+Artikolu 51 Valutazzjoni tar-rikonoxximent tal-iħħeġġjar
---+Artikolu 51 (a)
---+Artikolu 51 (b)
---+Artikolu 51 (c)
---+Artikolu 51 (d)
---+Artikolu 51 2
---+Artikolu 51 3
---+Artikolu 51 4
---+Artikolu 51 (a)
---+Artikolu 51 (b)
---+Artikolu 51 (c)

Artikolu 51 Valutazzjoni tar-rikonoxximent tal-iħħeġġjar

Meta jivvalutaw jekk ir-rikonoxximent tal-ħeġġijiet fil-mudell intern tar-riskju ta’ inadempjenza tal-istituzzjoni jikkonformax mal-Artikolu 325bo tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 (a)

jivverifikaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni:

(i)

jiddeskrivux kif isir in-netting;

(ii)

jispeċifikaw:

(1)

dawk ir-riskji ta’ bażi li huma koperti b’mod impliċitu fil-mudell billi jiġu mmudellati żewġ pożizzjonijiet differenti;

(2)

dak ir-riskju ta’ bażi li minflok huwa kopert b’mod espliċitu bl-introduzzjoni ta’ fattur tar-riskju ta’ bażi;

Artikolu 51 (b)

jirrieżaminaw il-politiki interni tal-istituzzjoni, u jivverifikaw il-kriterji previsti f’dawk il-politiki interni għar-rikonoxximent tal-effetti tan-netting u tal-iħħeġġjar jew tad-diversifikazzjoni;

Artikolu 51 (c)

jivvalutaw jekk il-monitoraġġ tar-riskju ta’ bażi sinifikanti potenzjali li jista’ jinħoloq fl-intervall bejn il-maturità ta’ strument u l-perjodu ta’ żmien ta’ sena huwiex robust;

Artikolu 51 (d)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tipprovdi:

(i)

kampjun ta’ pożizzjonijiet fil-mudell tar-riskju ta’ inadempjenza;

(ii)

il-lista ta’ fatturi tar-riskju li jikkorrispondu għall-pożizzjonijiet imsemmijin fil-punt (i).

Artikolu 51 2

Meta jitolbu l-kampjun imsemmi fil-punt (d)(i), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jkun hemm varjetà fil-pożizzjonijiet ipprovduti, u li, meta applikabbli, ikunu inklużi ż-żewġ pożizzjonijiet li jkunu nnettjati u l-pożizzjonijiet li ma jkunux innettjati.

Artikolu 51 3

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-kriterji fil-politiki interni tal-istituzzjoni jiżgurawx li n-netting u l-iħħeġġjar ikunu effiċjenti, anki meta jseħħ event ta’ kreditu jew kwalunkwe event ieħor.

Artikolu 51 4

Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk:

Artikolu 51 (a)

l-immappjar mill-istituzzjoni ta’ pożizzjonijiet ma’ fatturi tar-riskju jiżgurax li l-iskoperturi għal debituri differenti ma jkunux innettjati, u li tali netting iseħħ biss għal pożizzjonijiet li jirrigwardjaw l-istess strumenti finanzjarji tal-istess obbligant;

Artikolu 51 (b)

jew l-iskoperturi għal obbliganti differenti jkunu mmappjati ma’ fatturi tar-riskju differenti, jew ikun hemm fattur tar-riskju ta’ bażi sabiex jiġu koperti d-differenzi f’dawk l-iskoperturi, u jkunx kopert ir-riskju ta’ bażi bejn debituri li huma kostitwenti ta’ indiċi ta’ kreditu u obbliganti oħrajn;

Artikolu 51 (c)

għal pożizzjonijiet fi strumenti finanzjarji differenti tal-istess obbligant, l-analiżi mwettqa mill-istituzzjoni sabiex tivvaluta jekk jistax jinħoloq riskju ta’ bażi sinifikanti fl-istrateġiji ta’ ħħeġġjar minħabba t-tip differenti ta’ prodotti, is-superjorità fl-istruttura tal-kapital, il-klassifikazzjonijiet interni jew esterni, il-maturità, jew il-vintage, hijiex robusta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.