+Artikolu 383b 2.

Artikolu 383b 2.

Għal kull klassi ta' riskju msemmija fl-Artikolu 383(2), is-sensittività tas-CVAs aggregati u s-sensittività tal-pożizzjonijiet kollha f'ħeġġijiet eliġibbli li jaqgħu fl-ambitu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskji delta jew vega għal kull wieħed mill-fatturi tar-riskju delta jew vega applikabbli inkluż f'dik il-klassi tar-riskju għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-formuli korrispondenti stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j. Jekk il-valur ta' strument jiddependi fuq diversi fatturi tar-riskju, is-sensittività għandha tiġi ddeterminata b'mod separat għal kull fattur tar-riskju.

Għall-kalkolu tas-sensittivitajiet għar-riskju vega tas-CVAs aggregati, għandhom jiġu inklużi s-sensittivitajiet kemm għall-volatilitajiet użati fil-mudell tal-iskopertura sabiex jiġu ssimulati l-fatturi tar-riskju kif ukoll għall-volatilitajiet użati sabiex jerġgħu jiġu pprezzati t-tranżazzjonijiet tal-opzjonijiet fil-portafoll mal-kontroparti.

Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, soġġetta għall-permess mill-awtorità kompetenti, istituzzjoni tista' tuża definizzjonijiet alternattivi ta' sensittivitajiet għar-riskju delta u vega fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;

(b) 

l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex ikopru s-sensittivitajiet tal-pożizzjoni mill-formuli stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j, u li s-sensittivitajiet għar-riskju delta u vega li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk miksuba bl-applikazzjoni tal-formuli stabbiliti fl-Artikoli 383i u 383j, rispettivament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0575
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.