+235. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kemm il-fatturi interni kif ukoll dawk esterni …

235. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kemm il-fatturi interni kif ukoll dawk esterni …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kemm il-fatturi interni kif ukoll dawk esterni jew avvenimenti li jistgħu jwasslu għal tħassib reputazzjonali, esklużi avvenimenti li jirriżultaw fi proċeduri legali. Għall-istituzzjonijiet tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-indikaturi kollha li ġejjin fil-valutazzjoni tagħhom:

  • a. kopertura negattiva fil-media/social media u inizjattivi ta’ assoċjazzjonijiet tal-konsumatur li jistgħu jiddeterjoraw il-perċezzjoni pubblika u r-reputazzjoni tal-istituzzjoni;
  • b. l-għadd ta’ lmenti tal-klijenti u l-bidliet fihom jew it-telf f’daqqa tal-klijenti jew tal-investituri;
  • c. avvenimenti negattivi relatati mal-pari tal-istituzzjoni li l-pubbliku jista’ jassoċja mas-settur finanzjarju kollu jew ma’ grupp ta’ istituzzjonijiet;
  • d. ir-reputazzjoni ta’ individwi involuti fil-ġestjoni tal-istituzzjoni jew li għandhom ishma kwalifikanti;
  • e. involviment jew operazzjoni f’setturi jew ġuriżdizzjonijiet esposti ħafna għall-ML/TF jew ma’ individwi assoċjati ma’ riskju għoli minn perspettiva ta’ ML/TF;
  • f. involviment jew operazzjoni f’setturi jew ġuriżdizzjonijiet u/jew ma’ kontropartijiet esposti ħafna għal kwistjonijiet materjali jew kontroversji pubbliċi relatati ma’ fatturi tal-ESG, inkluż iżda mhux neċessarjament limitat għal fatturi ambjentali;
  • g. l-impatt reputazzjonali ta’ inċidenti relatati mal-ICT kif irreġistrati mill-istituzzjoni f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/177238 ;
  • h. indikaturi oħra “tas-suq”, jekk disponibbli (eż. twaqqigħ fil-klassifikazzjoni jew bidliet fil-prezz tal-ishma matul is-sena).

38 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1772 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT u theddid ċibernetiku, li jistabbilixxi livelli limitu ta’ materjalità u li jispeċifika d-dettalji tar-rapporti ta’ inċidenti kbar, C/2024/1519 (ĠU L, 2024/1772, 25.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1772/oj).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.