+Artikolu 5 Kriterji kwalitattivi
---+Artikolu 5 (a)
---+Artikolu 5 (b)
---+Artikolu 5 (c)
---+Artikolu 5 (d)
---+Artikolu 5 (e)
---+Artikolu 5 (f)
|
Artikolu 5 Kriterji kwalitattivi
Minbarra l-membri tal-persunal identifikati skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 92(3), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva 2013/36/UE, il-membri tal-persunal għandhom jitqiesu li jkollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni fil-każijiet li fihom ikun issodisfat kriterju wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji kwalitattivi li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 (a)
|
il-membru tal-persunal ikollu responsabbiltà maniġerjali għal:
|
(ii)
|
ir-robustezza tal-politiki u l-proċeduri kontabilistiċi;
|
|
(iii)
|
il-finanzi, inklużi t-tassazzjoni u l-ibbaġitjar;
|
|
(iv)
|
it-twettiq tal-analiżi ekonomika;
|
|
(v)
|
il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(vii)
|
l-iżvilupp jew l-implimentazzjoni tal-politika ta’ rimunerazzjoni;
|
|
(viii)
|
it-teknoloġija tal-informazzjoni;
|
|
(ix)
|
is-sigurtà tal-informazzjoni;
|
|
(x)
|
il-ġestjoni tal-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti kif imsemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (7);
|
|
|
Artikolu 5 (b)
|
il-membru tal-persunal ikollu responsabbiltajiet maniġerjali għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ riskju stabbiliti fl-Artikoli 79 sa 87 tad-Direttiva 2013/36/UE, jew ikun membru li jivvota ta’ kumitat responsabbli għall-ġestjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ riskju stabbiliti f’dawn l-Artikoli;
|
|
Artikolu 5 (c)
|
fir-rigward tal-iskoperturi għar-riskju ta’ kreditu ta’ ammont nominali għal kull tranżazzjoni, li tirrappreżenta 0,5 % tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni u li tkun mill-inqas EUR 5 miljun, il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(i)
|
il-membru tal-persunal ikollu l-awtorità li jieħu deċiżjoni dwar tali skoperturi tar-riskju tal-kreditu, japprovaha jew jagħmel użu ta’ veto fuqha;
|
|
(ii)
|
il-membru tal-persunal ikun membru bil-vot ta’ kumitat li jkollu l-awtorità jieħu d-deċiżjonijiet kif imsemmi fil-punt (i) ta’ dan il-punt (c);
|
|
|
Artikolu 5 (d)
|
b’rabta ma’ istituzzjoni li għaliha ma tapplikax id-deroga għal negozji żgħar fil-portafoll tan-negozjar stipulata fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
(i)
|
il-membru tal-persunal ikollu l-awtorità li jieħu deċiżjoni, japprovaha jew jagħmel użu ta’ veto fuqha, dwar tranżazzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar li b’mod aggregat jirrappreżentaw wieħed mil-livelli limitu li ġejjin:
|
—
|
fil-każijiet li fihom jintuża l-approċċ standardizzat, rekwiżit ta’ fondi proprji għal riskji tas-suq li jirrappreżentaw 0,5 % jew aktar tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni;
|
|
—
|
fil-każijiet li fihom ikun approvat approċċ intern ibbażat fuq mudell għal finijiet regolatorji, 5 % jew aktar tal-limitu intern tal-valur fir-riskju tal-istituzzjoni għal skoperturi fuq il-portafoll tan-negozjar fid-99 perċentil (intervall ta’ kunfidenza fuq naħa waħda);
|
|
|
(ii)
|
il-membru tal-persunal ikun membru li jivvota ta’ kumitat li jkollu l-awtorità jieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (i) ta’ dan il-punt;
|
|
|
Artikolu 5 (e)
|
il-membru tal-persunal ikun imexxi grupp ta’ membri tal-persunal li jkollhom awtoritajiet individwali li jinvolvu lill-istituzzjoni fi tranżazzjonijiet, u tiġi ssodisfata waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(i)
|
is-somma ta’ dawk l-awtoritajiet tkun daqs jew taqbeż u l-livell limitu stabbilit fil-punt (c)(i) jew fil-punt (d)(i), l-ewwel inċiż;
|
|
(ii)
|
fil-każijiet li fihom ikun approvat approċċ intern ibbażat fuq mudell għal finijiet regolatorji, dawk l-awtoritajiet ikunu jammontaw għal 5 % jew aktar tal-limitu intern tal-valur fir-riskju tal-istituzzjoni għal skoperturi fuq il-portafoll tan-negozjar fid-99 perċentil (intervall ta’ kunfidenza fuq naħa waħda); fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni ma tikkalkulax valur fir-riskju fil-livell ta’ dak il-membru tal-persunal, jingħaddu l-limiti tal-valur fir-riskju tal-persunal taħt il-maniġment ta’ dan il-membru tal-persunal;
|
|
|
Artikolu 5 (f)
|
il-membru tal-persunal ikun jissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda, jew it-tqegħid ta’ veto fuqha:
|
(i)
|
il-membru tal-persunal ikollu awtorità jieħu tali deċiżjonijiet;
|
|
(ii)
|
il-membru tal-persunal ikun membru bil-vot ta’ kumitat li jkollu l-awtorità jieħu deċiżjonijiet bħal dawn.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0923
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|