+7.2. Determinazzjoni tar-rekwiżit tal-Pilastru 2 għal riskji minbarra r-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (P2R)
---+298. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2R għal riskji għajr ir-riskju ta’ …
---+299. Meta jistabbilixxu l-P2R għar-riskju ta’ telf mhux mistenni skont il-punt (a) tal-paragrafu li …
---+300. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw fuq bażi ta’ riskju b’riskju, l-ammonti …
---+301. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ammont ta’ kapital meqjus adegwat biex ikopri …
---+302. Meta jidentifikaw, jivvalutaw u jikkwantifikaw ir-riskji li għalihom hija esposta …
---+303. L-ICAAP u l-eżiti tal-valutazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti bħala …
---+304. Għall-finijiet tal-Artikolu 98(1), il-punt (f) tad-Direttiva 2013/36/UE u d-determinazzjoni …
---+305. Madankollu, id-diversifikazzjoni bejn ir-riskji f’kategoriji differenti, inklużi dawk koperti …
---+306. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi …
---+307. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw aktar l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi …
---+308. Il-kalkolu tal-ICAAP għandu jiġi kkunsidrat parzjalment affidabbli meta, minkejja li ma …
---+309. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw u japplikaw punti ta’ riferiment superviżorji …
---+310. Il-punti ta’ riferiment superviżorji għandhom jiġu żviluppati biex jipprovdu miżura prudenti …
---+311. Meta japplikaw il-punti ta’ riferiment superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+312. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw inputs rilevanti oħra biex jappoġġaw …
---+313. Inputs rilevanti oħrajn għandhom iwasslu lill-awtorità kompetenti biex tivvaluta mill-ġdid …
---+314. Biex jiżguraw il-konsistenza fid-determinazzjoni tal-P2R, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+315. Meta l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni l-punti referenzjarji superviżorji kif …
---+316. Jekk, matul ir-reviżjoni kontinwa tal-approċċi interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi …
---+317. Meta istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output kif stabbilit fl-Artikolu 92(3) …
---+318. Għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu …
---+319. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu r-reviżjoni deskritta fil-paragrafu 317 fil-mument …
---+320. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biex ikopru nuqqasijiet – identifikati …
---+321. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biss biex ikopru r-riskju ta’ …
---+322. Meta istituzzjoni ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta’ fondi …
---+323. Fejn meħtieġ, u billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet …
|
7.2. Determinazzjoni tar-rekwiżit tal-Pilastru 2 għal riskji minbarra r-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (P2R)
7.2. Determinazzjoni tar-rekwiżit tal-Pilastru 2 għal riskji minbarra r-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (P2R)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
298. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2R għal riskji għajr ir-riskju ta’ …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2R għal riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, meta jidentifikaw kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 104a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE għal istituzzjoni, inkluż b’mod partikolari: - a. ir-riskju ta’ telf mhux mistenni, u ta’ telf mistenni mhux kopert biżżejjed mid-dispożizzjonijiet, fuq perjodu ta’ 12-il xahar (ħlief fejn ir-Regolament (UE) 575/2013 jispeċifika r-rekwiżiti ta’ fondi proprji fuq perjodu differenti), li l-istituzzjonijiet individwali qed jiffaċċjaw minħabba l-attivitajiet tagħhom, inklużi dawk li jirriflettu l-impatt ta’ ċerti żviluppi ekonomiċi u tas-suq;
- b. nuqqasijiet fil-mudell għall-approċċi interni tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji (“nuqqasijiet fil-mudell regolatorju”) kif ivvalutati fil-kuntest tal-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE, esklużi dawk diġà koperti mill-fatt li istituzzjoni saret soġġetta għall-minimu tal-output f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament 575/2013;
- c. nuqqasijiet fil-governanza interna, inklużi l-arranġamenti ta’ kontroll intern u nuqqasijiet oħrajn, kif ukoll riskju li jirriżulta mill-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni, identifikati wara l-valutazzjoni tar-riskju deskritta fit-Titoli 4 sa 6, fejn miżuri superviżorji oħrajn ma kinux effettivi jew jitqiesu insuffiċjenti biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati.
