+C.2.2 Għarfien, ħiliet u esperjenza individwali xierqa
---+16. Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim aġġornat dwar l - attivitajiet ta’ …
---+17. Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim ċar tal - emittent ta’ ART jew tal - …
---+18. Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom jifhmu l - kunflitti ta’ interess li jistgħu …
---+19. Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall - …
---+20. Il - valutazzjoni ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa għandha tikkunsidra: a. ir- rwol u d …
---+21. Għandhom jiġu kkunsidrati l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din …
---+22. Il - valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal - livell edukattiv tal - membru jew prova ta’ …
---+23. Sabiex jivvalutaw b’mod xieraq il - ħiliet tal - membri tal - korp maniġerjali, l - emittenti …
---+24. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …
---+25. B’referenza għall - punt i. hawn fuq, mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad …
---+26. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet …
---+27. Fejn applikabbli, il - membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu …

C.2.2 Għarfien, ħiliet u esperjenza individwali xierqa

C.2.2 Għarfien, ħiliet u esperjenza individwali xierqa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
16. Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim aġġornat dwar l - attivitajiet ta’ …

Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim aġġornat dwar l - attivitajiet ta’ negozju tal - emittent tal - ART jew tas - CASP u r - riskji kollha tiegħu, f’livell proporzjonali għar - responsabbiltajiet tagħhom. Dan jinkludi fehim xieraq ta’ dawk l - oqsma li għalihom membru individwali mhuwiex direttament responsabbli iżda huwa kollettivament responsabbli flimkien mal - membri l - oħra tal - korp maniġerjali.

17. Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim ċar tal - emittent ta’ ART jew tal - …

Il - membri tal - korp maniġerjali għandu jkollhom fehim ċar tal - emittent ta’ ART jew tal - arranġamenti ta’ governanza tas - CASP, ir - rwol u r - responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u, fejn applikabbli, l - istruttura tal - grupp.

18. Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom jifhmu l - kunflitti ta’ interess li jistgħu …

Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom jifhmu l - kunflitti ta’ interess li jistgħu jeżistu bejn l - emittent tal - ART jew tas - CASP u kwalunkwe waħda mill - partijiet ikkonċernati tiegħu.

19. Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall - …

Il - membri tal - korp maniġerjali għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall - implimentazzjoni ta’ kultura korporattiva u tar - riskju, valuri korporattivi u mġiba xierqa fi ħdan il - korp maniġerjali biex iwettqu n - negozju b’mod kompetenti u responsabbli.

20. Il - valutazzjoni ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa għandha tikkunsidra: a. ir- rwol u d …

Il - valutazzjoni ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza xierqa għandha tikkunsidra:

  • a. ir- rwol u d - dmirijiet tal - pożizzjoni u l - kapaċitajiet meħtieġa;
  • b. l - għarfien u l - ħiliet miksuba permezz tal - edukazzjoni, it - taħriġ u l - prattika;
  • c. l - esperjenza prattika u professjonali miksuba f’pożizzjonijiet preċedenti u direttorati attwali oħra; u
  • d. l - għarfien, il - ħiliet u l - esperjenza miksuba u murija mill - kondotta professjonali tal - membru.
21. Għandhom jiġu kkunsidrati l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din …

Għandhom jiġu kkunsidrati l - livell u l - profil tal - edukazzjoni tal - membru u jekk din hijiex relatata mas - settur finanzjarju, inklużi s - swieq tal - kriptoassi, jew oqsma rilevanti oħra. B’mod partikolari, l - edukazzjoni fl - oqsma tal - finanzi, inklużi l - kriptoassi, l - ekonomija, il - liġi, il - kontabilità, l - awditjar, l - amministrazzjoni, ir - regolamentazzjoni finanzjarja, it - teknoloġija tal - informazzjoni, u l - metodi kwantitattivi, tista’ b’mod ġenerali tiġi kkunsidrata bħala rilevanti għall - entitajiet finanzjarji, inklużi l - emittenti tal - ART u tas -CASP.

22. Il - valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal - livell edukattiv tal - membru jew prova ta’ …

Il - valutazzjoni ma għandhiex tkun limitata għal - livell edukattiv tal - membru jew prova ta’ ċertu perjodu ta’ servizz f’entità finanzjarja, emittent tal - ART jew tas - CASP jew ditti oħra f’oqsma relatati mas - swieq fil - kriptoassi u swieq finanzjarji oħra. Għandha titwettaq analiżi aktar dettaljata tal - esperjenza prattika tal - membru fir - rigward tal - attivitajiet tal - emittent tal - ART jew tas - CASP, peress li l - għarfien miksub minn xogħlijiet preċedenti jiddependi fuq in - natura, l - iskala u l - kumplessità tan - negozju kif ukoll il - funzjoni li l - membru wettaq fi ħdanu.

23. Sabiex jivvalutaw b’mod xieraq il - ħiliet tal - membri tal - korp maniġerjali, l - emittenti …

Sabiex jivvalutaw b’mod xieraq il - ħiliet tal - membri tal - korp maniġerjali, l - emittenti tal - ART u tas - CASP għandhom jikkunsidraw l - użu ta’ lista mhux eżawrjenti ta’ ħiliet rilevanti stabbilita fl - Anness II għal - Linji Gwida Konġunti tal - EBA u l - ESMA dwar il - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali u d - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin skont id - Direttiva 2013/36/UE u d - Direttiva 2014/65/UE, billi jitqies ir - rwol u d - dmirijiet tal - pożizzjoni okkupata mill - membru tal - korp maniġerjali.

24. Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata …

Meta jiġu vvalutati l - għarfien u l - esperjenza adegwati ta’ membru, għandha tingħata kunsiderazzjoni lill - esperjenza teoretika u prattika relatata ma’:

  • a. ir- regolamentazzjoni tas - swieq finanzjarji b’mod partikolari fir - rigward tal - istrumenti finanzjarji, kif definiti fl - Artikolu 4(1), il - punt (15) tad - Direttiva 2014/65/UE u l - istrumenti finanzjarji tad - DLT kif definiti fl - Artikolu 2(1)(11) tar - Regolament (UE) 2022/858;
  • b. kriptoassi, inklużi tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens ta’ flus elettroniċi;
  • c. il - fehim rilevanti tan - natura differenti ta’ tipi differenti ta’ kriptoassi;
  • d. il - prinċipji u l - proċeduri tal - immaniġġjar tar - riskji;
  • e. l - immaniġġjar tar - riskji ta’ likwidità, tas - suq u tar - riskju ta’ kreditu fir - rigward tal - attivitajiet ta’ negozju tal - emittent tal - ART jew tas - CASP;
  • f. rekwiżiti skont ir - Regolament (UE) 2022/2554 tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir - reżiljenza operazzjonali diġitali għas - settur finanzjarju;5
  • g. rekwiżiti rigward l - użu ta’ fornituri terzi, inklużi arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni u mmaniġġjar ta’ fornituri terzi;
  • h. kontabilità u awditjar;
  • i. obbligi kontra l - ħasil tal - flus u l - ġlieda kontra l - finanzjament tat - terroriżmu;
  • j. rekwiżiti tal - protezzjoni tad - data ;
  • k. il - kapaċità li tiġi vvalutata l - effettività ta’ emittent tal - ART jew l - arranġamenti tas -CASP li jiżguraw governanza, sorveljanza u kontrolli interni effettivi;
  • l. l - interpretazzjoni tal - informazzjoni finanzjarja u l - identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet ewlenin ibbażati fuq din l - informazzjoni;
  • m. għarfien maniġerjali, inkluż l - ippjanar strateġiku, il - fehim tal - istrateġija ta’ negozju jew tal - pjan tan - negozju ta’ istituzzjoni u t - twettiq tagħhom;
  • n. il - kapaċità li jippreżentaw il - fehmiet tagħhom, jiddiskutu l - istrateġiji u l - objettivi ta’ negozju; u
  • o. meta l - pożizzjoni tal - membri tkun fi ħdan emittent ta’ ART, ir - rekwiżiti ġuridiċi rilevanti għall - ħruġ ta’ ART.

5 ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1–79

25. B’referenza għall - punt i. hawn fuq, mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad …

B’referenza għall - punt i. hawn fuq, mingħajr preġudizzju għat - traspożizzjoni nazzjonali tad - Direttiva 2015/849/UE, il - membru tal - korp maniġerjali tas - CASP identifikat bħala responsabbli mill - implimentazzjoni tal - liġijiet, ir - regolamenti u d - dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall - konformità mad - Direttiva (UE) Direttiva 2015/849/UE għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza rilevanti adatti rigward l - identifikazzjoni u l - valutazzjoni tar - riskji tal - ML/TF, u l - politiki, il - kontrolli u l - proċeduri tal - AML/CFT. Din il - persuna għandu jkollha fehim tajjeb tar - riskji ta’ ML/TF li għalihom tkun esposta l - istituzzjoni abbażi tal - mudell tan - negozju tagħha.

26. Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet …

Meta tiġi vvalutata l - esperjenza prattika u professjonali miksuba minn pożizzjonijiet preċedenti, kunsiderazzjoni partikolari għandha tingħata għal dawn li ġejjin:

  • a. in- natura tal - pożizzjoni okkupata u l - livell ġerarkiku tagħha;
  • b. it - tul tas - servizz fil - pożizzjoni;
  • c. l - għadd ta’ subordinati;
  • d. in- natura u l - kumplessità tan - negozju fejn kienet okkupata l - pożizzjoni, inkluża l - istruttura organizzazzjonali tiegħu;
  • e. l - ambitu tal - kompetenzi, is - setgħat tat - teħid tad - deċiżjonijiet, u r - responsabbiltajiet tal - membru;
  • f. l - għarfien tekniku miksub permezz tal - pożizzjoni;
  • g. għarfien addizzjonali miksub minn attivitajiet akkademiċi.
27. Fejn applikabbli, il - membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu …

Fejn applikabbli, il - membri tal - korp maniġerjali fil - funzjoni superviżorja tiegħu għandhom ikunu jistgħu jikkontestaw id - deċiżjonijiet tal - korp maniġerjali fil - funzjoni maniġerjali tiegħu u deċiżjonijiet maniġerjali rilevanti oħrajn fejn meħtieġ u jissorveljaw u jimmonitorjaw b’mod effettiv it - teħid tad - deċiżjonijiet tal - maniġment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.