+ANNESS II AKRONIMI U GLOSSARJU TAT-TERMINI

ANNESS II AKRONIMI U GLOSSARJU TAT-TERMINI




ANNESS II

AKRONIMI U GLOSSARJU TAT-TERMINI

Dan l-Anness jippreżenta l-akronimi kollha li jinsabu fl-ESRS (Tabella 1) kif ukoll it-termini kollha definiti fl-ESRS (Tabella 2).



Tabella 1

Akronimi

AMS

Sistemi Awtomatizzati tal-Kejl

AQI

Indiċijiet tal-Kwalità tal-Arja

AR

Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni

AWS

Alleanza għall-Ġestjoni tal-Ilma

BAT

L-aqwa Tekniki Disponibbli

BAT-AEL

Livell ta’ Emissjonijiet Assoċjat mal-Aħjar Tekniki Disponibbli

BAT-AEPL

Livell ta’ Prestazzjoni Ambjentali Assoċjat mal-Aħjar Metodi Tekniċi Disponibbli

BREFs

Dokumenti ta’ Referenza tal-Aqwa Tekniki Disponibbli

Btu

Unitajiet Termali Brittaniċi

CapEx

Nefqa Kapitali

CBD

Konvenzjoni għad-Diversità Bijoloġika

CDDA

Bażi ta’ Data Komuni dwar Żoni Maħtura

CEN

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni

CENELEC

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika

CH4

Metan

CICES

Klassifikazzjoni Internazzjonali Komuni tas-Servizzi tal-Ekosistema

C02

Diossidu tal-Karbonju

CRR

Ir-Regolament (UE) Nru 757/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital)

DEGURBA

Grad ta’ Urbanizzazzjoni

DR BP-1

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Bażi ġenerali għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà

DR BP-2

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Divulgazzjonijiet fir-rigward ta’ ċirkostanzi speċifiċi

DR GOV-1

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

DR GOV-2

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Informazzjoni pprovduta lill-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tal-impriża u kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà indirizzati minnhom

DR GOV-3

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Integrazzjoni tal-prestazzjoni relatata mas-sostenibbiltà fi skemi ta’ inċentivi

DR GOV-4

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Dikjarazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għas-sostenibbiltà

DR GOV-5

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Ġestjoni tar-riskju u kontrolli interni fuq ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà

DR SBM-1

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Il-pożizzjoni tas-suq, l-istrateġija, il-mudell(i) tan-negozju u l-katina tal-valur

DR SBM-2

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Interessi u fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

DR SBM-3

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Impatti materjali, riskji u opportunitajiet u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u l-mudell(i) tan-negozju

DR IRO-1

Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni - Deskrizzjoni tal-proċessi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali

DR IRO-2

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà tal-impriża

DNSH

Tagħmilx Ħsara Sinifikanti

DR

Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni

EBA

L-Awtorità Bankarja Ewropea

KE

Il-Kummissjoni Ewropea

ŻEE

Iż-Żona Ekonomika Ewropea

EFRAG

Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju

EFRAG SRB

Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju dwar is-Sostenibbiltà

Il-Bord tar-Rappurtar

EIA

Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali

EMAS

Skema ta’ Ġestjoni u Awditjar Ambjentali

EPC

Ċertifikat tal-Prestazzjoni tal-Enerġija

E-PRTR

Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti

ESA

Awtoritajiet Superviżorji Ewropej

ESMA

L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

ESRS topiċi

Standards Ewropej ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà

ESRS 1

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà 1 Rekwiżiti ġenerali

ESRS 2

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà 2 Divulgazzjonijiet ġenerali

ESRS E1

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E1 Tibdil fil-klima

ESRS E2

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E2 Tniġġis

ESRS E3

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E3 Riżorsi tal-ilma u tal-baħar

ESRS E4

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E4 Bijodiversità u ekosistemi

ESRS E5

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà E5 Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari

ESRS G1

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà G1 Imġiba kummerċjali

ESRS S1

Standard Ewropew ta’ Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà S1 Forza tax-Xogħol Proprja

ESRS S2

Standard Ewropew għar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà S2 Ħaddiema fil-katina tal-valur

ESRS S3

Standard Ewropew tar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà S3 Komunitajiet affettwati

ESRS S4

Standard Ewropew għar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà S4 Konsumaturi u Utenti aħħarin

Referenza għal-

L-Unjoni Ewropea

EU ETS

Skema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet

EWC

Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew

FPIC

Kunsens Liberu, Minn Qabel u Informat

FTE

Ekwivalenti ta’ full-time

GAAP

Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati b’mod Ġenerali

GHG

Gass serra

GJ

Giga-Joules

GRI

Inizjattiva Globali ta’ Rappurtar

GWP

Potenzjal għat-Tisħin Globali

HFCs

Idrofluworokarburi

IED

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali)

IFC

Il-Korporazzjoni Internazzjonali tal-Finanzi

IFRS

Standards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju

ILO

Organizzazzjonijiet Internazzjonali tax-Xogħol

IPBES

Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi

IPCC

Il-grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima

ISEAL

Alleanza għall-Akkreditazzjoni u t-Tikkettar Internazzjonali Soċjali u Ambjentali

ISO

Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni

ISSB

Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tas-Sostenibbiltà

ITS

Standards Tekniċi ta’ Implimentazzjoni

IUCN

Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura

KBA

Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità

Kg

Kilogrammi

lb

Libbri

LEAP

Sib Evalwa Ivvaluta Prepara

LGBTQI

Lesbjani, Gay, Bisesswali, Transġeneru, Queer, Intersess

MDR

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni

MWh

Mega-Watt-siegħa

N2O

Ossidu nitruż

NACE

Klassifikazzjoni Statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fil-Komunità Ewropea

NF3

Trifluworur tan-nitroġenu

NGOs

Organizzazzjonijiet Nongovernattivi

NH3

Ammonijaka

NOX

Ossidi tan-nitroġenu

NUTS

Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali tal-Istatistika

O3

Ożonu

ODS

Sustanzi li jnaqqsu l-ożonu

OECD

Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku

OECM

Mudell wieħed tal-Klima tad-Dinja

OpEX

Nefqa tat-tħaddim

PBTS

Sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi

PCAF

Sħubija għall-Finanzjament tal-Kontabilità tal-Karbonju

PCFs

Perfluworokarburi

PM

Materja Partikulata

PMTs

Sustanzi Persistenti, Mobbli u Tossiċi

POPs

Pollutanti organiċi persistenti

REACH

Ir-reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi

SBTi

Inizjattiva dwar il-Miri Bbażati fuq ix-Xjenza

SBTN

Netwerk tal-Miri Bbażati fuq ix-Xjenza

SCE

Societas Cooperativa Europaea

SDA

Approċċ ta’ Dekarbonizzazzjoni Settorjali

SDGs

Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

SDPI

Indikatur tal-Prestazzjoni tal-Iżvilupp Sostenibbli

SE

Societas Europaea

SEEA

Sistema ta’ Kontabilità Ekonomika tal-Ambjent

SEEA EA

Sistema ta’ Kontabilità tal-Ekosistema Kontabbli Ambjentali-Ekonomika

SFDR

Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (ir-Regolament dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji Sostenibbli)

SOX

Ossidi ta’ kubrit

SVHC

Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna

TCFD

Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji Relatati mal-Klima

TNFD

Task Force dwar id-Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati man-Natura

NU

Nazzjonijiet Uniti

UNEP

Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent

UNESCO

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura

vPvBs

Sustanzi persistenti ħafna u bijoakkumulattivi ħafna

vPvMs

Sustanzi persistenti ħafna u mobbli ħafna

WDPA

Bażi ta’ Data Dinjija ta’ Żoni Protetti

WRI

L-Istitut Dinji tar-Riżorsi

WWF

Il-Fond Dinji għan-Natura

(1)   

Ir-Regolament (UE) Nru 757/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(2)   

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(3)   

Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).



