+6.3. Valutazzjoni tar-riskju tas-suq
---+160. Meta jivvalutaw il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+161. F’dawn il-linji gwida, ir-referenzi għal “riskju tas-suq” se jinkludu r-riskji kollha li …
---+162. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu analiżi inqas granulari għall-istituzzjonijiet li …
---+163. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-impatt tar-riskji tal-ESG fuq …
---+164. Permezz tal-valutazzjoni tar-riskju tas-suq inerenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+165. Sabiex jappoġġaw din l-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, bħala minimu …
---+166. L-ewwel pass fil-valutazzjoni tan-natura tar-riskju tas-suq inerenti ta’ istituzzjoni huwa li …
---+167. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il-valutazzjoni tagħhom primarjament fuq is-sorsi …
---+168. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll: a. il-kumplessità tal-prodotti …
---+169. Meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il-miżuri interni …
---+170. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-kapaċità tal-istituzzjoni li tifforma …
---+171. Meta jiddeterminaw jekk il-P2R għandux jiġi impost għar-riskju tas-suq li għalih hija esposta …
---+172. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u janalizzaw, fir-rigward tal-pożizzjonijiet …
---+173. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw il-materjalità tal-ipprezzar ta’ trasferiment …
---+174. Għal istituzzjonijiet skont il-paragrafu 173, il-punt (a), fejn il-profitti u t-telf …
---+175. L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-profittabbiltà storika, inkluża l-volatilità …
---+176. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu distinzjoni bejn id-dħul min-negozjar u mhux …
---+177. Għal dawk il-klassijiet tal-assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf sinifikanti …
---+178. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx implimentat testijiet …
---+179. Biex jinkiseb fehim adegwat tal-ġestjoni tar-riskju tas-suq, proporzjonat għall-profil …
---+180. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-politiki u l-proċeduri …
---+181. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet għandhomx aptit …
---+182. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas …
---+183. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex politiki u …
---+184. B’mod partikolari, il-valutazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu …
---+185. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas xieraq …
---+186. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet ikollhomx fis-seħħ qafas …
---+187. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas ta’ kontroll …
---+188. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-proċess ta’ validazzjoni interna …
---+189. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-funzjonalità tal-funzjoni tal-awditjar …
---+190. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva …
---+191. It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżjorji li …

6.3. Valutazzjoni tar-riskju tas-suq

6.3.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
160. Meta jivvalutaw il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Meta jivvalutaw il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw inter alia l-konformità tal-istituzzjoni mal-atti legali ppubblikati separatament fuq is-sit web tal-EBA kif imsemmi fil-paragrafu 12.

161. F’dawn il-linji gwida, ir-referenzi għal “riskju tas-suq” se jinkludu r-riskji kollha li …

F’dawn il-linji gwida, ir-referenzi għal “riskju tas-suq” se jinkludu r-riskji kollha li ġejjin, li għandhom jiġu vvalutati mill-awtoritajiet kompetenti:

  • a. ir-riskju tas-suq li jirriżulta mill-pożizzjonijiet kollha li jidhru u li ma jidhrux fil-karta bilanċjali li huma soġġetti għal telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tas-suq, jiġifieri riskji f’pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar kif ukoll ir-riskju tal-kambju u tal-komoditajiet fil-portafoll mhux tan-negozjar;
  • b. ir-riskju ta’ telf li jirriżulta mill-ammonti tas-CVA li jinbidlu bħala reazzjoni għall-bidliet fil-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti u/jew fil-prezzijiet tas-suq, li jkollhom impatt fuq il-valur ġust tat-tranżazzjonijiet fid-derivattivi u, jekk applikabbli, tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFTs);
  • c. ir-riskju marbut mal-valwazzjoni ta’ strumenti b’valur ġust fis-sens tal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 575/2013.
162. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu analiżi inqas granulari għall-istituzzjonijiet li …

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu analiżi inqas granulari għall-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar żgħir kif stabbilit fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 575/2013. Għal istituzzjonijiet bi skoperturi immaterjali, il-valutazzjoni għandha tiffoka fuq l-adegwatezza tal-ġestjoni tar-riskju u tal-istruttura ta’ governanza u fuq il-kwalità u l-effettività tas-sistemi u tal-kontrolli.

163. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-impatt tar-riskji tal-ESG fuq …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-impatt tar-riskji tal-ESG fuq ir-riskju inerenti tas-suq kif ukoll l-adegwatezza tal-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tas-suq u l-kontrolli relatati mar-riskji tal-ESG, u jagħtu prijorità lir-riskji ambjentali.

