+5.4 Kultura, kapaċitajiet u kontrolli interni
---+54. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw, fuq bażi kontinwa, il - kapaċitajiet tagħhom li …
---+55. Il- kultura soda u konsistenti tar - riskju li huma responsabbli għar - riskji tal - ESG …
---+56. Għall - finijiet tat - Titolu V tal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna , l - …
---+57. L- ewwel linja ta’ difiża għandha tkun responsabbli li twettaq valutazzjonijiet tar - riskji …
---+58. Bħala parti mill - attivitajiet tat - tieni linja ta’ difiża: a) il- funzjoni tal - immaniġġjar …
---+59. Bħala t - tielet linja ta’ difiża, il - kapaċità tal - awditjar intern (IAF) għandha tipprovdi …
|
5.4 Kultura, kapaċitajiet u kontrolli interni
5.4 Kultura, kapaċitajiet u kontrolli interni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
54. L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw, fuq bażi kontinwa, il - kapaċitajiet tagħhom li …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżviluppaw, fuq bażi kontinwa, il - kapaċitajiet tagħhom li jidentifikaw, jivvalutaw, jimmonitorjaw, jimmaniġġjaw u jimmitigaw ir - riskji tal - ESG kif xieraq. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw, bħala parti mill - politika ta’ taħriġ tagħhom, li l - korp ta’ ġestjoni u l - persunal tagħhom ikunu mħarrġa b’mod adegwat biex jifhmu l - implikazzjonijiet tal - fatturi tal - ESG u r - riskji tal -ESG bil- ħsieb li jissodisfaw ir - responsabbiltajiet tagħhom b’mod effettiv. Il - politiki u l - proċeduri dwar l- attivitajiet ta’ taħriġ għandhom jinżammu aġġornati u jqisu l - iżviluppi xjentifiċi u regolatorji; il - proċedura għall - maniġers għandha tqis li l - għarfien tal - fatturi tal - ESG u tar - riskji tal - ESG ikun rilevanti għall - valutazzjoni tal - idoneità tal - membri t al- korp ta’ ġestjoni u tad - detenturi tal - funzjoni ewlenija f’konformità mal -Linji Gwida Konġunti tal - EBA u tal - ESMA dwar il - valutazzjonijiet tal - idoneità12 .
12 Il- Linji Gwida konġunti tal - ESMA u tal -EBA dwar il- valutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - korp ta’ ġestjoni u tad - detenturi tal - funzjoni ewlenija skont id - Direttiva 2013/36/UE u d - Direttiva 2014/65/UE (EBA/GL/2021/06)
|
|
55. Il- kultura soda u konsistenti tar - riskju li huma responsabbli għar - riskji tal - ESG …
|
Il- kultura soda u konsistenti tar - riskju li huma responsabbli għar - riskji tal - ESG implimentati fi ħdan l - istituzzjoni f’konformità mat - Titolu IV tal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna13 għandha tinkludi komunikazzjoni ċara mill - korp ta’ ġestjoni (“it - ton minn fuq”) u miżuri xierqa għall - promozzjoni tal - għarfien tal - fatturi tal - ESG u r - riskji tal - ESG fl - istituzzjoni kollha, kif ukoll sensibilizzazzjoni tal - objettivi u l - impenji strateġiċi tal - ESG tal - istituzzjoni.
13 Titolu IV – Kultura tar - riskju u kondotta kummerċjali
|
|
56. Għall - finijiet tat - Titolu V tal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna , l - …
|
Għall - finijiet tat - Titolu V tal - Linji Gwida tal -EBA dwar il- governanza interna14 , l - istituzzjonijiet għandhom jinkorporaw ir - riskji tal - ESG fl - oqfsa ta’ kontroll intern tagħhom fit - tliet linji ta’ difiża. Il - qafas ta’ kontroll intern għandu jinkludi definizzjoni u assenjazzjoni ċari tar - responsabbiltajiet tar - riskji tal - ESG u tal - linji ta’ rapportar.
14 Titolu V – Qafas u mekkaniżmi ta’ kontroll intern
|
|
57. L- ewwel linja ta’ difiża għandha tkun responsabbli li twettaq valutazzjonijiet tar - riskji …
|
L- ewwel linja ta’ difiża għandha tkun responsabbli li twettaq valutazzjonijiet tar - riskji tal - ESG, filwaqt li tqis kunsiderazzjonijiet ta’ materjalità u proporzjonalità, matul l - on - boarding tal - klijent, l - applikazzjoni tal - kreditu, ir - rieżami tal - kreditu u, fejn rilevanti, il - proċessi ta’ investiment, u fil - monitoraġġ u l - involviment kontinwi mal - klijenti eżistenti. Il - persunal fl - ewwel linja ta’ difiża għandu jkollu fehim u għarfien adegwati biex ikun jista’ jidentifika r - riskji potenzjali tal -ESG.
|
|
58. Bħala parti mill - attivitajiet tat - tieni linja ta’ difiża: a) il- funzjoni tal - immaniġġjar …
|
Bħala parti mill - attivitajiet tat - tieni linja ta’ difiża: - a) il- funzjoni tal - immaniġġjar tar - riskji għandha tkun responsabbli twettaq il - valutazzjoni u l - monitoraġġ tar - riskji tal - ESG indipendentement mill - ewwel linja tad - difiża, inkluż billi tiżgura l - aderenza mal - limiti tar - riskji, tinterroga u fejn meħtieġ tikkontesta l - valutazzjoni inizjali mwettqa mill - uffiċjali tar - relazzjoni ta’ negozju;
- b) il- funzjoni għall - konformità għandha tissorvelja kif l - ewwel linja ta’ difiża tiżgura l - aderenza mar - rekwiżiti legali applikabbli tar - riskji tal - ESG u mal - politiki interni, u għandha tagħti pariri lill - korp ta’ ġestjoni u lil persunal rilevanti ieħor dwar il- miżuri li għandhom jittieħdu biex tiġi żgurata tali konformità. Barra minn hekk, fir - rigward tal - pretensjonijiet ta’ sostenibbiltà u/jew l - impenji magħmula mill - istituzzjoni, hija għandha tipprovdi pariri dwar ir - riskji reputazzjonali u ta’ kondotta assoċjati mal - implimentazzjoni jew man - nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ dawn il - pretensjonijiet u/jew impenji;
- c) il- funzjoni ta’ konformità u l - funzjoni tal - immaniġġjar tar - riskji għandhom jiġu kkonsultati għall - approvazzjoni ta’ prodotti ġodda b’karatteristiċi tal - ESG jew għal bidliet sinifikanti fi prodotti eżistenti biex jiġu inkorporati l - aspetti tal -ESG.
|
|
59. Bħala t - tielet linja ta’ difiża, il - kapaċità tal - awditjar intern (IAF) għandha tipprovdi …
|
Bħala t - tielet linja ta’ difiża, il - kapaċità tal - awditjar intern (IAF) għandha tipprovdi rieżami indipendenti u assigurazzjoni oġġettiva tal - kwalità u l - effettività tal - qafas u s - sistemi ġenerali ta’ kontroll intern fir - rigward tar - riskji tal - ESG, inkużi l - ewwel u t - tieni linji ta’ difiża u l - qafas ta’ governanza tar - riskji tal -ESG.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|