+Artikolu 37 Rekwiżiti tal-parteċipazzjoni
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 1a.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
|
Artikolu 37 Rekwiżiti tal-parteċipazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
CCP għandha tistabbilixxi, meta rilevanti għal kull tip ta’ prodott ikklerjat, il-kategoriji ta’ membri tal-ikklerjar ammissibbli u l-kriterji ta’ ammissjoni, fuq il-parir tal-kumitat tar-riskju skont l-Artikolu 28(3). Tali kriterji għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti u oġġettivi sabiex jiġi żgurat aċċess ġust u miftuħ għas-CCP u għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklerjar ikollhom riżorsi finanzjarji u kapaċità operazzjonali suffiċjenti sabiex jissodisfaw l-obbligi li jinħolqu mill-parteċipazzjoni f’CCP. Il-kriterji li jirrestrinġu l-aċċess għandhom ikunu permessi biss sal-punt li l-għan tagħhom ikun li jikkontrollaw ir-riskju għas-CCP. Mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti ta’ interoperabbiltà skont it-Titolu V jew għat-tmexxija tal-politika ta’ investiment tas-CCP f’konformità mal-Artikolu 47, il-kriterji għandhom jiżguraw li s-CCPs jew il-kmamar tal-ikklerjar ma jistgħux ikunu membri tal-ikklerjar, direttament jew indirettament, tas-CCP.
|
|
Artikolu 37 1a.
|
CCP għandha taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar biss jekk dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu jistgħu juru kif għandhom l-intenzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet għal fond tal-inadempjenza, inkluż f’kundizzjonijiet tas-suq taħt stress. L-awtorità kompetenti ta’ CCP li taċċetta kontropartijiet mhux finanzjarji bħala membri tal-ikklerjar għandha tirrieżamina regolarment l-arranġamenti stabbiliti mis-CCP biex timmonitorja li tintlaħaq il-kundizzjoni skont l-ewwel subparagrafu. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tirrapporta fuq bażi annwali lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18 dwar il-prodotti kklerjati minn dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji, l-esponiment ġenerali tagħhom u kwalunkwe riskju identifikat. Kontroparti mhux finanzjarja li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar ta’ CCP tista’ tipprovdi servizzi tal-ikklerjar tal-klijenti lil kontropartijiet finanzjarji li huma parti mill-istess grupp bħal dik il-kontroparti mhux finanzjarja biss u tista’ żżomm biss kontijiet fis-CCP għall-assi u l-pożizzjonijiet miżmuma għall-kont proprju tagħha jew il-kont ta’ dawk il-kontropartijiet mhux finanzjarji. L-AETS tista’ toħroġ opinjoni jew rakkomandazzjoni dwar l-adegwatezza ta’ tali arranġamenti wara rieżami bejn il-pari ad hoc.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Kontroparti ċentrali għandha tiżgura li l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 tintlaħaq fuq bażi kontinwa u għandu jkollha aċċess fil-ħin għall-informazzjoni rilevanti għal din il-valutazzjoni. Kontroparti ċentrali għandha twettaq, għall-inqas darba fis-sena, rieżami komprensiv tal-konformità ma’ dan l-Artikolu mill-membri tal-ikklerjar tagħha. Is-CCP għandha tinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe żvilupp negattiv sinifikanti rigward il-profil tar-riskju ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha ddeterminat fil-kuntest tal-valutazzjoni tas-CCP imsemmija fl-ewwel subparagrafu jew kwalunkwe valutazzjoni oħra b’konklużjoni simili, inkluż kwalunkwe żieda tar-riskju li kwalunkwe wieħed mill-membri tal-ikklirjar tagħha joħloq lis-CCP, li s-CCP tqis li jkollu l-potenzjal li jiskatta proċedura ta’ inadempjenza.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Membri tal-ikklerjar li jikklerjaw transazzjonijiet f’isem il-klijenti tagħhom għandu jkollhom ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali meħtieġa u kapaċità operattiva għat-twettiq ta’ din l-attività. Ir-regoli tal-kontroparti ċentrali għall-membri tal-ikklerjar għandhom jippermettulha tiġbor l-informazzjoni bażika rilevanti ħalli tidentifika, timmonitorja u timmaniġġja l-konċentrazzjonijiet rilevanti ta’ riskju marbut mal-forniment ta’ servizzi lill-kjlienti. Il-membri tal-ikklerjar għandhom, meta mitluba, jinformaw lil-kontroparti ċentrali dwar il-kriterji u l-arranġamenti li jadottaw biex jippermettu li l-klijenti tagħhom jaċċessaw is-servizzi tal-kontroparti ċentrali. Ir-responsabilità biex jiġi żgurat li l-klijenti jikkonformaw mal-obbligi tagħhom għandha tibqa’ f’idejn il-membri tal-ikklerjar.
|
|
Artikolu 37 4.
|
Kontroparti ċentrali għandu jkollha proċeduri oġġettivi u trasparenti għas-sospensjoni u l-ħruġ ordnat ta’ membri tal-ikklerjar li ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Kontroparti ċentrali tista’ tirrifjuta biss l-aċċess għal membri tal-ikklerjar li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 meta jkun ġustifikat kif dovut bil-miktub u bbażat fuq analiżi tar-riskju komprensiva.
|
|
Artikolu 37 6.
|
Kontroparti ċentrali tista’ timponi obbligi addizzjonali speċifiċi fuq il-membri tal-ikklerjar, bħall-parteċipazzjoni f’irkanti tal-pożizzjoni ta’ membru tal-ikklerjar inadempjenti. Dawn l-obbligi addizzjonali għandhom ikunu proporzjonali għar-riskju li jkollu membru tal-ikklerjar u ma għandhomx jirrestrinġu l-parteċipazzjoni għal ċertu kategoriji ta’ membri tal-ikklerjar.
|
|
Artikolu 37 7.
|
L-AETS, wara li tikkonsulta mal-EBA u mas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta CCP:
(a)
tistabbilixxi l-kriterji ta’ ammissjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
tivvaluta l-kapaċità tal-kontropartijiet mhux finanzjarji li jaġixxu bħala membri tal-ikklerjar biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-marġni u l-kontribuzzjonijiet tal-fond tal-inadempjenza msemmija fil-paragrafu 1a.
Meta tħejji dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tqis:
(a)
il-modalitajiet u l-ispeċifiċitajiet li permezz tagħhom il-kontropartijiet mhux finanzjarji jistgħu, jew diġà, jaċċessaw is-servizzi tal-ikklerjar, inkluż bħala membri tal-ikklerjar diretti f’mudelli sponsorjati;
(b)
il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess dirett prudenzjalment sod ta’ kontropartijiet mhux finanzjarji għas-servizzi u l-attivitajiet tal-ikklerjar tas-CCP;
(c)
il-ħtieġa li tiġi żgurata l-proporzjonalità;
(d)
il-ħtieġa li tiġi żgurata ġestjoni effettiva tar-riskji.
L-AETS għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-25 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0648
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|