6.3.2. Valutazzjoni tar-riskju tas-suq inerenti

164. Permezz tal-valutazzjoni tar-riskju tas-suq inerenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Permezz tal-valutazzjoni tar-riskju tas-suq inerenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-fatturi ewlenin prinċipali tal-iskoperturi tar-riskju tal-istituzzjoni u jevalwaw ir-riskju tal-impatt prudenzjali sinifikanti fuq l-istituzzjoni. Sabiex jiżviluppaw fehim bħal dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-ewwel jidentifikaw ir-riskji tas-suq li l-istituzzjoni hija jew tista’ tkun esposta għalihom u jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq is-sottokategoriji u l-fatturi ewlenin meqjusa l-aktar materjali għall-istituzzjoni.

165. Sabiex jappoġġaw din l-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, bħala minimu …

Sabiex jappoġġaw din l-analiżi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, bħala minimu, il-prodotti, l-attivitajiet u l-linji operatorji tal-istituzzjoni. Għandhom iqabblu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq u tas-CVA u l-aġġustament addizzjonali tal-valwazzjoni mnaqqas mill-fondi proprji tal-istituzzjoni, mar-rekwiżiti totali ta’ fondi proprji. Fejn ikun rilevanti huma għandhom iqabblu l-kapital intern allokat għal dawk ir-riskji mill-istituzzjoni mal-kapital intern totali. Jistgħu jikkunsidraw ukoll il-piż relattiv tal-pożizzjonijiet ta’ riskju tas-suq fir-rigward tal-assi totali, il-piż relattiv tal-qligħ nett fuq il-pożizzjonijiet ta’ riskju tas-suq fir-rigward tal-introjtu operatorju totali u l-bidliet storiċi f’dawn iċ-ċifri u l-previżjonijiet. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-istrateġija tal-istituzzjoni fir-rigward tal-attivitajiet tas-suq u l-aptit għar-riskju relatat. Meta jikkunsidraw l-attivitajiet tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għar-riskji msemmija fil-paragrafu 161 li jistgħu jinkludu l-portafoll tan-negozjar u dak mhux tan-negozjar.

Natura u kompożizzjoni ta’ attivitajiet ta’ riskju tal-istituzzjoni

166. L-ewwel pass fil-valutazzjoni tan-natura tar-riskju tas-suq inerenti ta’ istituzzjoni huwa li …

L-ewwel pass fil-valutazzjoni tan-natura tar-riskju tas-suq inerenti ta’ istituzzjoni huwa li jiġu identifikati l-iskoperturi tagħha għar-riskju tas-suq b’mod konsistenti u komprensiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw mudelli ta’ rapportar regolatorju disponibbli, bħal COREP u FINREP, rapportar intern, għarfien miksub mill-valutazzjoni ta’ elementi oħra tal-SREP (bħall-BMA) jew attivitajiet superviżorji preċedenti, u paraguni mal-pari tal-istituzzjoni, fejn disponibbli.

167. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il-valutazzjoni tagħhom primarjament fuq is-sorsi …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw il-valutazzjoni tagħhom primarjament fuq is-sorsi ta’ riskju l-aktar sinifikanti identifikati, u jevalwaw il-materjalità tagħhom għall-istituzzjoni minn perspettiva prudenzjali. Sabiex jivvalutaw in-natura tar-riskju tas-suq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw tal-anqas is-sottokategoriji li ġejjin30 :

  • a. riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax (portafoll tan-negozjar);
  • b. firxa tal-kreditu għal nuqqas ta’ titolizzazzjoni, firxa tal-kreditu għal titolizzazzjoni (portafoll tan-negozjar);
  • c. riskju ta’ ekwità (portafoll tan-negozjar);
  • d. riskju ta’ migrazzjoni (għal negozju soġġett għal imposta fuq riskju ta’ inadempjenza)31 ;
  • e. riskju ta’ inadempjenza (għal negozju soġġett għal imposta fuq riskju ta’ inadempjenza);
  • f. riskju tal-kambju, inkluż riskju ta’ traduzzjoni (kemm fil-portafoll tan-negozjar kif ukoll dak bankarju);
  • g. riskju tal-komoditajiet (portafoll tan-negozjar u bankarju);
  • h. riskju tas-CVA (portafoll tan-negozjar u bankarju);
  • i. riskju ta’ valwazzjoni (strumenti b’valur ġust fil-portafolli tan-negozjar u mhux tan-negozjar).