Tabella 2

Termini definiti fl-ESRS

Din it-tabella tiddefinixxi t-termini li għandhom jintużaw bħala referenza għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà f’konformità mal-ESRS.

Termini definiti

Definizzjoni

Azzjonijiet

Azzjonijiet jirreferu għal:

i.  azzjonijiet u pjanijiet ta’ azzjoni (inklużi l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni) li jitwettqu sabiex jiġi żgurat li l-impriża tilħaq il-miri stabbiliti u li permezz tagħhom l-impriża tfittex li tindirizza l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali; u

ii.  deċiżjonijiet biex dawn jiġu appoġġati b’riżorsi finanzjarji, umani jew teknoloġiċi.

Attur fil-katina tal-valur

Individwi jew entitajiet fil-katina tal-valur upstream jew downstream. L-attur jitqies downstream mill-impriża (eż. distributuri, klijenti) meta jirċievi prodotti jew servizzi mill-impriża; huwa kkunsidratat upstream mill-impriża (eż. fornituri) meta jipprovdi prodotti jew servizzi li jintużaw fil-produzzjoni tal-prodotti jew is-servizzi tal-impriża stess.

Paga adegwata

Paga li tipprovdi għas-sodisfazzjon tal-ħtiġijiet tal-ħaddiem u tal-familja tiegħu fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali nazzjonali.

Korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji

Il-korpi ta’ governanza bl-ogħla awtorità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-impriża, inklużi l-kumitati tagħha. Jekk fl-istruttura ta’ governanza ma jkun hemm l-ebda membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriża, is-CEO, u jekk tali funzjoni teżisti, id-deputat CEO, jenħtieġ li jiġu inklużi. F’xi ġuriżdizzjonijiet, is-sistemi ta’ governanza jikkonsistu f’żewġ livelli, li fihom is-superviżjoni u l-ġestjoni huma separati. F’każijiet bħal dawn, iż-żewġ livelli huma inklużi taħt id-definizzjoni ta’ korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji.

Komunitajiet Affettwati

Persuni jew grupp(i) li jgħixu jew jaħdmu fl-istess żona li kienu jew jistgħu jiġu affettwati mill-operazzjonijiet ta’ impriża li tirrapporta jew permezz tal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha. Il-komunitajiet affettwati jistgħu jvarjaw minn dawk li jgħixu qrib l-operazzjonijiet tal-impriża (komunitajiet lokali) għal dawk li jgħixu l-bogħod. Il-komunitajiet affettwati jinkludu popli indiġeni attwalment u potenzjalment affettwati.

Remunerazzjoni totali annwali

Ir-remunerazzjoni totali annwali għall-forza tax-xogħol proprja tinkludi salarju, bonus, għotjiet ta’ stokk, għotjiet ta’ opzjonijiet, kumpens għal pjan ta’ inċentiv mhux tal-ekwità, bidla fil-valur tal-pensjoni, u qligħ ta’ kumpens differit mhux kwalifikat ipprovdut matul sena.

Effetti finanzjarji antiċipati

Effetti finanzjarji li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ rikonoxximent għall-inklużjoni fl-entrati inklużi fir-rapporti finanzjarji fil-perjodu ta’ rapportar u li mhumiex koperti mill-effetti finanzjarji attwali.

Żona f’riskju idriku

Baċir fejn jinġabar l-ilma, fejn diversi aspetti fiżiċi kienu relatati mal-ilma:

i.  iwasslu biex korp tal-ilma wieħed jew aktar ikunu fi stat inqas minn tajjeb u/jew jiddeterjoraw fl-istat (kif definit fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)), u b’hekk jindikaw kwistjonijiet sinifikanti fir-rigward tad-disponibbiltà, il-kwalità, il-kwantità tal-ilma (inkluż l-istress idriku qawwi); u/jew

ii.  iwasslu għal kwistjonijiet fir-rigward tal-aċċessibbiltà tal-ilma, kwistjonijiet regolatorji jew ta’ reputazzjoni (inkluż l-użu kondiviż tal-ilma mal-komunitajiet u l-affordabbiltà tal-ilma) għall-faċilitajiet tiegħu u għall-faċilitajiet ta’ fornitur(i) ewlieni/ewlenin.

Żona ta’ stress idriku qawwi

Reġjuni fejn il-perċentwal tal-ilma totali rtirat huwa għoli (40-80 %) jew estremament għoli (aktar minn 80 %) fl-għodda tal-Aqueduct Water Risk Atlas tal-Istitut Dinji tar-Riżorsi (WRI). Ara wkoll l-iskarsezza tal-ilma.

Materjali ta’ proċess assoċjati

Materjali li huma meħtieġa għall-proċess tal-manifattura iżda li ma humiex parti mill-prodott finali, bħal lubrikanti għall-manifattura tal-makkinarju.

Konklużjonijiet tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT)

Dokument li fih il-partijiet ta’ dokument ta’ referenza tal-BAT li jistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-aqwa tekniki disponibbli, id-deskrizzjoni tagħhom, l-informazzjoni biex tiġi vvalutata l-applikabbiltà tagħhom, il-livelli tal-emissjonijiet assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-kontenut minimu ta’ sistema ta’ ġestjoni ambjentali inklużi l-parametri referenzjarji assoċjati mal-aqwa tekniki disponibbli, il-monitoraġġ assoċjat, il-livelli ta’ konsum assoċjati u, fejn xieraq, il-miżuri rilevanti ta’ rimedju tas-sit (2).

Livell ta’ Emissjonijiet Assoċjat mal-Aħjar Tekniki Disponibbli (BAT-AEL)

Il-firxa ta’ livelli ta’ emissjonijiet miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu tal-aħjar teknika disponibbli jew kombinazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-BAT, espressa bħala medja fuq perjodu ta’ żmien partikolari, f’kundizzjonijiet ta’ referenza speċifikati, jiġifieri l-livell ta’ emissjonijiet li huwa assoċjat ma’ BAT.

Livell ta’ Prestazzjoni Ambjentali Assoċjat mal-Aħjar Metodi Tekniċi Disponibbli (BAT-AEPL)

Il-firxa ta’ livelli ta’ prestazzjoni ambjentali, ħlief il-livelli ta’ emissjonijiet, miksuba f’kundizzjonijiet normali ta’ tħaddim bl-użu ta’ BAT jew kombinazzjoni ta’ BATs (3).

L-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) (4)

L-istadju l-aktar effettiv u avvanzat fl-iżvilupp tal-attivitajiet u l-metodi ta’ tħaddim tagħhom li jindika l-adegwatezza prattika ta’ tekniki partikolari biex jipprovdu l-bażi għall-valuri limitu tal-emissjonijiet u kundizzjonijiet oħra tal-permessi mfassla biex jipprevjenu u, fejn dan ma jkunx prattikabbli, inaqqsu l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu:

i.  “metodi tekniċi” tinkludi kemm it-teknoloġija użata kif ukoll il-mod li bih l-installazzjoni tkun iddisinjata, mibnija, imħaddma u dekummissjonata;

ii.  “metodi tekniċi disponibbli” tfisser dawk żviluppati fuq skala li tkun tippermetti l-implimentazzjoni fis-settur rilevanti industrijali, taħt kondizzjonijiet ekonomikament u teknikament vijabbli, waqt li jitqiesu l-kostijiet u l-vantaġġi, sew jekk il-metodi tekniċi jkunu użati u prodotti ġewwa l-Istat Membru inkwistjoni sew jekk le, sakemm dawn ikunu raġonevolment aċċessibbli għall-operatur; u

iii.  “l-aħjar” tfisser l-aktar effettiv biex jintlaħaq livell ġenerali għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent fl-intier tiegħu.

