+Artikolu 27 1

Artikolu 27 1

1.   Meta jivvalutaw il-konformità ta’ istituzzjoni mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325bh(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-immudellar tar-riskju tal-kambju, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi lista tal-pari kollha ta’ muniti li l-portafoll tal-istituzzjoni jkun sensittiv għalihom u, għal kull waħda minn dawk il-pari ta’ muniti, tiċċara jekk dak il-par ta’ muniti jkunx soġġett għar-rata tal-kambju spot biss, jew għal fatturi tar-riskju oħrajn, inklużi l-volatilitajiet implikati;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi analiżi tas-sensittività tal-portafoll tagħha lejn kull par ta’ muniti msemmi fil-punt (a);

(c)

fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b), jivverifikaw jekk ir-riskju ta’ bażi bejn kwalunkwe par ta’ muniti jkunx kopert b’mod impliċitu minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

il-fatt li ż-żewġ pari ta’ muniti jkunu mmudellati direttament;

(ii)

il-fatt li bażi li tirrappreżenta d-differenza bejn dawk iż-żewġ pari ta’ muniti tkun inkluża fil-mudell intern ta’ kejl tar-riskju;

(d)

jivvalutaw sa liema punt l-istituzzjoni tqis ir-riskju marbut ma’ avvenimenti ta’ unpegging għal pari ta’ muniti li ma jvarjawx b’mod ħieles, u meta tali riskju jkun materjali, kif jiġi mmonitorjat;

(e)

jivvalutaw jekk ir-riskju fil-bidliet fil-kurvi tal-kambju huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament;

(f)

jivvalutaw jekk ir-riskju vega relatat mar-riskju tal-kambju huwiex kopert kif meħtieġ mill-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.