30 Jekk jogħġbok irreferi għall-Anness II għal diżaggregazzjoni mhux eżawrjenti tas-sottokategoriji tar-riskju tas-suq.

31 Ir-riskju ta’ migrazzjoni huwa ttrattat bħala parti mir-riskju ta’ firxiet tal-kreditu skont ir-Reviżjoni Fundamentali tal-Portafoll tan-Negozjar.

168. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll: a. il-kumplessità tal-prodotti …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll:

  • a. il-kumplessità tal-prodotti finanzjarji (eż. prodotti vvalutati bl-użu ta’ tekniki ta’ valwazzjoni skont mudell, prodotti li jġorru riskji mhux delta u riskji ta’ bażi). L-awtorità kompetenti tista’ tivvaluta dan billi tuża bħala indikatur is-suppliment li jrriżulta mir-riskji residwi skont l-Artikolu 325u tar-Regolament 575/2013/UE;
  • b. il-likwidità tal-iskopertura tal-istituzzjoni. L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel dan billi tivvaluta jekk l-istituzzjoni hijiex esposta għal sottokategoriji b’perjodi ta’ likwidità għolja f’konformità mat-tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament 575/2013/UE;
  • c. il-konċentrazzjoni tar-riskju tas-suq lejn ismijiet, setturi, ekonomiji, klassijiet ta’ riskju speċifiċi;
  • d. l-użu ta’ operazzjonijiet speċifiċi tas-suq li r-riskju tagħhom jista’ ma jkunx irrappreżentat b’mod sħiħ mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tar-riskju tas-suq (eż. kummerċ ta’ frekwenza għolja).
169. Meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il-miżuri interni …

Meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ukoll il-miżuri interni tar-riskju tal-istituzzjonijiet. Dawn jistgħu jinkludu l-VaR intern jew id-defiċit mistenni mhux użat fil-kalkoli tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji jew sensittivitajiet tar-riskju tas-suq għal fatturi differenti tar-riskju u telf potenzjali.

170. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-kapaċità tal-istituzzjoni li tifforma …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-kapaċità tal-istituzzjoni li tifforma perspettiva komprensiva dwar il-grad tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tas-suq li hi esposta għalih, minn skoperturi għal fattur ta’ riskju uniku jew minn skoperturi għal diversi fatturi ta’ riskju li huma korrelatati, u b’hekk jagħtu attenzjoni speċifika lill-konċentrazzjonijiet fi prodotti kumplessi u illikwidi. Għandhom jirrevedu l-valutazzjoni tad-ditta stess tal-konċentrazzjonijiet u l-pożizzjonijiet illikwidi. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet inaqqsu l-iskopertura għal CCP partikolari f’każ ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni eċċessiva, jew jallinjaw mill-ġdid l-iskoperturi fuq il-kontijiet tagħhom għall-ikklerjar f’konformità mal-Artikolu 7(a) tar-Regolament 648/2012.

171. Meta jiddeterminaw jekk il-P2R għandux jiġi impost għar-riskju tas-suq li għalih hija esposta …

Meta jiddeterminaw jekk il-P2R għandux jiġi impost għar-riskju tas-suq li għalih hija esposta l-istituzzjoni, f’konformità mal-paragrafu 300, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jekk il-metodoloġija tal-Pilastru 1 tkoprix ir-riskju b’mod adegwat, filwaqt li jqisu li:

  • a. l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ standardizzat alternattiv huma meħtieġa skont il-Pilastru 1 li jikkalkulaw suppliment (suppliment ta’ riskju residwu) għar-riskji inerenti fi prodotti finanzjarji kumplessi li ma humiex inklużi biżżejjed fil-metodu bbażat fuq is-sensittività u fl-imposta fuq riskju ta’ inadempjenza;
  • b. l-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudell intern jew l-approċċ tal-mudell intern alternattiv huma meħtieġa jinkludu f’dawk il-mudelli interni r-riskji materjali kollha;
  • c. il-ponderazzjonijiet tar-riskju previsti fl-approċċ standardizzat alternattiv, il-miżuri tad-defiċit mistenni msemmija fl-Artikolu 325bb tar-Regolament 575/2013/UE u l-miżuri tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmija fl-Artikolu 325bk tar-Regolament 575/2013/UE fl-approċċ tal-mudell intern alternattiv huma mfassla biex jipprovdu għal-likwidità tal-pożizzjonijiet f’konformità mal-perjodu ta’ likwidità msemmi fit-tabella 2 tal-Artikolu 325bd tar-Regolament 575/2013/UE.
172. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u janalizzaw, fir-rigward tal-pożizzjonijiet …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw u janalizzaw, fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta’ riskju tas-suq u l-arranġamenti ta’ governanza korrispondenti, kwalunkwe arranġament ta’ pprezzar ta’ trasferiment bejn istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni li huma parti minn grupp ta’ pajjiż terz u entitajiet oħra ta’ dak il-grupp stabbiliti barra mill-Unjoni u li ma humiex konsolidati mill-impriża omm tal-UE. L-analiżi għandha tinkludi:

  • a. komponent kwantitattiv għall-identifikazzjoni tal-materjalità tal-arranġamenti tal-ipprezzar ta’ trasferiment fir-rigward tal-P&L totali tal-portafoll tan-negozjar u l-fondi proprji tal-istituzzjoni;
  • b. komponent kwalitattiv biex jiġi vvalutat jekk l-effett ta’ dawn l-arranġamenti huwiex trasparenti għall-bord maniġerjali tal-istituzzjoni u huwiex rifless kif xieraq fil-governanza tal-ġestjoni tar-riskju;
  • c. komponent kwalitattiv biex jiġi vvalutat kif l-arranġament tal-ipprezzar ta’ trasferiment jaffettwa d-deċiżjonijiet tan-negozju tal-istituzzjoni, inkluż kif id-dinamika tal-arranġament tal-ipprezzar ta’ trasferiment potenzjalment taffettwa d-deċiżjonijiet tal-uffiċċji tal-front office, u l-kunflitti ta’ interess potenzjali li l-arranġament jista’ joħloq.
173. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw il-materjalità tal-ipprezzar ta’ trasferiment …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw il-materjalità tal-ipprezzar ta’ trasferiment fil-kuntest tal-entrati fil-portafoll tan-negozjar billi jiffokaw fuq l-arranġamenti tal-ipprezzar ta’ trasferiment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • a. jinvolvu mill-inqas entità waħda tal-grupp li hija stabbilita barra mill-Unjoni u li għaliha l-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni huwa barra mill-Unjoni;
  • b. huma bbażati fuq metodu ta’ profitt minn tranżazzjoni (TPM) – jew kwalunkwe prattika simili li tkun ekonomikament ekwivalenti – li f’konformità miegħu l-profitti u t-telf relatati ma’ pożizzjonijiet li jappartjenu għal diversi entitajiet jiġu ddistribwiti mill-ġdid bejn dawk l-entitajiet fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni marġinali “m” ta’ kull entità għall-metriċi ewlenin stabbiliti fl-arranġament ta’ pprezzar.
174. Għal istituzzjonijiet skont il-paragrafu 173, il-punt (a), fejn il-profitti u t-telf …

Għal istituzzjonijiet skont il-paragrafu 173, il-punt (a), fejn il-profitti u t-telf, riallokati bħala riżultat ta’ arranġamenti ta’pprezzar ta’ trasferiment ibbażati fuq metodi ta’ profitt tranżazzjonali, huma materjali (eż. jammontaw għal aktar minn 5% tal-P&L iġġenerat mill-istituzzjoni) u dan ir-riskju ma huwiex kopert jew ma huwiex kopert b’mod sħiħ mill-P1R, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

  • a. jikkunsidraw dan ir-riskju għad-determinazzjoni tal-P2R;
  • b. jikkunsidraw ir-riżultati tal-komponenti elenkati fil-paragrafu 172, bħall-materjalità tal-arranġamenti ta’ pprezzar ta’ trasferiment, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kapital għar-riskju tas-suq tal-portafoll li l-profitti u t-telf tiegħu jintużaw biex jiġi ddeterminat l-ammont li għandu jiġi trasferit lill-istituzzjoni kif ukoll id-dgħjufijiet potenzjali fl-arranġamenti ta’ governanza relatati;
  • c. jiddeterminaw P2R li jkopru b’mod suffiċjenti r-riskji tas-suq mhux inklużi taħt P1R li jinħolqu taħt l-arranġament ta’ pprezzar ta’ trasferiment. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jużaw il-metodu ta’ kalkolu kif stabbilit fl-Anness V jew metodoloġija alternattiva li tipprovdi kejl preċiż tar-riskju mhux kopert fil-P1R u li tidentifika l-P2R konsegwenti, filwaqt li jqisu bħala referenza l-metodoloġija fl-Anness V.