Telfien tal-bijodiversità

It-tnaqqis ta’ kwalunkwe aspett tad-diversità bijoloġika (jiġifieri d-diversità fil-livelli ġenetiċi, tal-ispeċijiet u tal-ekosistema) f’żona partikolari permezz ta’ mewt (inkluża l-estinzjoni), qerda jew tneħħija fiżika manwali; jista’ jirreferi għal ħafna skali, mill-estinzjonijiet globali sal-estinzjonijiet tal-popolazzjoni, li jirriżultaw fi tnaqqis fid-diversità totali fuq l-istess skala.

Bijodiversità jew diversità bijoloġika

Il-varjabbiltà fost organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha, inklużi ekosistemi terrestri, marini u ekosistemi akkwatiċi oħrajn u l-kumplessi ekoloġiċi li minnhom jagħmlu parti. Dan jinkludi varjazzjoni fl-attributi ġenetiċi, fenotipiċi, filoġenetiċi u funzjonali, kif ukoll bidliet fl-abbundanza u d-distribuzzjoni matul iż-żmien u l-ispazju fi ħdan u fost l-ispeċijiet, il-komunitajiet bijoloġiċi u l-ekosistemi.

Żona sensittiva għall-bijodiversità

In-network Natura 2000 ta’ żoni protetti, is-siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO u ż-Żoni Ewlenin tal-Bijodiversità (“KBAs”), kif ukoll żoni protetti oħra, kif imsemmi fl-Appendiċi D tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 (5).

L-integrità tal-bijosfera jew l-integrità ekoloġika

Il-kapaċità ta’ ekosistema li tappoġġa u żżomm proċessi ekoloġiċi u komunità varjata ta’ organiżmi.

Ekonomija blu

L-ekonomija blu tinkludi l-industriji u s-setturi kollha relatati mal-oċeani, l-ibħra u l-kosti, kemm jekk huma bbażati fl-ambjent tal-baħar (eż. tbaħħir, sajd, ġenerazzjoni tal-enerġija) kif ukoll fuq l-art (eż. portijiet, tarzni, akkwakultura bbażata fuq l-art u produzzjoni tal-alka, turiżmu kostali).

Dokumenti ta’ referenza tal-BREF jew tal-UE dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli

Dokument, li jirriżulta mill-iskambju ta’ informazzjoni organizzat skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) dwar l-emissjonijiet industrijali, imfassal għal attivitajiet definiti u li jiddeskrivi, b’mod partikolari, tekniki applikati, livelli attwali ta’ emissjonijiet u konsum, tekniki kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli kif ukoll il-konklużjonijiet tal-BAT u kwalunkwe teknika emerġenti, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-kriterji elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2010/75/UE.

Tixħim

Persważjoni b’mod diżonest lil xi ħadd sabiex jaġixxi favur tiegħek billi tagħtihom rigal ta’ flus jew inċentiv ieħor.

Mudell tan-negozju

Is-sistema tal-impriża li tittrasforma l-inputs permezz tal-attivitajiet tagħha f’outputs u f’eżiti li għandha l-għan li tilħaq l-għanijiet strateġiċi tal-impriża u li toħloq valur fil-perjodu ta’ żmien ta’ żmien qasir, medju u twil. ►C2  L-ESRS ◄ jużaw it-terminu “mudell tan-negozju” fis-singular, għalkemm huwa rikonoxxut li l-impriżi jista’ jkollhom aktar minn mudell tan-negozju wieħed.

Relazzjonijiet kummerċjali

Ir-relazzjonijiet li l-impriża għandha mas-sħab kummerċjali, mal-entitajiet fil-katina tal-valur tagħha, u ma’ kwalunkwe entità oħra mhux Statali jew Statali marbuta direttament mal-operazzjonijiet, mal-prodotti jew mas-servizzi kummerċjali tagħha. Ir-relazzjonijiet kummerċjali ma humiex limitati għal relazzjonijiet kuntrattwali diretti. Dawn jinkludu relazzjonijiet ta’ negozju indiretti fil-katina tal-valur tal-impriża lil hinn mill-ewwel livell, u pożizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja f’impriżi konġunti jew investimenti.

Prodott inċidentali

Sustanza jew oġġett li jirriżulta minn proċess tal-produzzjoni, li l-għan ewlieni tiegħu ma huwiex il-produzzjoni ta’ dik is-sustanza jew ta’ dak il-prodott, jitqies li ma huwiex skart, iżda prodott inċidentali jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

i.  l-użu ulterjuri tas-sustanza jew tal-oġġett ikun ċert;

ii.  is-sustanza jew l-oġġett jista’ jintuża direttament mingħajr kwalunkwe proċessar ulterjuri ħlief prattika industrijali normali;

iii.  is-sustanza jew l-oġġett huma prodotti bħala parti integrali ta’ proċess ta’ produzzjoni; u

iv.  l-użu ulterjuri jkun skont il-liġi, jiġifieri s-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti kollha dwar il-prodotti, dwar l-ambjent u dwar il-protezzjoni tas-saħħa għall-użu speċifiku u ma jwassalx għal impatti ġenerali li jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem.

Kreditu ta’ karbonju

Strument trasferibbli jew kummerċjabbli li jirrappreżenta tunnellata metrika ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ Co2eq jew tnħħija tagħhom u jinħareġ u jiġi vverifikat skont standards ta’ kwalità rikonoxxuti.

Ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju (CO2) (eq)

L-unità universali ta’ kejl li tindika l-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) ta’ kull gass serra, espressa f’termini tal-GWP ta’ unità waħda ta’ diossidu tal-karbonju. Tintuża biex jiġi evalwat ir-rilaxx (jew l-evitar tar-rilaxx) ta’ gassijiet serra differenti fuq bażi komuni.

Tħaddim tat-tfal

Xogħol li jċaħħad lit-tfal minn tfulithom, mill-potenzjal tagħhom u mid-dinjità tagħhom, u li huwa ta’ ħsara għall-iżvilupp fiżiku u mentali. Jirreferi għal xogħol li:

i.  huwa mentalment, fiżikament, soċjalment jew moralment perikoluż u ta’ ħsara għat-tfal; u/jew

ii.  jinterferixxi mal-iskola tagħhom billi jċaħħadhom mill-opportunità li jattendu l-iskola; jobbligahom li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien; jew jeħtiġilhom jippruvaw jikkombinaw l-attendenza tal-iskola ma’ xogħol eċċessivament twil u tqil.

Wild huwa definit bħala persuna taħt l-età ta’ 18-il sena. Jekk forom partikolari ta’ “xogħol” jistgħux jissejħu “tħaddim tat-tfal” jiddependi mill-età tal-wild, mit-tip u mis-sigħat tax-xogħol imwettaq u mill-kundizzjonijiet li taħthom jitwettaq. It-tweġiba tvarja minn pajjiż għal ieħor, kif ukoll bejn is-setturi fi ħdan il-pajjiżi.

L-età minima tax-xogħol ma għandhiex tkun inqas mill-età minima għat-tlestija tal-edukazzjoni obbligatorja, u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex tkun inqas minn 15-il sena skont il-Konvenzjoni Nru 138 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-Età Minima. Jistgħu jseħħu eċċezzjonijiet f’ċerti pajjiżi fejn l-ekonomiji u l-faċilitajiet edukattivi ma jkunux żviluppati biżżejjed, u tapplika età minima ta’ 14-il sena.

Dawn il-pajjiżi ta’ eċċezzjoni huma speċifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) bħala rispons għal applikazzjoni speċjali mill-pajjiż ikkonċernat u f’konsultazzjoni ma’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-impjegaturi u tal-ħaddiema.

Il-liġijiet nazzjonali jistgħu jippermettu l-impjieg ta’ persuni ta’ bejn 13 u 15 sena f’xogħol ħafif sakemm dan ma jkunx probabbli li jkun ta’ ħsara għal saħħithom jew għall-iżvilupp tagħhom u ma jippreġudikax l-attendenza tagħhom fl-iskola jew il-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi vokazzjonali jew ta’ taħriġ. L-età minima għad-dħul fix-xogħol li min-natura tiegħu jew miċ-ċirkostanzi li fihom jitwettaq x’aktarx jipperikola s-saħħa, is-sikurezza jew il-morali taż-żgħażagħ ma għandhiex tkun inqas minn 18-il sena.

