+Artikolu 8 1

Artikolu 8 1

1.   Meta jkunu qegħdin jivvalutaw il-governanza interna u s-sorveljanza tal-istituzzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-unità ta’ kontroll tar-riskji msemmija fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-unità ta’ kontroll tar-riskji:

(a)

tkun kompletament separata u indipendenti mill-persunal u mill-funzjonijiet maniġerjali responsabbli għall-oqsma tan-negozju tan-negozjar;

(b)

tkun irrappreżentata kif xieraq fil-korpi deċiżjonali tal-istituzzjoni u tkun involuta fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet meta kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin tkun fuq l-aġenda:

(i)

l-approvazzjoni ta’ metodoloġiji ġodda għall-valutazzjoni tar-riskju tas-suq u ta’ kwalunkwe bidla fil-metodoloġiji eżistenti;

(ii)

l-approvazzjoni tal-istabbiliment ta’ post tan-negozjar;

(iii)

l-approvazzjoni jew l-aġġornament ta’ rapporti u ta’ inventarji fil-mandat tal-unità ta’ kontroll tar-riskji;

(iv)

l-istabbiliment tal-livell aċċettabbli ta’ riskju;

(v)

l-istabbiliment u l-aġġornament regolari tal-istruttura ta’ limitu intern;

(vi)

l-approvazzjoni ta’ ksur tal-limitu;

(vii)

l-approvazzjoni ta’ prodotti ġodda jew ta’ linji operatorji ġodda;

(viii)

l-approvazzjoni tal-mudelli tal-ipprezzar użati għall-finijiet ta’ riskju;

(ix)

l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ ttestjar tal-istress;

(x)

l-approvazzjoni ta’ sistemi tal-infrastruttura tal-IT relatati mal-għodod tal-maniġjar tar-riskji;

(c)

tkun adegwata, tkun proporzjonata għad-daqs tal-istituzzjoni u għar-riskji tan-negozju, u jkollha r-riżorsi neċessarji sabiex twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv;

(d)

ikollha persunal b’esperjenza, bi kwalifiki u mħarreġ suffiċjenti sabiex iwettaq l-attivitajiet rilevanti kollha għall-maniġjar effettiv tar-riskji tal-mudell intern u għall-monitoraġġ u għall-ikkontestar tal-azzjonijiet ta’ unitajiet oħrajn, b’mod partikolari tal-unitajiet tan-negozju tan-negozjar;

(e)

tkun responsabbli għall-eżitu tal-kalkoli bbażati fuq il-mudell intern ta’ kejl tar-riskji u fuq il-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.