Analiżi tal-profittabbiltà u ttestjar tal-istress

175. L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-profittabbiltà storika, inkluża l-volatilità …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom janalizzaw il-profittabbiltà storika, inkluża l-volatilità tal-profitti, tal-attivitajiet tas-suq biex jiksbu fehim aħjar tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni għar-riskju tas-suq. Din l-analiżi tista’ titwettaq kemm fil-livell tal-portafoll kif ukoll tiġi diżaggregata skont il-linja operatorja, il-klassi tal-assi jew id-desk skont il-materjalità u l-kumplessità tal-iskoperturi tal-istituzzjoni (kif jirriżulta mill-BMA jew minn għarfien superviżorju ieħor).

176. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu distinzjoni bejn id-dħul min-negozjar u mhux …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu distinzjoni bejn id-dħul min-negozjar u mhux min-negozjar (bħal kummissjonijiet, tariffi tal-klijenti, eċċ.) fuq naħa waħda u l-profitti/it-telf realizzati u mhux realizzati min-naħa l-oħra.

177. Għal dawk il-klassijiet tal-assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf sinifikanti …

Għal dawk il-klassijiet tal-assi u/jew skoperturi li jiġġeneraw profitti jew telf sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-profittabbiltà meta mqabbla mal-livell ta’ riskju assunt mill-istituzzjoni (eż. VaR/qligħ nett fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozju) biex jidentifikaw u janalizzaw inkonsistenzi possibbli. Fejn ikun possibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqabblu ċ-ċifri tal-istituzzjoni mal-prestazzjoni storika tagħha u mal-pari tagħha.

178. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx implimentat testijiet …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni tkunx implimentat testijiet tal-istress adegwati li jikkomplementaw is-sistema ta’ kejl tar-riskju tagħha. Għal dan l-iskop, huma għandhom iqisu l-elementi li ġejjin:

  • a. il-frekwenza tat-test tal-istress;
  • b. jekk humiex identifikati motivaturi tar-riskju rilevanti (eż. illikwidità/disparità bejn il-prezzijiet, pożizzjonijiet ikkonċentrati, swieq b’direzzjoni waħda);
  • c. is-suppożizzjonijiet sottostanti x-xenarju ta’ stress;
  • d. l-użu intern ta’ eżiti tal-ittestjar tal-istress għall-ippjanar tal-kapital u l-istrateġiji tar-riskju tas-suq.

6.3.3. Valutazzjoni tal-qafas ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju tas-suq

179. Biex jinkiseb fehim adegwat tal-ġestjoni tar-riskju tas-suq, proporzjonat għall-profil …

Biex jinkiseb fehim adegwat tal-ġestjoni tar-riskju tas-suq, proporzjonat għall-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevedu l-qafas ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju tal-istituzzjoni u l-adegwatezza tiegħu fir-rigward tal-iskoperturi għar-riskju inerenti. Għal din il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-paragrafi stabbiliti f’din it-taqsima, filwaqt li tisfrutta wkoll:

  • a. l-eżitu tal-valutazzjoni ta’ elementi oħra tal-SREP (bħall-BMA u l-oqsma tal-governanza);
  • b. l-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 325c tar-Regolament 575/2013/UE għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ standardizzat alternattiv, u l-eżitu tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2024/1085, speċjalment fir-rigward tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 104b, 325bi, u 325bj tar-Regolament 575/2013/UE.
180. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-politiki u l-proċeduri …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjonijiet għall-allokazzjoni tal-pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar u fil-portafoll bankarju, kif deskritt fit-Titolu 1 tal-Kapitolu 3 tar-Regolament 575/2013/UE.

Strateġija tar-riskju tas-suq u aptit għar-riskju

181. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet għandhomx aptit …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet għandhomx aptit għar-riskju, strateġija u limiti sodi, ifformulati u ddokumentati b’mod ċar u approvati mill-korp maniġerjali tagħhom. Għal din il-valutazzjoni, fost fatturi oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu r-rwol tal-korp maniġerjali fl-istabbiliment, l-approvazzjoni u r-reviżjoni tal-istrateġija u l-aptit għar-riskju, l-implimentazzjoni xierqa ta’ din l-istrateġija mill-korp maniġerjali kif ukoll l-adegwatezza tagħha għall-istituzzjoni minħabba l-mudell tan-negozju, l-aptit għar-riskju globali, l-ambjent tas-suq kurrenti u prospettiv u l-kundizzjoni finanzjarja tagħha.