7.2.1. Determinazzjoni tal-fondi proprji addizzjonali biex ikopru telf mhux mistenni
|
|
299. Meta jistabbilixxu l-P2R għar-riskju ta’ telf mhux mistenni skont il-punt (a) tal-paragrafu li …
|
Meta jistabbilixxu l-P2R għar-riskju ta’ telf mhux mistenni skont il-punt (a) tal-paragrafu li ġej, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kull tip ta’ riskju li jista’ jipperikola l-pożizzjoni tal-kapital tal-istituzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biex ikopri r-riskju ta’ telf mhux mistenni billi jiddeterminaw il-kapital meqjus adegwat biex ikopri t-tip ta’ riskju u jnaqqsu l-parti rilevanti tal-P1R.
|
|
300. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw fuq bażi ta’ riskju b’riskju, l-ammonti …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw fuq bażi ta’ riskju b’riskju, l-ammonti tal-kapital meqjusa adegwati, billi jidentifikaw, jivvalutaw u jikkwantifikaw ir-riskji li l-istituzzjoni tkun esposta għalihom, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-profil sħiħ tar-riskju tagħha. Id-determinazzjoni tal-ammonti ta’ kapital meqjusa adegwati għandha tinkludi: - a. riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta’ riskji li ma humiex koperti mill-P1R;
- b. riskji speċifiċi għall-istituzzjoni jew elementi ta’ tali riskji li ma humiex koperti biżżejjed mill-P1R.
|
|
301. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ammont ta’ kapital meqjus adegwat biex ikopri …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-ammont ta’ kapital meqjus adegwat biex ikopri kull riskju identifikat f’konformità mal-Artikoli 79 sa 85 u 87a tad-Direttiva 2013/36/UE ma jkunx inqas mill-parti rilevanti tal-P1R applikabbli li jkopri dak ir-riskju. F’każijiet eċċezzjonali fejn ikun ta’ piż eċċessiv, speċjalment għal istituzzjonijiet żgħar, li jiżolaw b’mod sinifikanti l-ammont ta’ kapital meqjus adegwat fuq bażi ta’ riskju b’riskju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonformaw mal-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu fuq il-bażi tal-aħjar sforz, billi jużaw il-kalkoli tal-ICAAP, il-ġudizzju superviżorju u sorsi oħra ta’ informazzjoni.
|
|
302. Meta jidentifikaw, jivvalutaw u jikkwantifikaw ir-riskji li għalihom hija esposta …
|
Meta jidentifikaw, jivvalutaw u jikkwantifikaw ir-riskji li għalihom hija esposta l-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddependu fuq is-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin: - a. l-ICAAP u l-eżiti tal-valutazzjoni tagħha mill-awtorità kompetenti, inklużi l-kalkoli tal-ICAAP fejn jitqiesu affidabbli jew parzjalment affidabbli f’konformità mal-paragrafi 306 sa 308;
- b. rapportar superviżorju;
- c. l-eżitu tal-valutazzjoni superviżorja, inkluż kwalunkwe attività superviżorja preċedenti rilevanti, u l-valutazzjoni komparattiva, kif ukoll inputs rilevanti oħra, inklużi dawk li jirriżultaw mill-interazzjoni u d-djalogu mal-istituzzjoni.
|
|
303. L-ICAAP u l-eżiti tal-valutazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti bħala …
|
L-ICAAP u l-eżiti tal-valutazzjoni tiegħu għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti bħala wieħed mill-inputs ewlenin għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji rilevanti għall-istituzzjoni. Id-determinazzjoni tal-ammont ta’ kapital meqjus bħala adegwat u tal-P2R fuq bażi ta’ riskju b’riskju għandha tqis il-kalkoli tal-ICAAP jekk jitqiesu affidabbli jew parzjalment affidabbli, kif ukoll l-eżiti tal-valutazzjoni komparattiva superviżorja u inputs rilevanti oħra kif xieraq, inkluż il-ġudizzju superviżorju.