Ekonomija ċirkolari

Sistema ekonomika li fiha l-valur ta’ prodotti, materjali u riżorsi oħra fl-ekonomija jinżamm għall-itwal żmien possibbli, li ttejjeb l-użu effiċjenti tagħhom fil-produzzjoni u l-konsum, biex b’hekk jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-użu tagħhom, jiġi minimizzat l-iskart u r-rilaxx ta’ sustanzi perikolużi fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart.

Prinċipji tal-ekonomija ċirkolari

Il-prinċipji Ewropej tal-ekonomija ċirkolari huma:

i.  l-użabbiltà;

ii.  l-użu mill-ġdid;

iii.  il-kapaċità ta’ tiswija;

iv.  iż-żarmar;

v.  il-manifattura mill-ġdid jew ir-rinnovazzjoni;

vi.  ir- riċiklaġġ ;

vii.  ir-riċirkolazzjoni permezz taċ-ċiklu bijoloġiku;

viii.  ottimizzazzjoni potenzjali oħra tal-użu tal-prodott u tal-materjal.

Rata tal-użu ta’ materjal ċirkolari

Ir-riċirkolazzjoni tal-materjali, tal-komponenti u tal-prodotti fil-prattika wara l-ewwel użu permezz tal-istrateġiji li ġejjin (f’ordni ta’ preferenza):

i.  manutenzjoni/użu fit-tul;

ii.  użu mill-ġdid/ridistribuzzjoni;

iii.  rikondizzjonar/manifattura mill-ġdid;

iv.  riċiklaġġ, kompostjar, jew diġestjoni anaerobika.

Ir-rata ta’ użu hija definita bħala l-proporzjon tal-użu ċirkolari tal-materjali għall-użu ġenerali tal-materjali.

Informazzjoni klassifikata

Informazzjoni klassifikata tal-UE kif definita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (7) dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE jew klassifikata minn wieħed mill-Istati Membri u mmarkata skont l-Appendiċi B ta’ dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Adattament għat-tibdil fil-klima

Il-proċess ta’ aġġustament għat-tibdil fil-klima attwali u mistenni u l-impatti tiegħu.

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Il-proċess ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ż-żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi.

Reżiljenza għall-klima

Il-kapaċità ta’ impriża li taġġusta għat-tibdil fil-klima, u għall-iżviluppi jew l-inċertezzi relatati mat-tibdil fil-klima. Ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tinvolvi l-kapaċità li jiġi ġestit l-Ambitu 1 relatat mal-klima u li wieħed jibbenefika minn opportunitajiet relatati mal-klima, inkluża l-kapaċità ta’ rispons u ta’ adattament għar-riskji ta’ tranżizzjoni u għar-riskji fiżiċi. Ir-reżiljenza klimatika ta’ impriża tinkludi kemm ir-reżiljenza strateġika tagħha kif ukoll ir-reżiljenza operazzjonali tagħha għal bidliet, żviluppi jew inċertezzi relatati mal-klima assoċjati mat-tibdil fil-klima.

Opportunità relatata mal-klima

Effetti pożittivi potenzjali relatati mat-tibdil fil-klima għall-impriża. L-isforzi biex jittaffa u jsir adattament għat-tibdil fil-klima jistgħu jipproduċu opportunitajiet għall-impriżi. L-opportunitajiet relatati mal-klima se jvarjaw skont ir-reġjun, is-suq u l-industrija fejn topera l-impriża.

Riskju fiżiku relatat mal-klima (Riskju fiżiku mit-tibdil fil-klima)

Riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima li jistgħu jkunu xprunati minn avvenimenti (akuti) jew minn bidliet fit-tul (kroniċi) fix-xejriet klimatiċi.

Riskji fiżiċi akuti jirriżultaw minn perikli partikolari, speċjalment avvenimenti relatati mat-temp bħal maltempati, għargħar, nirien jew mewġiet ta’ sħana. Ir-riskji fiżiċi kroniċi jirriżultaw minn bidliet fit-tul fil-klima, bħal bidliet fit-temperatura, u l-effetti tagħhom fuq il-livelli tal-baħar li qed jogħlew, id-disponibbiltà mnaqqsa tal-ilma, it-telf tal-bijodiversità u l-bidliet fil-produttività tal-art u tal-ħamrija.

Riskju ta’ tranżizzjoni relatat mal-klima

Riskji li jirriżultaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Dawn tipikament jinkludu riskji ta’ politika, riskji legali, riskji teknoloġiċi, riskji tas-suq u riskji għar-reputazzjoni.

Negozjar kollettiv

In-negozjati kollha li jseħħu bejn impjegatur, grupp ta’ impjegaturi jew organizzazzjoni waħda jew aktar tal-impjegaturi, minn naħa waħda, u trade unions waħda jew aktar jew, fin-nuqqas tagħhom, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema eletti u awtorizzati kif xieraq minnhom f’konformità mal-liġijiet u mar-regolamenti nazzjonali, min-naħa l-oħra, għal dawn:

i.  id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg; u/jew

ii.  ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema; u/jew ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi jew l-organizzazzjonijiet tagħhom u organizzazzjoni tal-ħaddiema jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema.

Inċident ikkonfermat (tħaddim tat-tfal jew xogħol furzat jew traffikar tal-bnedmin)

Inċident ta’ tħaddim tat-tfal jew ta’ xogħol furzat jew ta’ traffikar tal-bnedmin misjub bħala sostanzjat. L-inċidenti kkonfermati ma jinkludux inċidenti ta’ tħaddim tat-tfal jew ta’ xogħol furzat jew ta’ traffikar tal-bnedmin li għadhom qegħdin jiġu investigati fil-perjodu tar-rapportar.

Inċident ikkonfermat ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim

Inċident ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim li nstab li huwa sostanzjat. L-inċidenti kkonfermati ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim ma jinkludux inċidenti ta’ korruzzjoni jew ta’ tixħim li għadhom qegħdin jiġu investigati fi tmiem il-perjodu tar-rapportar. Id-determinazzjoni ta’ każijiet potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità kif sostanzjati tista’ ssir jew mill-uffiċjal tal-konformità tal-impriża jew minn kariga simili jew minn awtorità. Mhijiex meħtieġa determinazzjoni kif issostanzjata minn qorti tal-ġustizzja.

Konsumatur

Individwi li jakkwistaw, jikkunsmaw jew jużaw oġġetti u servizzi għall-użu personali, jew għalihom infushom jew għal oħrajn, u mhux għal skopijiet ta’ bejgħ mill-ġdid, kummerċ jew kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni.

Kultura korporattiva

Il-kultura korporattiva tesprimi l-għanijiet permezz ta’ valuri u twemmin. Tiggwida l-attivitajiet tal-impriża permezz ta’ suppożizzjonijiet kondiviżi u normi tal-grupp bħal valuri jew dikjarazzjonijiet tal-missjoni jew kodiċi ta’ kondotta.

Korruzzjoni

L-abbuż tas-setgħa fdata għal gwadann privat, li jista’ jiġi instigat minn individwi jew minn organizzazzjonijiet. Jinkludi prattiki bħal pagamenti ta’ faċilitazzjoni, frodi, estorsjoni, kollużjoni, u ħasil tal-flus. Jinkludi wkoll offerta jew riċevuta ta’ kwalunkwe rigal, self, tariffa, premju, jew vantaġġ ieħor lil jew minn kwalunkwe persuna bħala inċentiv sabiex tagħmel xi ħaġa li tkun diżonesta, illegali, jew ksur ta’ fiduċja fil-kondotta kummerċjali tal-impriża. Dan jista’ jinkludi benefiċċji fi flus jew f’oġġetti, bħal oġġetti, rigali, u btajjel mingħajr ħlas, jew servizzi personali speċjali pprovduti għall-finijiet ta’ vantaġġ mhux xieraq, jew li jistgħu jirriżultaw fi pressjoni morali sabiex jiġi riċevut vantaġġ bħal dan.