Qafas organizzazzjonali u ta’ kontroll intern

182. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas organizzattiv xieraq għall-identifikazzjoni, il-fehim, il-kejl, il-monitoraġġ u l-kontroll tar-riskju tas-suq, b’riżorsi umani u tekniċi suffiċjenti (kemm kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi) biex twettaq il-kompiti meħtieġa. Għal din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-adegwatezza tal-linji ta’ responsabbiltà għat-teħid, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-kontroll tar-riskju tas-suq, il-kopertura tagħhom tal-istituzzjoni kollha, l-eżistenza ta’ separazzjoni ċara bejn il-front office u l-back office u bejn il-funzjonijiet ta’ teħid tar-riskju u ta’ kontroll, u l-ħiliet u l-kompetenza tal-persunal involut.

183. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex politiki u …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex politiki u proċeduri ddefiniti b’mod ċar għall-identifikazzjoni, il-ġestjoni, il-kejl u l-kontroll tar-riskju tas-suq u jekk dawn humiex sodi u konsistenti mal-istrateġija tar-riskju tal-istituzzjoni u jkoprux in-negozji u l-proċessi prinċipali kollha. Dan jinkludi l-valutazzjoni ta’ jekk dawn il-politiki u l-proċeduri humiex ċarament formalizzati, komunikati u applikati b’mod konsistenti fl-istituzzjoni kollha.

184. B’mod partikolari, il-valutazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu …

B’mod partikolari, il-valutazzjoni għandha tkopri l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi/esklużi mill-portafoll tan-negozjar għal skopijiet regolatorji, il-politiki dwar il-ħeġġijiet interni u l-proċeduri għal attivitajiet u/jew prodotti ġodda fis-suq.

185. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas xieraq …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas xieraq għall-identifikazzjoni, il-fehim u l-kejl tar-riskju tas-suq, f’konformità mad-daqs u l-kumplessità tal-istituzzjoni, u jekk dan il-qafas huwiex konformi mar-rekwiżiti minimi rilevanti f’konformità mal-qafas legali u regolatorju applikabbli.

186. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet ikollhomx fis-seħħ qafas …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjonijiet ikollhomx fis-seħħ qafas adegwat ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għar-riskji tas-suq li jiżgura li jkun hemm azzjoni fil-pront fil-livell xieraq tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni fil-każ ta’ ksur. Is-sistema ta’ monitoraġġ għandha tinkludi indikaturi speċifiċi u skattaturi rilevanti biex jiġu pprovduti allerti effettivi ta’ twissija bikrija u għandha tinforma lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri dwar l-iskoperturi u l-miżuri kurrenti meta mqabbla mal-limiti tal-politika.

187. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas ta’ kontroll …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-istituzzjoni għandhiex qafas ta’ kontroll u sistemi ta’ limitu sodi u komprensivi b’salvagwardji sodi biex timmitiga r-riskji tagħha f’konformità mal-istrateġija u l-aptit għar-riskju tagħha. Għal din il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ambitu adegwat kopert mill-funzjonijiet ta’ kontroll tal-istituzzjoni (inklużi l-entitajiet konsolidati, il-postijiet ġeografiċi u l-attivitajiet tas-suq kollha), lill-eżistenza ta’ limiti operattivi (inklużi limiti individwali fil-livell tad-desk jew tal-unità tan-negozju li għandhom jiġu mmonitorjati kuljum) u prattiki oħrajn immirati biex iżommu l-iskoperturi tar-riskju tas-suq fi ħdan livelli aċċettabbli għall-istituzzjoni f’konformità mal-aptit għar-riskju u l-limiti tagħha.

188. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-proċess ta’ validazzjoni interna …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-proċess ta’ validazzjoni interna huwiex sod u effettiv biex jikkontesta s-suppożizzjonijiet tal-mudell u biex jidentifika kwalunkwe nuqqas potenzjali fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju tas-suq. Għal istituzzjonijiet li jadottaw approċċ intern biex jiddeterminaw ir-rekwiżiti minimi ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata – fejn disponibbli – fuq l-informazzjoni li tirriżulta mill-attivitajiet superviżjorji diġà mwettqa fuq mudelli interni (bħal spezzjonijiet fuq il-post).

189. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-funzjonalità tal-funzjoni tal-awditjar …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll il-funzjonalità tal-funzjoni tal-awditjar intern f’termini ta’ adegwatezza, ambitu u frekwenza tal-awditjar intern fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tas-suq. Dan għandu jinkludi r-reviżjoni tal-elementi prinċipali tal-qafas tal-ġestjoni, tal-kejl u tal-kontrolli tar-riskju fl-istituzzjoni kif ukoll l-aderenza għar-regolamenti esterni rilevanti jew il-politiki u l-proċeduri interni u kwalunkwe devjazzjoni minnhom.

6.3.4. Sommarju tas-sejbiet, punteġġ u miżuri superviżorji

190. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva …

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva dwar ir-riskju tas-suq tal-istituzzjoni. Din il-perspettiva għandha tkun riflessa f’sommarju tas-sejbiet, akkumpanjat minn punteġġ tar-riskju bbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 8. Meta, abbażi tal-materjalità ta’ ċerti sottokategoriji tar-riskju, l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tivvalutahom u tagħtihom punteġġ individwalment, il-gwida pprovduta f’din it-tabella għandha tiġi applikata, sa fejn ikun possibbli, b’analoġija. Tabella 8. Kunsiderazzjonijiet superviżorji biex jiġi assenjat punteġġ għar-riskju tas-suq Punteġġ Kunsiderazzjonijiet fir-tar- Perspettiva superviżorja rigward Kunsiderazzjonijiet tar-riskju inerenti fir- rigward ta’ ġestjoni u

riskju kontrolli adegwati

1 Hemm prudenzjali istituzzjoni riskju sinifikanti meta baxx ta’ jitqies impatt fuq il- l- In-natura u l-kompożizzjoni tal-iskoperturi tar-riskju tas-suq jimplikaw riskju mhux materjali/baxx ħafna.  Hemm konsistenza bejn il-L-iskoperturi istituzzjoni suq ma humiex għar-riskju kumplessi. tas- tal- politika riskju istituzzjoni u l-istrateġija tas-suq u l-istrateġija tar- tal-
livell tar-riskju inerenti u l-ġestjoni u l-kontrolli.   Il-livell tal-konċentrazzjoni globali u l-aptit għar-riskju tar-riskju tas-suq ma tagħha. huwiex materjali/huwa  Il-qafas organizzazzjonali baxx ħafna. għar-riskju tas-suq huwa L-iskoperturi għar-riskju robust, tas-suq tal-istituzzjoni b’responsabbiltajiet ċari u jiġġeneraw redditi mhux separazzjoni ċara tal-volatili. kompiti bejn dawk li In-natura u l- jieħdu r-riskju u l-kompożizzjoni tal- funzjonijiet tal-ġestjoni u iskoperturi għar-riskju tas- l-kontroll. suq jimplikaw riskju baxx  Is-sistemi tal-kejl, tal-sa medju. monitoraġġ u tar-Il-kumplessità tal- rapportar tar-riskju tas-
Hemm riskju medju-baxx ta’ impatt prudenzjali sinifikanti 2 fuq l-istituzzjoni meta jitqies il-livell tar-riskju inerenti u l-ġestjoni u l-kontrolli.   iskoperturi għar-riskju tas- suq huma xierqa. suq tal-istituzzjoni hija  Il-limiti interni u l-qafas ta’ baxxa sa medja. kontroll għar-riskju tas-Il-livell tal-konċentrazzjoni suq huma sodi u konformi tar-riskju tas-suq huwa mal-istrateġija tal-baxx sa medju. ġestjoni tar-riskji u l-aptit L-iskoperturi għar-riskju għar-riskju tal-istituzzjoni. tas-suq tal-istituzzjoni jiġġeneraw redditi li għandhom grad baxx għal medju ta’ volatilità. In-natura u l-  Ma hemmx konsistenza kompożizzjoni tal- sħiħa bejn il-politika u l-iskoperturi għar-riskju tas- istrateġija tar-riskju tas-suq jimplikaw riskju medju suq tal-istituzzjoni u l-sa għoli. istrateġija globali u l-profil Il-kumplessità tal- tar-riskju tagħha.
Hemm riskju medju-għoli ta’ impatt prudenzjali sinifikanti 3 fuq l-istituzzjoni meta jitqies il-livell tar-riskju inerenti u l-ġestjoni u l-kontrolli. iskoperturi għar-riskju tas-  Il-qafas organizzazzjonali suq tal-istituzzjoni hija għar-riskju tas-suq ma medja għal għolja. jisseparax b’mod Il-livell tal-konċentrazzjoni suffiċjenti r-tar-riskju tas-suq huwa responsabbiltajiet u l-medju sa għoli. kompiti bejn dawk li jieħdu L-iskoperturi għar-riskji r-riskji u l-funzjonijiet ta’ tas-suq tal-istituzzjoni ġestjoni u ta’ kontroll. jiġġeneraw redditi li  Is-sistemi tal-kejl, tal-għandhom grad medju sa monitoraġġ u tar-għoli ta’ volatilità. rapportar tar-riskju tas-
Punteġġ tar- Perspettiva superviżorja riskjurigward  Kunsiderazzjonijiet fir-Kunsiderazzjonijiet fir- rigward ta’ ġestjoni u tar-riskju inerenti kontrolli adegwati In-natura u l- suq ma jitwettqux kompożizzjoni tal- b’biżżejjed preċiżjoni u iskoperturi għar-riskju tas- frekwenza. suq jimplikaw riskju għoli.  Il-limiti interni u l-qafas ta’ Il-kumplessità tal- kontroll għar-riskju tas-
4 Hemm prudenzjali istituzzjoni livell tar-riskju riskju sinifikanti meta għoli inerenti ta’ jitqies impatt fuq u il- l- l-iskoperturi suq għolja. Il-livell tal-istituzzjoni tal-konċentrazzjoni għar-riskju tas- hija suq mal-istrateġija tar-riskji riskju ma tal-istituzzjoni. humiex jew l-aptit tal-ġestjoni konformi għar-
ġestjoni u l-kontrolli.tar-riskju tas-suq huwa għoli. L-iskoperturi tal-istituzzjoni għar-riskju tas-suq jiġġeneraw redditi li għandhom grad għoli ta’ volatilità.
191. It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżjorji li …