|
|
304. Għall-finijiet tal-Artikolu 98(1), il-punt (f) tad-Direttiva 2013/36/UE u d-determinazzjoni …
|
Għall-finijiet tal-Artikolu 98(1), il-punt (f) tad-Direttiva 2013/36/UE u d-determinazzjoni tal-P2R, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jikkunsidraw l-effetti tad-diversifikazzjoni li jirriżultaw minn fatturi ewlenin ġeografiċi, settorjali jew kwalunkwe fattur ewlieni rilevanti ieħor fi ħdan kull kategorija tar-riskju materjali (diversifikazzjoni intrariskju). Għal kull wieħed mir-riskji għall-kapital koperti mir-Regolament (UE) 575/2013, tali effetti tad-diversifikazzjoni m’għandhomx inaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji minimi kkalkolati f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 575/2013.
|
|
305. Madankollu, id-diversifikazzjoni bejn ir-riskji f’kategoriji differenti, inklużi dawk koperti …
|
Madankollu, id-diversifikazzjoni bejn ir-riskji f’kategoriji differenti, inklużi dawk koperti mir-Regolament (UE) 575/2013 (diversifikazzjoni interriskju) ma għandhomx jitqiesu bħala parti mid-determinazzjoni tal-P2R. Kalkoli tal-ICAAP
|
|
306. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi jivvalutaw jekk humiex: - a. granulari: il-kalkoli/metodoloġiji għandhom jippermettu li l-kalkoli jitqassmu skont it-tip ta’ riskju, aktar milli jippreżentaw kalkolu uniku (kapital ekonomiku) li jkopri r-riskji kollha.
- b. kredibbli: il-kalkoli/metodoloġiji użati għandhom ikopru b’mod ċar ir-riskju li qegħdin ifittxu li jindirizzaw (eż. il-kalkolu tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tal-kreditu għandu juża diżaggregazzjonijiet tas-settur xierqa li jirriflettu l-korrelazzjonijiet u l-kompożizzjonijiet tal-portafoll attwali) u għandhom ikunu robusti, stabbli, sensittivi għar-riskju u konservattivi biżżejjed biex jikkwantifikaw b’mod adegwat it-telf assoċjat mar-riskji. Tali kalkoli/metodoloġiji għandhom ikunu konsistenti mal-proċessi strateġiċi tal-istituzzjonijiet, inkluż l-aptit għar-riskju tal-istituzzjonijiet.
- c. jinftiehmu: il-fatturi ewlenin sottostanti u s-suppożizzjonijiet ewlenin tal-kalkoli/metodoloġiji għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar. Il-kalkolu ta’ “kaxxa sewda” ma għandux ikun aċċettabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tipprovdi spjegazzjoni tas-suppożizzjonijiet ewlenin użati, inklużi mill-inqas il-perjodu ta’ żmien, il-livelli ta’ fiduċja, is-suppożizzjonijiet ta’ korrelazzjoni, il-parametri ewlenin, l-aktar żoni fallibbli tal-mudelli użati, u kif dawn jitqiesu u jiġu kkoreġuti fil-kalkolu finali tal-ICAAP;
- d. komparabbli: il-kalkoli/metodoloġiji għandhom isemmu b’mod ċar is-suppożizzjonijiet prinċipali f’termini tal-livell globali ta’ konservattiviżmu, il-perjodi ta’ żamma/perjodi ta’ riskju u l-livelli ta’ fiduċja (jew kejl ekwivalenti) sabiex ikun jista’ jsir l-aġġustament li jista’ jintalab jew jiġi promulgat mill-awtoritajiet kompetenti sabiex tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà mal-pari u l-valutazzjoni komparattiva superviżorja.
|
|
307. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw aktar l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw aktar l-affidabbiltà tal-kalkoli tal-ICAAP billi jqabbluhom mal-eżitu tal-punti ta’ riferiment superviżorji għall-istess riskji, u inputs rilevanti oħrajn.
