3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-divulgazzjoni ta' ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b'obbligu għall-konformità mar- Regolament (UE) 2024/1624 lill-kumitati ta' inkjesta parlamentari, lill-qrati tal-awdituri u lil entitajiet oħra responsabbli għall-inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-entitajiet għandhom mandat preċiż skont id-dritt nazzjonali biex jinvestigaw jew jiskrutinizzaw l-azzjonijiet tas-superviżuri jew tal-awtoritajiet responsabbli għal-liġijiet dwar tali superviżjoni;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni hija strettament meħtieġa biex jitwettaq il-mandat imsemmi fil-punt (a);
|
|
(c)
|
il-persuni b'aċċess għall-informazzjoni huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali skont id-dritt nazzjonali tal-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1;
|
|
(d)
|
meta l-informazzjoni toriġina minn Stat Membru ieħor, din ma għandhiex tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tas-superviżur li jkun żvelaha, u unikament għall-finijiet li għalihom dak is-superviżur ikun ta l-kunsens tiegħu.
|
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ukoll l-iżvelar ta' informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-kumitati temporanji ta' inkjesta stabbiliti mill-Parlament Ewropew f'konformità mal-Artikolu 226 TFUE u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (47), meta dak l-iżvelar ikun meħtieġ għat-twettiq tal-attivitajiet ta' dawk il-kumitati.