Entitajiet kredibbli li jidhru għan-nom tal-ħaddiema

Individwi b’esperjenza profonda biżżejjed fl-involviment tal-partijiet ikkonċernati affettwati minn reġjun jew minn kuntest partikolari (pereżempju, ħaddiema nisa fil-farms, popli indiġeni jew ħaddiema migranti) li jistgħu jgħinu sabiex iwasslu b’mod effettiv it-tħassib probabbli tagħhom. Fil-prattika, dawn jistgħu jinkludu NGOs tal-iżvilupp u tad-drittijiet tal-bniedem, trade unions internazzjonali u soċjetà ċivili lokali, inklużi organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-fidi.

Effetti finanzjarji attwali

L-effetti finanzjarji għall-perjodu ta’ rapportar attwali li huma rikonoxxuti fir-rapporti finanzjarji primarji.

Ingranaġġi tad-dekarbonizzazzjoni

Tipi aggregati ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni bħall-effiċjenza enerġetika, l-elettrifikazzjoni, il-bdil tal-fjuwil, l-użu tal-enerġija rinnovabbli, it-tibdil tal-prodotti, u d-dekarbonizzazzjoni tal-katina tal-provvista li jaqblu mal-azzjonijiet speċifiċi tal-impriżi.

Deforestazzjoni

Konverżjoni temporanja jew permanenti indotta mill-bniedem ta’ art forestali għal art mhux forestali (8).

Degradazzjoni jew ekosistema degradata

Impatti umani kroniċi li jirriżultaw fit-telf tal-bijodiversità u t-tfixkil tal-istruttura, il-kompożizzjoni u l-funzjonalità ta’ ekosistema.

Dipendenzi

Is-sitwazzjoni ta’ impriża li tkun dipendenti fuq riżorsi naturali, umani u/jew soċjali għall-proċessi tan-negozju tagħha.

Depożitu fl-ilma u fil-ħamrija

Ammont ta’ sustanza li tkun akkumulat fl-ambjent, jew fl-ilma jew fil-ħamrija, u jew bħala konsegwenza ta’ attivitajiet regolari jew minn inċidenti jew minn disponimenti ta’ impriżi, indipendentement minn jekk dik l-akkumulazzjoni sseħħx fis-sit tal-produzzjoni ta’ impriża jew barra minnu.

Deżertifikazzjoni

Id-degradazzjoni tal-art f’żoni niexfa, semi-aridi u xotti subumdi li tirriżulta minn diversi fatturi, inklużi varjazzjonijiet klimatiċi u attivitajiet tal-bniedem. Id-deżertifikazzjoni ma tirreferix għall-espansjoni naturali tad-deżerti eżistenti.

Skariku

Skariku ta’ ilma mormi tfisser l-ammont ta’ ilma (f’m3) jew sustanza (f’kg BOD/d jew komparabbli) miżjuda/mnixxija f’korp tal-ilma minn punt jew sors mhux punt. Effluwent (jew skariku) tad-drenaġġ tfisser dranaġġ ittrattat skarikat minn impjant tat-trattament tad-drenaġġ.

Diskriminazzjoni

Id-diskriminazzjoni tista’ sseħħ direttament jew indirettament. Diskriminazzjoni diretta sseħħ meta individwu jiġi ttrattat b’mod inqas favorevoli meta mqabbel ma’ kif persuni oħra, li jinsabu f’sitwazzjoni simili, ikunu ġew jew kienu jiġu ttrattati, u r-raġuni għal dan hija karatteristika partikolari li għandhom, li taqa’ taħt “raġuni protetta”. Diskriminazzjoni indiretta sseħħ meta regola li tidher newtrali tkun ta’ żvantaġġ għal persuna jew għal grupp li jkollu l-istess karatteristiċi. Irid jintwera li grupp ikun żvantaġġat minn deċiżjoni meta mqabbel ma’ grupp komparatur.

Materjalità doppja

Il-materjalità doppja għandha żewġ dimensjonijiet: il-materjalità tal-impatt u l-materjalità finanzjarja. Kwistjoni ta’ sostenibbiltà tissodisfa l-kriterju ta’ materjalità doppja jekk tkun materjali mill-perspettiva tal-impatt jew mill-perspettiva finanzjarja jew mit-tnejn li huma.

Durabbiltà ta’ prodott, komponent jew materjal

Il-kapaċità ta’ prodott, komponent jew materjal li jibqa’ funzjonali u rilevanti meta jintuża kif maħsub.

Limitu ekoloġiku

Il-punt li fih bidla relattivament żgħira fil-kundizzjonijiet esterni tikkawża bidla rapida f’ekosistema. Meta jinqabeż limitu ekoloġiku, l-ekosistema tista’ ma tkunx tista’ terġa’ lura għall-istat tagħha permezz tar-reżiljenza inerenti tagħha.

Firxa tal-ekosistema

Id-daqs ta’ assi tal-ekosistema, filwaqt li assi tal-ekosistema huwa l-ispazju kontigwu ta’ tip speċifiku ta’ ekosistema kkaratterizzat minn sett distint ta’ komponenti bijotiċi u abijotiċi u l-interazzjonijiet tagħhom.

Restawr tal-ekosistema

Kwalunkwe attività intenzjonata li tibda jew taċċellera l-irkupru ta’ ekosistema minn stat degradat.

Servizzi tal-ekosistema

Tirreferi għall-kontributi tal-ekosistemi għall-benefiċċji li jintużaw f’attività ekonomika u f’attività umana oħra, rispettivament il-benefiċċji li n-nies jiksbu mill-ekosistemi. Fil-valutazzjoni tal-Ekosistema għall-Millenju, is-servizzi tal-ekosistema jistgħu jinqasmu f’appoġġ, f’regolamentazzjoni, fi proviżjonament u f’kulturali. Il-klassifikazzjoni Internazzjonali Komuni tas-Servizzi Ekosistemiċi (CICES) tikklassifika t-tipi ta’ servizzi tal-ekosistemi.

Ekosistema/i

Kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, ta’ annimali u ta’ mikroorganiżmi u tal-ambjent abijotiku tagħhom li jinteraġixxu bħala unità funzjonali. Tipoloġija ta’ ekosistemi hija pprovduta mit-Tipoloġija Globali tal-Ekosistema tal-IUCN 2.0.

Emissjoni

Ir-rilaxx dirett jew indirett ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew storbju minn sorsi individwali jew diffużi fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija (9).

Impjegat

Individwu li jkun f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali.

Utenti finali

Individwi li fl-aħħar mill-aħħar jużaw jew li huma maħsubin li fl-aħħar mill-aħħar jużaw prodott jew servizz partikolari.

Opportunitajiet indaqs

Aċċess ugwali u mhux diskriminatorju għal, fost l-individwi, opportunitajiet għall-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjieg, l-iżvilupp tal-karriera u l-eżerċizzju tal-poter mingħajr ma jkunu żvantaġġati abbażi ta’ kriterji bħas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, in-nazzjonalità, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Trattament ugwali

Il-prinċipju ta’ trattament ugwali huwa prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew li jippresupponi li sitwazzjonijiet komparabbli jew partijiet f’sitwazzjonijiet komparabbli jiġu ttrattati bl-istess mod. Fil-kuntest tal-ESRS S1, it-terminu “trattament ugwali” jirreferi wkoll għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, li skontu ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Effetti finanzjarji

L-effetti mir-riskji u l-opportunitajiet li jaffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-impriża fuq terminu qasir, medju jew twil.

Materjalità finanzjarja

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali minn perspettiva finanzjarja jekk tiġġenera riskji jew opportunitajiet li jaffettwaw (jew jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jaffettwaw) il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus, l-aċċess għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital tal-impriża fuq terminu qasir, medju jew twil.