|
|
308. Il-kalkolu tal-ICAAP għandu jiġi kkunsidrat parzjalment affidabbli meta, minkejja li ma …
|
Il-kalkolu tal-ICAAP għandu jiġi kkunsidrat parzjalment affidabbli meta, minkejja li ma jilħaqx il-kriterji kollha tal-paragrafu 306, il-kalkolu xorta jidher kredibbli ħafna, għalkemm dan għandu jkun fuq bażi eċċezzjonali u akkumpanjat minn passi biex jittejbu n-nuqqasijiet identifikati fil-kalkolu tal-ICAAP. Punti ta’ riferiment superviżorji u inputs rilevanti oħrajn
|
|
309. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw u japplikaw punti ta’ riferiment superviżorji …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżviluppaw u japplikaw punti ta’ riferiment superviżorji speċifiċi għar-riskju bħala mezz biex jikkontestaw il-kalkoli tal-ICAAP għal dawk ir-riskji materjali, jew elementi ta’ riskji bħal dawn, li ma humiex koperti jew ma humiex koperti biżżejjed mir-Regolament (UE) 575/2013, jew biex ikomplu jappoġġaw id-determinazzjoni tal-P2R riskju b’riskju, speċjalment fejn il-kalkoli tal-ICAAP għal dawk ir-riskji materjali, jew l-elementi ta’ riskji bħal dawn, jitqiesu inaffidabbli jew ma jkunux disponibbli.
|
|
310. Il-punti ta’ riferiment superviżorji għandhom jiġu żviluppati biex jipprovdu miżura prudenti …
|
Il-punti ta’ riferiment superviżorji għandhom jiġu żviluppati biex jipprovdu miżura prudenti, konsistenti (jiġifieri, kif applikabbli, ikkalibrata għal perjodi ta’ żamma/orizzonti ta’ riskju u livelli ta’ kunfidenza ekwivalenti kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 575/2013), trasparenti u komparabbli li biha jiġi kkalkolat u mqabbel bejn l-istituzzjonijiet il-kapital meqjus adegwat għal riskju partikolari.
|
|
311. Meta japplikaw il-punti ta’ riferiment superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Meta japplikaw il-punti ta’ riferiment superviżorji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-mudell tan-negozju tal-istituzzjonijiet u, sa fejn ikun xieraq, jikkomplementawhom bl-applikazzjoni tal-ġudizzju superviżorju biex iqisu kunsiderazzjonijiet speċifiċi għall-mudell tan-negozju u speċifiċi għall-istituzzjoni.
|
|
312. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw inputs rilevanti oħra biex jappoġġaw …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw inputs rilevanti oħra biex jappoġġaw id-determinazzjoni tal-P2R riskju b’riskju. Inputs rilevanti oħrajn jistgħu jinkludu l-eżiti tal-valutazzjonijiet tar-riskju (skont il-kriterji speċifikati fit-Titolu 6), it-tqabbil bejn il-pari, inklużi r-rapport(i) u l-punti ta’ riferiment maħruġa mill-EBA.
|
|
313. Inputs rilevanti oħrajn għandhom iwasslu lill-awtorità kompetenti biex tivvaluta mill-ġdid …
|
Inputs rilevanti oħrajn għandhom iwasslu lill-awtorità kompetenti biex tivvaluta mill-ġdid l-adegwatezza/affidabbiltà ta’ ICAAP/punti ta’ riferiment superviżorji għal riskju speċifiku, u/jew tagħmel aġġustamenti għall-eżitu, fejn iqanqlu dubji dwar il-preċiżjoni tiegħu.
|
|
314. Biex jiżguraw il-konsistenza fid-determinazzjoni tal-P2R, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
Biex jiżguraw il-konsistenza fid-determinazzjoni tal-P2R, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-istess gruppi ta’ pari stabbiliti biex janalizzaw ir-riskji għall-kapital kif speċifikati fit-Titolu 6.
