+317. Meta istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output kif stabbilit fl-Artikolu 92(3) …

317. Meta istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output kif stabbilit fl-Artikolu 92(3) …

Meta istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output kif stabbilit fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

  • a. jiżguraw li l-ammont nominali ta’ P2R ma jiżdiedx awtomatikament minħabba li l-istituzzjoni ssir marbuta mal-minimu tal-output (“limitu massimu temporanju”), f’konformità mal-Artikolu 104a(6), il-punt (a) tad-Direttiva 2013/36/UE. Għal dan il-għan, il-perċentwal applikabbli tal-P2R li kien ġie kkomunikat qabel lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti wara l-aħħar ċiklu tal-SREP se jiġi applikat għat-TREA bla minimu (U-TREA) tal-istituzzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 575/2013. Dan l-approċċ se jibqa’ fis-seħħ sakemm titwettaq ir-reviżjoni deskritta fil-punt b;
  • b. mingħajr dewmien, u mhux aktar tard mid-data tat-tmiem tal-SREP li jmiss, trid issir ir-reviżjoni tal-P2R impost fuq l-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2013/36/UE. Bħala parti minn din ir-reviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
  • i. ineħħu kwalunkwe parti tal-P2R li tista’ tkun qed tkopri nuqqasijiet fil-mudell regolatorju għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji li diġà hija koperta mill-minimu tal-output, sabiex jiġi eliminat kwalunkwe effett potenzjali ta’ għadd doppju;
  • ii. jikkunsidraw jekk hemmx effetti aritmetiċi (jiġifieri fejn iż-żieda fl-ammont nominali tal-P2R ma tkunx minħabba żieda fir-riskju iżda tirriżulta mill-P2R li jkun espress bħala perċentwal tat-TREA) fuq l-ammont nominali tal-P2R li jirriżulta miż-żieda awtomatika fit-TREA minħabba l-fatt li l-istituzzjoni saret marbuta mal-minimu tal-output, u jneħħuhom kif xieraq;
  • c. jikkomunikaw lill-istituzzjonijiet ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli wara r-reviżjoni fil-punt (b), billi jenfasizzaw, b’mod partikolari, kwalunkwe sejba relatata ma’ elementi ta’ għadd doppju. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jiżvelaw, bħala parti mir-rapportar tal-Pilastru 3 tagħhom, l-impatt tal-limitu massimu temporanju jew ir-reviżjoni tal-għadd doppju – skont liema jkun applikabbli fid-data ta’ referenza – fuq il-P2R irrapportat.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.