Xogħol furzat

Kull xogħol jew servizz li jitwettaq minn kwalunkwe persuna taħt it-theddida ta’ xi penali u li l-persuna msemmija ma tkunx offriet li tagħmlu hija stess minn jeddha. It-terminu jinkludi s-sitwazzjonijiet kollha li fihom il-persuni jiġu mġegħlin bi kwalunkwe mezz sabiex jagħmlu xogħol u jinkludi kemm prattiki tradizzjonali “simili għall-iskjavitù” kif ukoll forom kontemporanji ta’ koerċizzjoni li fihom ikun involut l-isfruttament ta’ ħaddiema, li jistgħu jinkludu t-traffikar tal-bnedmin u l-iskjavitù moderna.

Fjuwils fossili

Sorsi ta’ enerġija mhux rinnovabbli bbażati fuq il-karbonju bħall-fjuwils solidi, il-gass naturali u ż-żejt.

Kunsens Liberu, Minn Qabel u Infurmat (FPIC)

Manifestazzjoni tad-dritt tal-popli indiġeni li jiddeterminaw huma stess il-prijoritajiet politiċi, soċjali, ekonomiċi u kulturali tagħhom. Dan jikkostitwixxi tliet drittijiet interrelatati u kumulattivi tal-popli indiġeni: id-dritt li wieħed jiġi kkonsultat; id-dritt ta’ parteċipazzjoni; u d-dritt għall-artijiet, it-territorji u r-riżorsi tagħhom. Il-FPIC jappartjeni għall-popli indiġeni u huwa rikonoxxut skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP).

Ilma ħelu

L-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tal-wiċċ, b’salinità annwali medja ta’ < 0,5 ‰ (il-limitu msemmi fl-Anness II tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma).

Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Żieda fl-Ambiti 1, 2, 3 jew l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-impriża fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar, meta mqabbla mal-emissjonijiet fis-sena bażi. It-tnaqqis tal-emissjonijiet jista’ jirriżulta minn, fost l-oħrajn, l-effiċjenza enerġetika, l-elettrifikazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni tal-fornituri, id-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-elettriku, l-iżvilupp ta’ prodotti sostenibbli jew il-bidliet fil-konfini jew fl-attivitajiet tar-rapportar (eż. l-esternalizzazzjoni, il-kapaċitajiet imnaqqsa.), dment li dawn jinkisbu fl-operazzjonijiet tal-impriża stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha. L-assorbimenti u l-emissjonijiet evitati ma jingħaddux bħala tnaqqis tal-emissjonijiet.

Assorbiment u ħżin ta’ gassijiet serra

L-assorbimenti (antropoġeniċi) jirreferu għall-irtirar tal-gassijiet serra mill-atmosfera bħala riżultat ta’ attivitajiet intenzjonati tal-bniedem. Dawn jinkludu t-titjib ta’ bjar bijoloġiċi antropoġeniċi tas-CO2 u l-użu tal-inġinerija kimika biex jinkisbu t-tneħħija u l-ħżin fit-tul. Il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS) minn sorsi industrijali u relatati mal-enerġija, li waħedhom ma jneħħux is-CO2 mill-atmosfera, jistgħu jneħħu s-CO2 atmosferiku jekk jiġu kkombinati mal-produzzjoni tal-bijoenerġija (Bijoenerġija (Bijoenerġija bil-Qbid u l-Ħżin tal-karbonju - BECCS). L-assorbimenti jistgħu jkunu soġġetti għal treġġigħ lura, li huma kwalunkwe moviment ta’ gassijiet serra maħżuna barra mill-ħżin maħsub li jerġgħu jidħlu fl-atmosfera. Pereżempju, jekk foresta li tkun tkabbret biex jitneħħa ammont speċifiku ta’ CO2 tkun soġġetta għal nirien fil-foresti, l-emissjonijiet maqbuda fis-siġar jitreġġgħu lura.

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP)

Fattur li jiddeskrivi l-impatt ta’ forza radjattiva (grad ta’ ħsara lill-atmosfera) ta’ unità waħda ta’ gass serra partikolari meta mqabbel ma’ unità waħda ta’ CO2.

Gassijiet Serra (GHG)

Il-gassijiet elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Dawn jinkludu d-diossidu tal-karbonju (CO2), il-Metan (CH4), l-Ossidu Nitruż (N2O), l-eżafluworur tal-kubrit (SF6), it-trifluworur tan-nitroġenu (NF3), l-Idrofluworokarburi (HFCs), il-Perfluworokarburi (PFCs).

Mekkaniżmu ta’ lmentar

Kwalunkwe proċess ta’ rutina, ibbażat fuq l-istat jew mhux ibbażat fuq l-Istat, ġudizzjarju jew mhux ġudizzjarju li permezz tiegħu l-partijiet ikkonċernati jistgħu jqajmu lmenti u jfittxu rimedju. Eżempji ta’ mekkaniżmi ta’ lmentar ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji ibbażati fuq l-Istat jinkludu qrati, tribunali industrijali, istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali skont il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, l-uffiċċji tal-ombudsperson, l-aġenziji għall-protezzjoni tal-konsumatur, il-korpi regolatorji ta’ sorveljanza, u l-uffiċċji tal-ilmenti mmexxijin mill-gvern. Il-mekkaniżmi ta’ lmentar mhux ibbażati fuq l-Istat jinkludu dawk amministrati mill-impriża, jew waħedha jew flimkien ma’ partijiet ikkonċernati, bħal mekkaniżmi ta’ lmentar fil-livell operazzjonali u n-negozjar kollettiv, inklużi l-mekkaniżmi stabbiliti min-negozjar kollettiv. Dawn jinkludu wkoll mekkaniżmi amministrati minn assoċjazzjonijiet tal-industrija, minn organizzazzjonijiet internazzjonali, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew minn gruppi b’diversi partijiet ikkonċernati.

Il-mekkaniżmi ta’ lmentar fil-livell operazzjonali huma amministrati mill-organizzazzjoni waħedha jew inkella f’kollaborazzjoni ma’ partijiet oħrajn u huma direttament aċċessibbli mill-partijiet ikkonċernati tal-organizzazzjoni. Jippermettu li l-ilmenti jiġu identifikati u indirizzati kmieni u direttament, u b’hekk jipprevjenu kemm il-ħsara kif ukoll l-ilmenti milli jikbru. Huma jipprovdu wkoll feedback importanti dwar l-effettività tad-diliġenza dovuta tal-organizzazzjoni minn dawk li huma affettwati direttament.

Skont il-Prinċipju Gwida 31 tan-NU, mekkaniżmi ta’ lmentar effettivi huma leġittimi, aċċessibbli, prevedibbli, ekwi, trasparenti, kompatibbli mad-drittijiet, u sors ta’ apprendiment kontinwu. Minbarra dawn il-kriterji, mekkaniżmi ta’ lmentar effettivi fil-livell operazzjonali huma bbażati wkoll fuq l-involviment u fuq id-djalogu. Jista’ jkun aktar diffiċli għall-organizzazzjoni li tivvaluta l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ lmentar li hija tipparteċipa fihom meta mqabbla ma’ dawk li tkun stabbiliet hija stess.

Ilma ta’ taħt l-art

L-ilma kollu li huwa taħt il-wiċċ tal-art fiż-żona ta’ saturazzjoni u f’kuntatt dirett mal-art jew mas-sottoswol (11).

Ħabitat

Il-post jew it-tip ta’ sit fejn organiżmu jew popolazzjoni tgħix b’mod naturali. Użata wkoll biex tfisser l-attributi ambjentali meħtieġa minn speċi partikolari jew in-niċċa ekoloġika tagħha.

