju jirriżultax minn entitajiet li mhumiex soġġetti għal konsolidazzjoni (inklużi SPVs, SPEs u ditti tal - proprjetà) u jekk tistabbilixxix perspettiva komprensiva fir - rigward tar - riskji kollha;
  • f. meta stabbilita, il - funzjoni tal - awditu intern fil - grupp kollu hijiex indipendenti, għandhiex pjan tal - awditu bbażat fuq ir - riskju fil - grupp kollu, għandhiex biżżejjed persunal u riżorsi, għandhiex statura u linja ta’ rapportar dirett għall - korp maniġerjali tad - ditta tal - investiment konsolidanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.