+Artikolu 48n Miżuri tranżitorji relatati mal-ESMA
---+Artikolu 48n 1.
---+Artikolu 48n 1a.
---+Artikolu 48n 2.
---+Artikolu 48n 2a.
---+Artikolu 48n 3.
---+Artikolu 48n 3a.
---+Artikolu 48n 4.
---+Artikolu 48n 5.
|
Artikolu 48n Miżuri tranżitorji relatati mal-ESMA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48n 1.
|
Il-kompetenzi u d-dmirijiet kollha relatati mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), il-punti (a) u (b), li jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 40(2) għandhom jintemmu fl-1 ta’ Jannar 2022. Dawk il-kompetenzi u d-dmirijiet għandhom jittieħdu mill-ESMA fl-istess data.
|
|
Artikolu 48n 1a.
|
Il-kompetenzi u d-dmirijiet kollha relatati mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi li jagħtu l-approvazzjoni għal parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), il-punt (c), li jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 40(2) għandhom jintemmu fl-1 ta’ Jannar 2026. Dawk il-kompetenzi u d-dmirijiet għandhom jittieħdu mill-ESMA fl-istess data.
|
|
Artikolu 48n 2.
|
Kwalunkwe fajl jew dokument ta’ ħidma relatat mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), il-punti (a) u (b), inklużi kwalunkwe eżamijiet u azzjonijiet ta’ infurzar li jkunu għaddejjin, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jgħaddu f’idejn l-ESMA fid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni minn amministraturi ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika msemmi fl-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (c), u l-applikazzjonijiet għal rikonoxximent skont l-Artikolu 32 li jkunu waslu għand l-awtoritajiet kompetenti qabel l-1 ta’ Ottubru 2021 ma għandhomx jiġu ttrasferiti lill-ESMA, u d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni jew rikonoxximent għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti rilevanti.
|
|
Artikolu 48n 2a.
|
Kwalunkwe fajl jew dokument ta’ ħidma relatat mal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi li jagħtu l-approvazzjoni għal parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), il-punt (c), inklużi kwalunkwe eżamijiet u azzjonijiet ta’ infurzar li jkunu għaddejjin, jew kopji ċċertifikati tagħhom, għandhom jgħaddu f’idejn l-ESMA fid-data msemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, applikazzjonijiet għall-approvazzjoni li jkunu waslu għand l-awtoritajiet kompetenti qabel l-1 ta’ Ottubru 2025 ma għandhomx jiġu ttrasferiti lill-ESMA, u d-deċiżjoni li tawtorizza jew tapprova għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti rilevanti.
|
|
Artikolu 48n 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe rekord u dokument ta’ ħidma eżistenti, jew kopji ċċertifikati tagħhom fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), il-punti (a) u (b), għandhom jiġu ttrasferiti lill-ESMA mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ sal-1 ta’ Jannar 2022. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu wkoll l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa lill-ESMA sabiex jiġu ffaċilitati kemm it-trasferiment effettiv u effiċjenti kif ukoll il-bidu tal-eżerċizzju tal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), il-punti (a) u (b).
|
|
Artikolu 48n 3a.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe rekord u dokument ta’ ħidma eżistenti, jew kopji ċċertifikati tagħhom fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), il-punt (c), għandhom jiġu ttrasferiti lill-ESMA mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ sal-1 ta’ Jannar 2026. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu wkoll l-għajnuna u l-pariri kollha meħtieġa lill-ESMA sabiex jiġu ffaċilitati kemm it-trasferiment effettiv u effiċjenti kif ukoll il-bidu tal-eżerċizzju tal-attività ta’ superviżjoni u infurzar fir-rigward tal-amministraturi kif imsemmi fl-Artikolu 40(1), il-punt (c).
|
|
Artikolu 48n 4.
|
L-ESMA għandha taġixxi bħala s-suċċessur legali tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 1a fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ġudizzjarju li jirriżulta minn attività ta’ superviżjoni u infurzar eżerċitata minn dawk l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 48n 5.
|
Kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ amministraturi ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika kif imsemmi fl-Artikolu 20(1), il-punti (a) u (c), ir-rikonoxximent f’konformità mal-Artikolu 32 u kwalunkwe awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni ta’ amministratur li jagħti l-approvazzjoni jew jipprevedi li japprova parametri referenzjarji pprovduti f’pajjiż terz mogħtija minn awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu validi wara t-trasferiment tal-kompetenzi lill-ESMA.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1011
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|