+Artikolu 30 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.

Artikolu 30 Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.

Bla ħsara għal sanzjonijiet kriminali u bla ħsara għas-setgħat superviżorji ta’ awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 23, l-Istati Membri, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandhom jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi xierqa u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ mill-inqas il-ksur li ġej:

(a) 

ksur tal-Artikoli 14 u 15, l-Artikolu 16(1) u (2), l-Artikolu 17(1), (2), (4) u (5), u (8), l-Artikolu 18(1) sa (6), l-Artikolu 19(1), (2), (3), (5), (6), (7) u (11) u l-Artikolu 20(1); u

(b) 

nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’investigazzjoni jew ma’ spezzjoni jew talba kif jingħad fl-Artikolu 23(2).

L-Istati Membri jistgħu„ jiddeċiedu li jistabbilixxu regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif jingħad fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a) jew il-punt (b) ta’ dak is-subparagrafu diġà jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali fil-liġi nazzjonali tagħhom sat-3 ta’ Lulju 2016. Fejn jiddeċiedu dan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA bil-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sat-3 ta’ Lulju 2016, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssirilhom.

Artikolu 30 2.

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin jew jieħdu mill-inqas il-miżuri amministrattivi li ġejjin f’każ tal-ksur imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:

(a) 

ordni li teħtieġ li l-persuna responsabbli għall-ksur twaqqaf l-aġir u ma tirrepetix dan l-aġir;

(b) 

iċ-ċediment (“disgorgement”) tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(c) 

twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(d) 

irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment;

▼M5

(e) 

projbizzjoni temporanja ta’ persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’ditta tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali f’ditti tal-investiment, kif ukoll f’amministraturi ta’ parametri referenzjarji jew f’kontributuri taħt superviżjoni;

(f) 

fil-każ ta’ ksur ripetut tal-Artikolu 14 jew 15, projbizzjoni ta’ mill-inqas 10 snin ta’ kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’ditta tal-investiment, amministratur ta’ parametri referenzjarji jew kontributur taħt superviżjoni jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali f’ditti tal-investiment, kif ukoll f’amministraturi ta’ parametri referenzjarji jew f’kontributuri taħt superviżjoni;

(g) 

projbizzjoni temporanja ta’ persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’ditta tal-investiment, amministraturi ta’ parametri referenzjarji jew kontributur taħt superviżjoni, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli tinnegozja f’isimha stess;

▼B

(h) 

sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk ikunu jistgħu jiġu determinati.

(i) 

fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn:

(i) 

għall-ksur tal-Artikoli 14 u 15, EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(ii) 

għall-ksur tal-Artikoli 16 u 17, EUR 1 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014; u

(iii) 

għall-ksur tal-Artikoli 18, 19 u 20, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014; u

▼M5

(j) 

fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mhux anqas minn:

(i) 

għall-ksur tal-Artikoli 14 u 15, 15 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali jew EUR 15 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(ii) 

għall-ksur tal-Artikolu 16,2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew EUR 2 500 000 jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(iii) 

għall-ksur tal-Artikolu 17,2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali. Meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-ammont għas-sanzjoni amministrattiva bbażat fuq il-fatturat annwali totali jkun sproporzjonatament baxx fir-rigward taċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 31(1), il-punti (a), (b), u (d) sa (h), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali awtoritajiet jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi ta’ mill-inqas EUR 2 500 000 . Fejn il-persuna ġuridika tkun SME, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li tali awtoritajiet jistgħu b’mod alternattiv jimponu sanzjonijiet amministrattivi ta’ mill-inqas EUR 1 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valuri korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(iv) 

għall-ksur tal-Artikoli 18 u 19, 0,8  % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali. Meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-ammont għas-sanzjoni amministrattiva bbażat fuq il-fatturat annwali totali jkun sproporzjonatament baxx fir-rigward taċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 31(1), il-punti (a), (b), u (d) sa (h), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali awtoritajiet jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi ta’ mill-inqas EUR 1 000 000 . Fejn il-persuna ġuridika tkun SME, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li tali awtoritajiet jistgħu b’mod alternattiv jimponu sanzjonijiet amministrattivi ta’ mill-inqas EUR 400 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valuri korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;

(v) 

għall-ksur tal-Artikolu 20, 0,8  % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew EUR 1 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valuri korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014.

▼B

Ir-referenzi għall-awtorità kompetenti f’dan il-paragrafu huma mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità kompetenti li teżerċita l-funzjonijiet tagħha bi kwalunkwe mod imsemmi fl-Artikolu 23(1).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (j), meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża li tkun meħtieġa tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), il-fatturat rilevanti annwali totali għandu jkun il-fatturat totali annwali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu skont id-Direttivi rilevanti dwar il-kontabilità – id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 16 ) għall-banek u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 17 ) għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni – skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali ewlenija.

Artikolu 30 3.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti ikollhom setgħat oħra minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 2 u jistgħu jipprovdu għal livelli ogħla ta’ sanzjonijiet minn dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu.
Artikolu 30 4.
Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, “intrapriża żgħira u ta’ daqs medju” jew “SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 18 ).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0596
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.