+Artikolu 12 1
|
Artikolu 12 1
1. Meta jivvalutaw jekk l-ambitu tal-validazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 325bj tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunx adegwat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-validazzjoni interna:
|
(a)
|
tirrieżaminax b’mod kritiku l-aspetti kollha tal-metodoloġiji u tal-funzjonijiet tal-ipprezzar użati għal skopijiet kapitali, inklużi dawk applikati għal prodotti ġodda, u b’hekk tqis il-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet meta mqabblin ma’ kwalunkwe metodoloġija alternattiva;
|
|
(b)
|
tivverifikax:
|
(i)
|
l-għażla tad-data tas-suq;
|
|
(ii)
|
l-immappjar tal-fatturi tar-riskju mal-perjodu ta’ likwidità rilevanti;
|
|
(iii)
|
l-immappjar ta’ osservazzjoni reali tal-prezzijiet ma’ fattur tar-riskju jew ma’ bucket li għalih titqies rappreżentattiva;
|
|
(iv)
|
l-approċċi tal-indikaturi użati;
|
|
|
(c)
|
tivverifikax jekk is-suppożizzjonijiet distribuzzjonali u kwalunke suppożizzjoni stokastika rilevanti oħra u l-parametri tal-proċessi stokastiċi sottostanti, inklużi l-volatilità u l-korrelazzjoni, humiex iġġustifikati sew, inkluż fir-rigward ta’:
|
(i)
|
it-truf tad-distribuzzjonijiet rilevanti għall-kalkolu tal-miżuri tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmijin fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(ii)
|
il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
|
(d)
|
tivvalutax is-solidità ta’ kwalunkwe korrelazzjoni empirika użata kemm fi ħdan kif ukoll fost il-kategoriji ġenerali tal-fatturi tar-riskju sabiex jiġi kkalkolat il-kejl tan-nuqqas mistenni mingħajr restrizzjoni msemmi fl-Artikolu 325bh(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(e)
|
tivvalutax is-suppożizzjonijiet ta’ korrelazzjoni magħmulin fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza, inklużi:
|
(i)
|
l-għażla tal-kopula rilevanti, meta mmudellata b’mod espliċitu;
|
|
(ii)
|
l-għażla u l-ponderazzjonijiet tal-fatturi tar-riskju sistematiku msemmijin fl-Artikolu 325bp tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(iii)
|
il-kapaċità tal-mudell li jispjega r-raggruppamenti predefiniti;
|
|
|
(f)
|
tivvalutax is-suppożizzjonijiet magħmulin sabiex jinkisbu stimi tal-probabbiltajiet ta’ inadempjenza u t-telf fil-każ ta’ inadempjenza sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
(g)
|
tivvalutax is-suppożizzjonijiet magħmulin fir-rigward tal-immudellar tal-ħeġġijiet fil-komputazzjoni tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza kif imsemmi fl-Artikolu 325bo tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(h)
|
tanalizzax ir-riżultati tal-programm ta’ ttestjar tal-istress, inklużi r-riżultati relatati mar-riskju ta’ inadempjenza, u tislitx konklużjonijiet rilevanti, jekk ikun hemm, dwar nuqqasijiet metodoloġiċi jew dgħufijiet li jirriżultaw minn xenarji partikolari tas-suq;
|
|
(i)
|
tapplikax u tanalizzax ir-riżultati miksubin għall-portafolli ipotetiċi msemmijin fl-Artikolu 325bj(3), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex jiġi żgurat li l-mudell intern ikun jista’ jqis il-karatteristiċi strutturali, inklużi, meta rilevanti, dawn li ġejjin:
|
(i)
|
riskji ta’ bażi bejn kurvi ta’ rendiment differenti;
|
|
(ii)
|
movimenti korrelatati mhux perfettament bejn pożizzjonijiet simili iżda mhux identiċi;
|
|
(iii)
|
riskju ta’ bażi u bażi relatati mal-isem li jirriżultaw minn pożizzjonijiet ta’ kreditu jew ta’ ekwità simili iżda mhux identiċi;
|
|
(iv)
|
ir-riskju tal-konċentrazzjoni;
|
|
|
(j)
|
tivverifikax ir-robustezza tal-implimentazzjoni tal-mudell intern tal-kejl tar-riskji fis-sistemi tal-IT, u tiżgurax li l-unitajiet tan-negozju u ta’ appoġġ kollha japplikaw metodoloġiji b’mod konsistenti u għaż-żoni ġeografiċi rilevanti kollha;
|
|
(k)
|
tivverifikax l-adegwatezza u l-materjalità tal-indikaturi billi tivvaluta:
|
(i)
|
il-perċentwal ta’ serje kronoloġika murija b’indikatur użata;
|
|
(ii)
|
il-kontribut marġinali perċentwali tas-serje kronoloġika murija b’indikatur;
|
|
(iii)
|
l-impatt li l-użu ta’ indikaturi jista’ jkollu fir-rikonoxximent tal-effetti tad-diversifikazzjoni.
|
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|