|
|
315. Meta l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni l-punti referenzjarji superviżorji kif …
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti jieħdu inkunsiderazzjoni l-punti referenzjarji superviżorji kif ukoll inputs rilevanti oħrajn għad-determinazzjoni tal-P2R, bħala parti mid-djalogu mal-istituzzjoni, huma għandhom jispjegaw ir-raġunament u l-prinċipji sottostanti ġenerali wara l-inputs użati. 7.2.2. Determinazzjoni tal-fondi proprji jew miżuri oħrajn li jkopru n-nuqqasijiet tal-mudell regolatorju mhux koperti mill-fatt li istituzzjoni tkun saret marbuta bil-minimu tal-output
|
|
316. Jekk, matul ir-reviżjoni kontinwa tal-approċċi interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi …
|
Jekk, matul ir-reviżjoni kontinwa tal-approċċi interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji, l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw nuqqasijiet fil-mudell li jistgħu jwasslu għal sottovalutazzjoni tal-P1R, huma għandhom jistabbilixxu l-P2R biss fejn dan jiġi determinat li hu aktar xieraq minn miżuri superviżorji oħra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biss biex ikopru dawn in-nuqqasijiet: - a. fejn ma jkunx possibbli li jiġu indirizzati taħt il-P1R permezz ta’ miżuri superviżorji oħra, bħal pereżempju li l-istituzzjonijiet jiġu obbligati jaġġustaw il-mudelli tagħhom jew japplikaw marġni xieraq ta’ konservattiviżmu għall-istimi tagħhom;
- b. billi jqisu jekk l-istituzzjoni tkunx saret marbuta bil-minimu tal-output f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 575/2013 u, jekk dan ikun il-każ, jipproċedu kif spjegat fil-paragrafu li jmiss. Tali P2R għandu jiġi stabbilit biss bħala miżura interim waqt li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet.
|
|
317. Meta istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output kif stabbilit fl-Artikolu 92(3) …
|
Meta istituzzjoni ssir marbuta bil-minimu tal-output kif stabbilit fl-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom: - a. jiżguraw li l-ammont nominali ta’ P2R ma jiżdiedx awtomatikament minħabba li l-istituzzjoni ssir marbuta mal-minimu tal-output (“limitu massimu temporanju”), f’konformità mal-Artikolu 104a(6), il-punt (a) tad-Direttiva 2013/36/UE. Għal dan il-għan, il-perċentwal applikabbli tal-P2R li kien ġie kkomunikat qabel lill-istituzzjoni mill-awtorità kompetenti wara l-aħħar ċiklu tal-SREP se jiġi applikat għat-TREA bla minimu (U-TREA) tal-istituzzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 575/2013. Dan l-approċċ se jibqa’ fis-seħħ sakemm titwettaq ir-reviżjoni deskritta fil-punt b;
- b. mingħajr dewmien, u mhux aktar tard mid-data tat-tmiem tal-SREP li jmiss, trid issir ir-reviżjoni tal-P2R impost fuq l-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 104(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2013/36/UE. Bħala parti minn din ir-reviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
- i. ineħħu kwalunkwe parti tal-P2R li tista’ tkun qed tkopri nuqqasijiet fil-mudell regolatorju għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji li diġà hija koperta mill-minimu tal-output, sabiex jiġi eliminat kwalunkwe effett potenzjali ta’ għadd doppju;
- ii. jikkunsidraw jekk hemmx effetti aritmetiċi (jiġifieri fejn iż-żieda fl-ammont nominali tal-P2R ma tkunx minħabba żieda fir-riskju iżda tirriżulta mill-P2R li jkun espress bħala perċentwal tat-TREA) fuq l-ammont nominali tal-P2R li jirriżulta miż-żieda awtomatika fit-TREA minħabba l-fatt li l-istituzzjoni saret marbuta mal-minimu tal-output, u jneħħuhom kif xieraq;
- c. jikkomunikaw lill-istituzzjonijiet ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji applikabbli wara r-reviżjoni fil-punt (b), billi jenfasizzaw, b’mod partikolari, kwalunkwe sejba relatata ma’ elementi ta’ għadd doppju. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jiżvelaw, bħala parti mir-rapportar tal-Pilastru 3 tagħhom, l-impatt tal-limitu massimu temporanju jew ir-reviżjoni tal-għadd doppju – skont liema jkun applikabbli fid-data ta’ referenza – fuq il-P2R irrapportat.
