+Artikolu 47 1

Artikolu 47 1

1.   Meta jivvalutaw jekk ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ istituzzjoni għar-riskju ta’ inadempjenza jkunux daqs numru tal-valur fir-riskju f’livell ta’ intervall ta’ kunfidenza ta’ 99,9 % kif meħtieġ mill-Artikolu 325bn(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jivverifikaw jekk l-estimatur użat mill-istituzzjoni sabiex tistma l-valur fir-riskju jkunx akkurat;

(b)

meta l-kalkolu tal-valur fir-riskju jkun ibbażat fuq is-simulazzjonijiet tat-tip Monte Carlo, jivverifikaw jekk in-numru ta’ simulazzjonijiet jiżgurax konverġenza lejn riżultati stabbli, u l-proprjetajiet aleatorji tas-sekwenzi użati sabiex jiġu ġġenerati s-simulazzjonijiet;

(c)

jivverifikaw jekk, qabel ma jiġi kkalkolat it-tibdil fil-valur tal-portafoll wara l-inadempjenzi tal-emittenti, il-valur tal-pożizzjonijiet fil-portafolli tal-istituzzjoni jirreferix għad-data ta’ referenza ta’ rapportar tal-valur fir-riskju;

(d)

jivverifikaw jekk, bl-eċċezzjoni tal-pożizzjonijiet soġġetti għad-deroga msemmija fl-Artikolu 325bn(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jintużax perjodu ta’ żmien ta’ sena fil-komputazzjoni tal-valur fir-riskju;

(e)

meta r-riskju ta’ inadempjenza jiġi kkalkolat anqas ta’ kuljum, janalizzaw il-proċess użat mill-istituzzjoni sabiex jiddeterminaw il-frekwenza tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza, u jivverifikaw jekk il-kalkolu bi frekwenza mnaqqsa jwassalx għal sottovalutazzjoni tar-riskju;

(f)

jivverifikaw jekk għal strumenti ta’ ekwità, il-prezzijiet ikunux stabbiliti għal żero meta jiġu ssimulati l-inadempjenzi ta’ dawk l-istrumenti ta’ ekwità, u jekk dan ikunx żgurat sistematikament mis-sistemi interni, u jistgħu jivverifikaw jekk dan huwiex il-każ fuq kampjun ta’ pożizzjonijiet ta’ ekwità.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw kif l-istituzzjoni għażlet l-estimatur u l-analiżi li saret sabiex issostni din l-għażla.

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw it-testijiet imwettqin mill-istituzzjoni sabiex tistabbilixxi n-numru ta’ simulazzjonijiet.

Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk ir-raġunament tal-istituzzjoni għall-applikazzjoni ta’ dik id-deroga jkunx tajjeb, b’mod partikolari meta l-istituzzjoni tuża perjodu ta’ żmien ta’ 60 jum għal xi pożizzjonijiet ta’ ekwità, u perjodu ta’ żmien ta’ sena għal xi pożizzjonijiet ta’ ekwità oħrajn.

Għall-finijiet tal-punt (e), l-awtoritajiet kompetenti:

(a)

għandhom, meta r-riskju ta’ inadempjenza jiġi kkalkolat kull ġimgħa, janalizzaw il-proċess użat mill-istituzzjoni sabiex tiddetermina l-jum tal-ġimgħa meta jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza;

(b)

għandhom jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkalkola, meta jkunu għadhom mhux disponibbli, l-iskoperturi ta’ inadempjenza immedjata ta’ kuljum fuq perjodu partikolari, u jivvalutaw jekk dawk l-iskoperturi jkunux bi profil ta’ riskju sistematikament aktar baxx f’dawk il-jiem li fihom jiġu kkalkolati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji;

(c)

jistgħu jużaw ukoll ċifri addizzjonali li jistgħu jiġu kkalkolati kuljum mill-istituzzjoni għal finijiet ta’ ġestjoni interna tar-riskju, inklużi sensittivitajiet ta’ kuljum għall-aktar emittenti materjali.

Għall-finijiet tar-raba’ subparagrafu, il-punt (b), meta jkun hemm ħjiel ta’ profil tar-riskju sistematikament aktar baxx, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jirrikjedu li l-istituzzjoni tikkalkola, fuq bażi ta’ kuljum u għal perjodu partikolari, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha għar-riskju ta’ inadempjenza, u billi janalizzaw jekk dawk il-miżuri jkunux sistematikament aktar baxxi fil-jiem magħżulin mill-istituzzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.