+Artikolu 12 3
|
Artikolu 12 3
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jiżgurawx li l-validazzjoni perjodika interna titwettaq tal-anqas darba fis-sena, u kull darba li jseħħu bidliet strutturali sinifikanti fis-suq jew bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll li jistgħu jwasslu sabiex il-mudell intern ma jibqax adegwat, inklużi dawn li ġejjin:
|
(i)
|
numru ta’ qabżiet fil-valur li jiddevjaw b’mod sinifikanti min-numru antiċipat mill-kalibrar tal-mudell;
|
|
(ii)
|
telf kbir tas-suq meta mqabbel mal-livell previst mill-metriki tar-riskju;
|
|
(iii)
|
bidla sinifikanti fin-negozju tal-istituzzjoni li tista’ tikkontesta s-suppożizzjonijiet tal-immudellar;
|
|
(iv)
|
diskrepanzi mhux tas-soltu u sinifikanti bejn it-tibdil teoretiku u ipotetiku fil-valuri tal-portafolli;
|
|
|
(b)
|
jivverifikaw jekk il-validazzjoni perjodika interna hijiex ibbażata fuq pjan ta’ ħidma, approvat mill-korp maniġerjali, u li dak il-pjan ta’ ħidma jistabbilixxi:
|
(i)
|
l-ambitu tal-validazzjoni interna;
|
|
(ii)
|
il-kompiti mwettqin mill-unità ta’ validazzjoni;
|
|
(iii)
|
il-prijoritajiet tal-validazzjoni interna;
|
|
|
(c)
|
jivvalutaw kif il-pjan ta’ ħidma msemmi fil-punt (b) jiżgura li jitwettaq proċess ta’ validazzjoni interna komprensiv u orjentat lejn ir-riskju, u li l-aspetti rilevanti ma jitħallewx barra mill-ambitu tal-validazzjoni interna.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|