Frammentazzjoni tal-ħabitats

Terminu ġenerali li jiddeskrivi s-sett ta’ proċessi li bihom it-telf tal-ħabitat jirriżulta fid-diviżjoni tal-ħabitats kontinwi f’numru akbar ta’ rqajja’ iżgħar ta’ daqs totali iżgħar u iżolati minn xulxin b’matriċi ta’ ħabitats mhux simili. Il-frammentazzjoni tal-ħabitat tista’ sseħħ permezz ta’ proċessi naturali (eż. nirien fil-foresti u fil-mergħat, għargħar) u permezz ta’ attivitajiet tal-bniedem (forestrija, agrikoltura, urbanizzazzjoni).

Fastidju

Sitwazzjoni “fejn imġiba mhux mixtieqa relatata ma’ raġuni protetta ta’ diskriminazzjoni (pereżempju, ġeneru skont id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), jew reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (13)) isseħħ bl-għan jew bl-effett li tikser id-dinjità ta’ persuna, u li toħloq ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.

Skart perikoluż

Skart li juri waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) dwar l-iskart.

Setturi b’impatt klimatiku għoli

Is-setturi li huma elenkati fit-Taqsimiet A sa H u fit-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) (kif definit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 (16)).

L-impatti

L-effett li l-impriża jkollha jew jista’ jkollha fuq l-ambjent u n-nies, inklużi l-effetti fuq id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, marbuta mal-operazzjonijiet tagħha stess u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, inkluż permezz tal-prodotti u s-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. L-impatti jistgħu jkunu attwali jew potenzjali, negattivi jew pożittivi intenzjonati jew mhux intenzjonati, u riversibbli jew irriversibbli. Dawn jistgħu jinqalgħu fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju jew twil. L-impatti jindikaw il-kontribut tal-impriża, negattiv jew pożittiv, għall-iżvilupp sostenibbli.

Fatturi ewlenin tal-impatt

Il-fatturi kollha li jikkawżaw bidliet fin-natura, fl-assi antropoġeniċi, fil-kontributi tan-natura għan-nies u għal kwalità tajba tal-ħajja. L-ixprunaturi diretti tal-bidla jistgħu jkunu kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi. Dawn għandhom impatti fiżiċi diretti (mekkaniċi, kimiċi, storbju, dawl, eċċ.) u li jaffettwaw l-imġiba fuq in-natura. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis, tipi differenti ta’ tibdil fl-użu tal-art, speċijiet aljeni invażivi u żoonożi, u l-isfruttament. Il-fatturi ewlenin tal-impatt indiretti joperaw b’mod diffuż billi jbiddlu u jinfluwenzaw il-fatturi ewlenin diretti (billi jaffettwaw il-livell, id-direzzjoni jew ir-rata tagħhom) kif ukoll fatturi ewlenin indiretti oħrajn. L-interazzjonijiet bejn il-fatturi ewlenin indiretti u diretti joħolqu ktajjen differenti ta’ relazzjoni, ta’ attribuzzjoni u ta’ impatti, li jistgħu jvarjaw skont it-tip, l-intensità, id-durata u d-distanza. Dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jwasslu wkoll għal tipi differenti ta’ effetti kollaterali. Il-fatturi ewlenin indiretti globali jinkludu fatturi ekonomiċi, demografiċi, ta’ governanza, teknoloġiċi u kulturali. Tingħata attenzjoni speċjali, fost fatturi indiretti, lir-rwol tal-istituzzjonijiet (kemm formali kif ukoll informali) u lill-impatti tax-xejriet tal-produzzjoni, il-provvista u l-konsum fuq in-natura, il-kontribuzzjonijiet tan-natura lin-nies u l-kwalità tajba tal-ħajja.

Materjalità tal-impatt

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà tkun materjali minn perspettiva tal-impatt meta tirrigwarda l-impatti materjali attwali jew potenzjali, pożittivi jew negattivi tal-impriża fuq in-nies jew fuq l-ambjent fuq terminu qasir, medju u fit-tul. Kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali minn perspettiva tal-impatt tinkludi impatti marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, inkluż permezz tal-prodotti u s-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha.

Inċident

Azzjoni legali jew ilment irreġistrat mal-impriża jew mal-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ proċess formali, jew ta’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità identifikat mill-impriża permezz ta’ proċeduri stabbiliti. Proċeduri stabbiliti sabiex jiġu identifikati każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità jistgħu jinkludu awditi tas-sistemi ta’ ġestjoni, programmi ta’ monitoraġġ formali, jew mekkaniżmi ta’ lmentar.

Inċinerazzjoni

Il-ħruq ikkontrollat tal-iskart f’temperatura għolja bl-irkupru tal-enerġija jew mingħajru.

Membru tal-bord indipendenti

Membri tal-bord li jeżerċitaw ġudizzju indipendenti ħieles minn kwalunkwe influwenza esterna jew kunflitt ta’ interess. L-indipendenza ġeneralment tfisser l-eżerċizzju ta’ ġudizzju oġġettiv u bla xkiel. Meta jintuża bħala l-kejl li bih tiġi ġġudikata d-dehra ta’ indipendenza, jew biex jiġi kkategorizzat membru mhux eżekuttiv tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji jew tal-kumitati tagħhom bħala indipendenti, dan ifisser in-nuqqas ta’ interess, pożizzjoni, assoċjazzjoni jew relazzjoni li, meta ġġudikata mill-perspettiva ta’ parti terza raġonevoli u infurmata, x’aktarx tinfluwenza b’mod mhux xieraq jew tikkawża preġudizzju fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Popli indiġeni

Ma hemm l-ebda definizzjoni unika għall-popli indiġeni maqbula fil-livell internazzjonali. Fil-prattika, hemm konverġenza fost l-aġenziji internazzjonali dwar liema gruppi jistgħu jitqiesu bħala popli indiġeni u jenħtieġ li jgawdu minn protezzjoni speċjali bħala tali. Kriterju importanti għad-definizzjoni tal-popli indiġeni huwa relatat mal-konnessjoni tagħhom ma’ żona tradizzjonali, kif definita fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO, li jiddikjara li l-konvenzjoni tapplika għal: “(a) popli tribali f’pajjiżi indipendenti li l-kundizzjonijiet soċjali, kulturali u ekonomiċi tagħhom jiddistingwuhom minn taqsimiet oħra tal-komunità nazzjonali, u li l-istatus tagħhom huwa rregolat kompletament jew parzjalment mid-drawwiet jew it-tradizzjonijiet tagħhom stess jew minn liġijiet jew regolamenti speċjali; (b) popli f’pajjiżi indipendenti li huma meqjusa bħala indiġeni minħabba d-dixxendenza tagħhom mill-popolazzjonijiet li kienu jgħixu fil-pajjiż, jew reġjun ġeografiku li għalih jappartjeni l-pajjiż, fiż-żmien tal-konkwista jew il-kolonizzazzjoni jew l-istabbiliment tal-konfini attwali tal-istat u li, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom, iżommu xi wħud mill-istituzzjonijiet soċjali, ekonomiċi, kulturali u politiċi tagħhom jew kollha kemm huma”. Il-Konvenzjoni 169 tal-ILO tiddikjara wkoll fl-Artikolu 1(2) li: “l-identifikazzjoni bħala indiġena jew tribali għandha titqies bħala kriterju fundamentali għad-determinazzjoni tal-gruppi li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni”.

Emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra li huma konsegwenza tal-attivitajiet ta’ entità iżda li jseħħu f’sorsi li huma proprjetà ta’ entità oħra jew li huma kkontrollati minnha. L-emissjonijiet indiretti huma l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Ambitu 2 u l-emissjonijiet tal-GHG tal-Ambitu 3 flimkien.

Installazzjoni

Unità teknika stazzjonarja li fiha titwettaq attività waħda jew aktar li jista’ jkollha effett fuq l-emissjonijiet u fuq it-tniġġis.

Prezz intern tal-karbonju

Il-prezz użat minn impriża biex tivvaluta l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-bidliet fl-investiment, fil-produzzjoni u fix-xejriet tal-konsum, u tal-progress teknoloġiku potenzjali u tal-kostijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-ġejjieni.