It-tabella hawn taħt tippreżenta lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri superviżjorji li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu f’każ ta’ nuqqasijiet identifikati fil-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tas-suq tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu dwar it-tip ta’ miżura abbażi tal-effettività tagħha għan-nuqqas speċifiku identifikat. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw miżuri superviżorji oħra (inklużi miżuri kwantitattivi f’konformità mal-Artikolu 104(1)(a) tad-Direttiva 2013/36/UE) jew kombinazzjoni tagħhom jekk dawn jitqiesu aktar xierqa biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati.

Tabella 9. Miżuri superviżorji potenzjali u mhux eżawrjenti għar-riskju tas-suq Miżuri superviżorji potenzjali għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 104(1)(b), (d), (e), (f), (j), (l), (m), (n) tad-Direttiva 2013/36/UE – L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni: A. ittejjeb il-kwalità u l-frekwenza tar-rapportar tar-riskju tas-suq lill-korp maniġerjali u lill-maniġment superjuri tal-istituzzjoni; B. ittejjeb il-prestazzjoni tal-approċċi interni tal-istituzzjoni, jew tal-kapaċità tagħha ta’ ttestjar retrospettiv jew ittestjar tal-istress; C. twettaq awditi interni aktar frekwenti u fil-fond tal-attività tas-suq; D. tillimita l-investimenti f’ċerti prodotti meta l-politiki u l-proċeduri tal-istituzzjoni ma jiżgurawx li r-riskju minn dawk il-prodotti se jkun kopert u kkontrollat b’mod adegwat; E. tiżvesti l-prodotti finanzjarji meta l-proċessi ta’ valwazzjoni tal-istituzzjoni ma jipproduċux valwazzjonijiet konservattivi li jikkonformaw mal-istandards tar-Regolament (UE) 575/2013; F. tnaqqas il-livell ta’ riskju inerenti tas-suq (eż. permezz ta’ ħħeġġjar jew bejgħ ta’ assi jew żieda ta’ derivattivi saldati permezz ta’ kontropartijiet ċentrali (CCPs)) meta jkunu nstabu nuqqasijiet sinifikanti fis-sistemi ta’ kejl jew ta’ kontroll tal-istituzzjoni; G. tippreżenta pjan biex gradwalment tnaqqas l-iskoperturi tagħha għal assi f’diffikultà u/jew pożizzjonijiet illikwidi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.