|
|
318. Għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu …
|
Għall-finijiet tal-paragrafu preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkoraġġixxu l-istituzzjonijiet biex jinformawhom fi stadju bikri meta jipprevedu (fuq il-bażi ta’ stimi) li jistgħu jsiru marbuta bil-minimu tal-output. Dan sabiex tiġi ffaċilitata kemm jista’ jkun, ir-reviżjoni tal-elementi tal-għadd doppju deskritti fil-paragrafu preċedenti.
|
|
319. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu r-reviżjoni deskritta fil-paragrafu 317 fil-mument …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu r-reviżjoni deskritta fil-paragrafu 317 fil-mument li istituzzjoni ssir marbuta għall-ewwel darba bil-minimu tal-output. Wara l-konklużjoni ta’ din ir-reviżjoni, il-limitu massimu temporanju fuq il-P2R ma japplikax, u l-P2R ikkomunikat mill-awtoritajiet kompetenti japplika għat-TREA bil-minimu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-fatt li sakemm istituzzjoni tkun marbuta bil-minimu tal-output, ma għandu jiġi impost l-ebda rekwiżit addizzjonali ta’ fondi proprji li jgħoddu darbtejn ir-riskji li diġà huma koperti bis-sħiħ mill-fatt li l-istituzzjoni hija marbuta bil-minimu tal-output, f’konformità mal-Artikolu 104a(8) tad-Direttiva 2013/36/UE, u f’konformità mal-paragrafu 294. 7.2.3. Determinazzjoni tal-fondi proprji jew miżuri oħrajn biex jiġu koperti nuqqasijiet oħra
|
|
320. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biex ikopru nuqqasijiet – identifikati …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biex ikopru nuqqasijiet – identifikati wara l-valutazzjoni tar-riskju deskritta fit-Titoli 4 sa 6 – fejn miżuri superviżorji oħra ma kinux effettivi jew huma meqjusa insuffiċjenti biex jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu tali P2R biss bħala miżura interim waqt li jkunu qed jiġu indirizzati n-nuqqasijiet.
|
|
321. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biss biex ikopru r-riskju ta’ …
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biss biex ikopru r-riskju ta’ finanzjament – identifikat wara l-valutazzjoni tar-riskju deskritta fit-Titolu 8 – fejn dan jiġi determinat li jkun aktar xieraq minn miżuri superviżorji oħra.
|
|
322. Meta istituzzjoni ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta’ fondi …
|
Meta istituzzjoni ripetutament tonqos milli tistabbilixxi jew iżżomm livell adegwat ta’ fondi proprji biex tkopri l-P2G, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R biex ikopru dak ir-riskju addizzjonali mhux aktar tard minn sentejn wara l-ksur tal-gwida. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu dik id-deċiżjoni meta jippermettu lill-istituzzjonijiet joperaw taħt il-livell ta’ gwida minħabba kundizzjonijiet ekonomiċi jew tas-suq jew ċirkostanzi speċifiċi għall-istituzzjoni, f’konformità mal-paragrafi 452 u 453. 7.2.4. Determinazzjoni tal-kompożizzjoni tar-rekwiżiti tal-Pilastru 2
|
|
323. Fejn meħtieġ, u billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet …
|
Fejn meħtieġ, u billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jitolbu lill-istituzzjoni biex tkopri l-P2R b’kapital ta’ kwalità ogħla minn dak imsemmi fl-Artikolu 104a(4) tad-Direttiva 2013/36/UE42 . Din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata b’mod ċar, filwaqt li tenfasizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi li wasslu għaliha. Fil-ġustifikazzjonijiet tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu għal elementi bħal: - a. in-natura speċifika tal-istituzzjoni, l-istruttura tal-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha u, fejn rilevanti, l-istruttura tal-grupp, li potenzjalment jaffettwaw il-possibbiltà li jinġabar kapital;
- b. in-natura speċifika tar-riskju li tiffaċċja l-istituzzjoni, li potenzjalment twassal għal tnaqqis partikolarment rapidu tal-kapital tas-CET1.
42 Mill-inqas 56.25 % CET1 u mill-inqas 75 % Grad 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|