+4.6. Rapport ta’ awtovalutazzjoni

4.6. Rapport ta’ awtovalutazzjoni

124. L- istituzzjonijiet għandhom tal - anqas kull sentejn iħejju u jissottomettu lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti rapport, fejn jivvalutaw huma stess jekk jissodisfawx, u sa liema punt, il - kapaċitajiet stabbiliti fit - taqsimiet 4.1 sa 4.5 u 4.8 ta’ dawn il - linji gwida, u fit - taqsimiet 4 u 5 tal - Linji Gwida dwar it - trasferibbiltà biex tikkomplementa l - valutazzjoni tar - riżolvibbiltà għall - istrateġiji ta’ trasferiment (Linji Gwida dwar it - Trasferibbiltà)5 , u b’kont meħud ta’ kwalunkwe feedback riċevut mill - awtoritajiet fi żmien is - sentejn, inklużi fost l - oħrajn l - elementi li ġejjin:

  • a. Il- grad li fih tiġi ssodisfata l - kapaċità (baxx, medju, għoli, mhux applikabbli);
  • b. Deskrizzjoni ta’ kif tiġi ssodisfata l - kapaċità jew għalfejn titqies mhux applikabbli skont il - punt a;
  • c. Valutazzjoni tal - lakuni fil - kapaċitajiet ta’ riżolvibbiltà kif stabbilit f’dawn il -linji gwida u dawk tal - istituzzjoni, dwar kif dawn il - lakuni jistgħu jiġu indirizzata u sa meta;
  • d. Deskrizzjoni ta’ kif il - kapaċità hija inkorporata f’sitwazzjoni ta’ negozju bħas - soltu (BAU);
  • e. Deskrizzjoni ta’ kif il - kapaċità tirrelata mal - ippjanar ta’ rkupru tal - istituzzjoni (eż. il - kontinwità operazzjonali fl - arranġamenti ta’ riżoluzzjoni tappoġġa wkoll l - għażliet ta’ rkupru bħal disponimenti, jew arranġamenti ta’ rkupru huma ingranati biex jappoġġaw ir - riżoluzzjoni);
  • f. Kwalunkwe valutazzjoni interna jew esterna mwettqa dwar kif dawn il -linji gwida ġew applikati mill -i stituzzjoni, inklużi rapporti tal - awditjar interni jew esterni, valutazzjonijiet ta’ konsulenti esterni, sessjonijiet ta’ prattika jew rieżamijiet superviżorji;
  • g. Kwalunkwe suġġett addizzjonali stabbilit mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti (eż. tagħlimiet meħuda minn tnaqqis reċenti jew avveniment tas - suq).

125. Fis- sommarju eżekuttiv tal - awtovalutazzjoni tagħhom stabbilit fil - paragrafu 124, l - istituzzjonijiet għandhom:

  • a. jistabbilixxu l - fehim tagħhom tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni kif identifikata mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni, u tar - rwol tagħhom u dak tal - awtorità(jiet) fl - eżekuzzjoni ta’ dik l - istrateġija;
  • b. jiddeskrivu l - qafas tal - ittestjar u tal - assigurazzjoni tagħhom li jippermettilhom jiżguraw il - kapaċità tagħhom li jappoġġaw l - eżekuzzjoni tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni fuq bażi kontinwa;
  • c. jiġbru fil - qosor l - awtovalutazzjoni tagħhom skont l - oqsma ewlenin ta’ riżolvibbiltà kif ġej:
  • i. Governanza;
  • ii. Kontinwità operazzjonali fir - riżoluzzjoni (OCIR) u aċċess għall -FMI6 ;
  • iii. Kapaċità ta’ assorbiment tat - telf u ta’ rikapitalizzazzjoni;
  • iv. Likwidità u finanzjament fir - riżoluzzjoni;
  • v. MIS7 ;
  • vi. Komunikazzjoni;
  • vii. Trasferibbiltà u ristrutturar.

126. Ir - rapporti għandhom jiġu sottomessi mill - istituzzjonijiet lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni mill - inqas kull sentejn. L - ewwel rapport għandu jiġi sottomess sal - 31 ta’ Diċembru 2024.

127. Fil- kuntest ta’ gruppi ta’ riżoluzzjoni transfruntiera, ir - rapport ta’ awtovalutazzjoni għandu jew jiġi rrapportat mill - entità ta’ riżoluzzjoni lill - awtorità ta’ riżoluzzjoni fil - livell ta l- grupp (jew l- awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti fil - każ ta’ strateġija MPE) jew mill - entità mhux ta’ riżoluzzjoni lill- awtorità lokali ta’ riżoluzzjoni.

128. Meta tiġi prodotta, l - awtovalutazzjoni tal - entità mhux ta’ riżoluzzjoni għandha tiġi żviluppata fuq il- bażi tal - istrateġija ta’ riżoluzzjoni tal - grupp u f’koordinazzjoni mal - entità ta’ riżoluzzjoni.

129. Għall - fini tar - rapport ta’ awtovalutazzjoni msemmi fil - paragrafu 124, l - istituzzjonijiet għandhom isegwu l - format ipprovdut mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni tagħhom.


5 Linji gwida EBA/GL/2022/11 għall - istituzzjonijiet u l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni dwar it - trasferibbiltà biex tikkomplementa l - valutazzjoni tar - riżolvibbiltà għall - istrateġiji ta’ trasferiment (Linji Gwida dwar it - Trasferibbiltà).

6 Infrastrutturi tas - Suq Finanzjarju.

7 Sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.