+40. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-arranġamenti organizzazzjonali tagħhom …

40. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-arranġamenti organizzazzjonali tagħhom …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-arranġamenti organizzazzjonali tagħhom għat-twettiq tal-SREP jinkludu mill-inqas dan li ġej:

  • a. deskrizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal superviżorju tagħhom fir-rigward tat-twettiq tal-SREP, kif ukoll il-linji ta’ rapportar rilevanti, kemm f’sitwazzjonijiet normali kif ukoll f’dawk ta’ emerġenza;
  • b. proċeduri biex jiġu dokumentati u rreġistrati s-sejbiet u l-ġudizzji superviżorji;
  • c. arranġamenti għall-approvazzjoni tas-sejbiet u l-punteġġi, kif ukoll proċeduri ta’ eskalazzjoni meta jkun hemm opinjonijiet kuntrarji fl-awtorità kompetenti, kemm f’sitwazzjonijiet normali kif ukoll f’dawk ta’ emerġenza;
  • d. arranġamenti għall-organizzazzjoni ta’ djalogu mal-istituzzjoni skont il-mudell tal-involviment minimu kif stipulat fit-taqsima 2.4 biex jiġu vvalutati l-elementi individwali tal-SREP;
  • e. arranġamenti għall-involviment f’konsultazzjonijiet ma’ istituzzjoni u l-komunikazzjoni tal-eżiti tal-SREP lill-istituzzjoni, li jirriflettu wkoll l-interazzjoni fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri għal gruppi transfruntiera u l-entitajiet tagħhom, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/201410 ;
  • f. kontrokontrolli interni li jappoġġaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv, il-konsistenza tal-eżiti u r-responsabbiltà.

10 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 710/2014 tat-23 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-proċess ta’ deċiżjonijiet konġunti dwar ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjonijiet skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/710/oj).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.