+191. It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżjorji li …
|
191. It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżjorji li …
It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżjorji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu f’każ ta’ nuqqasijiet identifikati fil-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tas-suq tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-tip ta’ miżura abbażi tal-effettività tagħha għan-nuqqas speċifiku identifikat. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji oħra (inklużi miżuri kwantitattivi f’konformità mal-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE) jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. Tabella 9. Miżuri superviżorji potenzjali u mhux eżawrjenti għar-riskju tas-suq Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1)(b), (d), (e), (f), (j), (l), (m), (n) tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. ittejjeb il-kwalità u l-frekwenza tar-rapportar tar-riskju tas-suq lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni; B. ittejjeb il-prestazzjoni tal-approċċi interni tal-istituzzjoni, jew tal-kapaċità tagħha ta’ ttestjar retrospettiv jew ittestjar tal-istress; C. twettaq awditi interni aktar frekwenti u fil-fond tal-attività tas-suq; D. tillimita l-investimenti f’ċerti prodotti meta l-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjoni ma jiżgurawx li r-riskju minn dawk il-prodotti se jkun kopert u kkontrollat b’mod adegwat; E. tiżvesti l-prodotti finanzjarji meta l-proċessi ta’ valwazzjoni tal-istituzzjoni ma jipproduċux valwazzjonijiet konservattivi li jikkonformaw mal-istandards tar-Regolament (UE) 575/2013; F. tnaqqas il-livell ta’ riskju inerenti tas-suq (eż. permezz ta’ ħħeġġjar jew bejgħ ta’ assi jew żieda ta’ derivattivi saldati permezz ta’ kontropartijiet ċentrali (CCPs)) meta jkunu nstabu nuqqasijiet sinifikanti fis-sistemi ta’ kejl jew ta’ kontroll tal-istituzzjoni; G. tippreżenta pjan biex gradwalment tnaqqas l-iskoperturi tagħha għal assi f’diffikultà u/jew pożizzjonijiet illikwidi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|