|
+Artikolu 30 2. |
Artikolu 30 2.L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin jew jieħdu mill-inqas il-miżuri amministrattivi li ġejjin f’każ tal-ksur imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1:
(a)
ordni li teħtieġ li l-persuna responsabbli għall-ksur twaqqaf l-aġir u ma tirrepetix dan l-aġir;
(b)
iċ-ċediment (“disgorgement”) tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;
(c)
twissija pubblika li tindika l-persuna responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;
(d)
irtirar jew sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment;
(e)
projbizzjoni temporanja ta’ persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’ditta tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali f’ditti tal-investiment, kif ukoll f’amministraturi ta’ parametri referenzjarji jew f’kontributuri taħt superviżjoni;
(f)
fil-każ ta’ ksur ripetut tal-Artikolu 14 jew 15, projbizzjoni ta’ mill-inqas 10 snin ta’ kwalunkwe persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’ditta tal-investiment, amministratur ta’ parametri referenzjarji jew kontributur taħt superviżjoni jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet maniġerjali f’ditti tal-investiment, kif ukoll f’amministraturi ta’ parametri referenzjarji jew f’kontributuri taħt superviżjoni;
(g)
projbizzjoni temporanja ta’ persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali f’ditta tal-investiment, amministraturi ta’ parametri referenzjarji jew kontributur taħt superviżjoni, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli tinnegozja f’isimha stess;
(h)
sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn tliet darbiet l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk ikunu jistgħu jiġu determinati.
(i)
fir-rigward ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi massimi ta’ mhux inqas minn:
(i)
għall-ksur tal-Artikoli 14 u 15, EUR 5 000 000 , jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;
(ii)
għall-ksur tal-Artikoli 16 u 17, EUR 1 000 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014; u
(iii)
għall-ksur tal-Artikoli 18, 19 u 20, EUR 500 000 jew fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014; u
(j)
fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mhux anqas minn:
(i)
għall-ksur tal-Artikoli 14 u 15, 15 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali jew EUR 15 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;
(ii)
għall-ksur tal-Artikolu 16,2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew EUR 2 500 000 jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;
(iii)
għall-ksur tal-Artikolu 17,2 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali. Meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-ammont għas-sanzjoni amministrattiva bbażat fuq il-fatturat annwali totali jkun sproporzjonatament baxx fir-rigward taċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 31(1), il-punti (a), (b), u (d) sa (h), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali awtoritajiet jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi ta’ mill-inqas EUR 2 500 000 . Fejn il-persuna ġuridika tkun SME, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li tali awtoritajiet jistgħu b’mod alternattiv jimponu sanzjonijiet amministrattivi ta’ mill-inqas EUR 1 000 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valuri korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;
(iv)
għall-ksur tal-Artikoli 18 u 19, 0,8 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali. Meta l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-ammont għas-sanzjoni amministrattiva bbażat fuq il-fatturat annwali totali jkun sproporzjonatament baxx fir-rigward taċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 31(1), il-punti (a), (b), u (d) sa (h), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali awtoritajiet jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi ta’ mill-inqas EUR 1 000 000 . Fejn il-persuna ġuridika tkun SME, l-Istati Membri jistgħu jiżguraw li tali awtoritajiet jistgħu b’mod alternattiv jimponu sanzjonijiet amministrattivi ta’ mill-inqas EUR 400 000 jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valuri korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014;
(v)
għall-ksur tal-Artikolu 20, 0,8 % tal-fatturat annwali totali tagħha skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, jew EUR 1 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valuri korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-2 ta’ Lulju 2014. Ir-referenzi għall-awtorità kompetenti f’dan il-paragrafu huma mingħajr ħsara għall-kapaċità tal-awtorità kompetenti li teżerċita l-funzjonijiet tagħha bi kwalunkwe mod imsemmi fl-Artikolu 23(1). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (j), meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja ta’ impriża li tkun meħtieġa tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), il-fatturat rilevanti annwali totali għandu jkun il-fatturat totali annwali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu skont id-Direttivi rilevanti dwar il-kontabilità – id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 16 ) għall-banek u d-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE ( 17 ) għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni – skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali ewlenija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|