Skema interna tal-ipprezzar tal-karbonju

Arranġament organizzazzjonali li jippermetti lill-impriża tapplika l-prezzijiet tal-karbonju fit-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi u operazzjonali. Hemm żewġ tipi ta’ prezzijiet interni tal-karbonju użati b’mod komuni mill-impriżi. L-ewwel tip huwa prezz parallel, li huwa kost teoretiku jew ammont nozzjonali li l-impriża ma titlobx iżda li jista’ jintuża fil-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet ekonomiċi jew tal-kompromessi għal affarijiet bħall-impatti fuq ir-riskju, investimenti ġodda, il-valur preżenti nett tal-proġetti, u l-kostijiet-benefiċċji ta’ diversi inizjattivi. It-tieni tip huwa taxxa jew tariffa interna, li hija prezz tal-karbonju impost fuq attività kummerċjali, linja ta’ prodott, jew unità operatorja oħra abbażi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha (dawn it-taxxi jew it-tariffi interni huma simili għall-ipprezzar ta’ trasferiment fi ħdan kumpanija).

Speċijiet invażivi jew aljeni

L-ispeċijiet li l-introduzzjoni u/jew it-tixrid tagħhom permezz ta’ azzjoni tal-bniedem barra mid-distribuzzjoni naturali tagħhom jhedded id-diversità bijoloġika, is-sigurtà tal-ikel, u s-saħħa u l-benessri tal-bniedem. “Aljena” tirreferi għall-ispeċi li ġiet introdotta barra mid-distribuzzjoni naturali tagħha (“eżotika”, “mhux nattiva” u “mhux indiġena” huma sinonimi għal “aljena”). “Invażiva” tfisser “li għandha tendenza li tespandi fl-ekosistemi u timmodifika l-ekosistemi li fihom ġiet introdotta”. Għalhekk, speċi tista’ tkun aljena mingħajr ma tkun invażiva, jew, fil-każ ta’ speċi indiġena għal reġjun, tista’ tiżdied u ssir invażiva, mingħajr ma fil-fatt tkun speċi aljena.

Żona Ewlenija tal-Bijodiversità (KBA)

Siti li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-persistenza globali tal-bijodiversità”, f’ekosistemi terrestri, tal-ilma ħelu u tal-baħar. Is-siti jikkwalifikaw bħala KBAs globali jekk jissodisfaw kriterju wieħed jew aktar minn 11, miġbura f’ħames kategoriji: bijodiversità mhedda; bijodiversità ġeografikament ristretta; integrità ekoloġika; proċessi bijoloġiċi; u, l-insostitwibbiltà. Il-Bażi tad-Data Dinjija ta’ KBAs hija ġestita minn BirdLife International f’isem is-Sħubija tal-KBA.

Degradazzjoni tal-art

Il-ħafna proċessi li jixprunaw it-tnaqqis jew it-telf fil-bijodiversità, il-funzjonijiet tal-ekosistema jew il-benefiċċji tagħhom għan-nies u tinkludi d- degradazzjoni tal-ekosistemi terrestri kollha.

Landfill

Sit għar-rimi tal-iskart għad-depożitu tal-iskart fuq jew fl-art (17).

(Bidla fis-)Sistema tal-art

Il-komponent terrestri tas-sistema tad-Dinja, li jinkludi l-proċessi u l-attivitajiet kollha relatati mal-użu tal-art mill-bniedem. Dawn jinkludu inputs u arranġamenti soċjoekonomiċi, teknoloġiċi u organizzazzjonali, kif ukoll il-benefiċċji miksubin mill-art u l-eżiti soċjali u ekoloġiċi mhux intenzjonati tal-attivitajiet tas-soċjetà. Il-kunċett tas-sistemi tal-art jgħaqqad l-użu tal-art (l-attivitajiet, l-arranġamenti u l-inputs assoċjati mal-użu tal-art) mal-kopertura tal-art (l-aggregazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-art dixxernibbli bl-Osservazzjoni tad-Dinja).

(Bidla fl-)Użu tal-art

L-użu mill-bniedem ta’ żona speċifika għal ċertu skop (bħal residenzjali; l-agrikoltura; rikreazzjoni; industrijali, eċċ.). Influwenzat minn, iżda mhux sinonimu ma’, kopertura tal-art. It-tibdil fl-użu tal-art jirreferi għal bidla fl-użu jew fil-ġestjoni tal-art mill-bnedmin, li tista’ twassal għal bidla fil-kopertura tal-art.

Rappreżentanti leġittimi

Individwi rikonoxxuti bħala leġittimi skont il-liġi jew il-prattika, bħal rappreżentanti eletti tat-trade unions fil-każ ta’ ħaddiema, jew rappreżentanti oħrajn magħżulin b’mod liberu mill-partijiet ikkonċernati affettwati.

Ingranaġġ

Il-kapaċità tal-impriża li twettaq bidla fil-prattiki ħżiena ta’ parti oħra li jkunu marbuta ma’ impatt negattiv relatat mas-sostenibbiltà.

Attivitajiet ta’ lobbjar

Attivitajiet imwettqin bl-objettiv li jinfluwenzaw il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-politika jew tal-leġiżlazzjoni, jew il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-gvernijiet, tal-istituzzjonijiet governattivi, tar-regolaturi, tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tal-korpi, uffiċċji u aġenziji jew ta’ dawk li jistabbilixxu l-istandards. Tali attivitajiet jinkludu (lista mhux eżawrjenti):

i.  l-organizzazzjoni jew il-parteċipazzjoni f’laqgħat, f’konferenzi, f’eventi;

ii.  il-kontribut għal konsultazzjonijiet, għal seduti ta’ smigħ jew għal inizjattivi simili oħrajn jew il-parteċipazzjoni fihom;

iii.  l-organizzazzjoni ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni, ta’ pjattaformi, ta’ networks, ta’ inizjattivi fil-livell lokali;

iv.  it-tħejjija/l-ikkummissjonar ta’ dokumenti ta’ politika u ta’ pożizzjoni, stħarriġ tal-opinjoni pubblika, stħarriġ, ittri miftuħa, xogħol ta’ riċerka skont l-attivitajiet koperti mir-regoli tar-reġistru ta’ trasparenza.

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra impenjati

Stimi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra futuri li x’aktarx jiġu kkawżati mill-assi jew mill-prodotti ewlenin ta’ impriża mibjugħa matul il-ħajja operattiva tagħhom.

Lonġevità

Imfassla għall-manutenzjoni u għad-durabbiltà b’tali mod li jitħeġġeġ użu aktar fit-tul mill-istandard tal-industrija fil-prattika u fuq skala u b’tali mod li ma jkunx kompromess it-trattament ċirkolari fi tmiem il-ħajja funzjonali.

Riżorsi tal-baħar

Riżorsi bijoloġiċi u mhux bijoloġiċi li jinsabu fl-ibħra u l-oċeani. Eżempji jinkludu iżda mhumiex limitati għal minerali tal-baħar fond, gravels, u prodotti tal-frott tal-baħar

Opportunitajiet materjali

Opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà b’ effetti finanzjarji pożittivi li jaffettwaw materjalment, (jew jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jaffettwaw) il-flussi tal-flus tal-impriża, l-aċċess għall-finanzi, jew il-kost tal-kapital fuq terminu qasir, medju jew twil.

Riskji materjali

Riskji relatati mas-sostenibbiltà b’effetti finanzjarji negattivi li jaffettwaw materjalment (jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jaffettwaw) il-flussi tal-flus tal-impriża, l-aċċess għall-finanzjament, jew il-kost tal-kapital fuq terminu qasir, medju jew twil.

Materjalità

Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali jekk tissodisfa d-definizzjoni ta’ materjalità tal-impatt, materjalità finanzjarja, jew it-tnejn li huma.

Metriċi

L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi li l-impriża tuża sabiex tkejjel u tirrapporta dwar l-effettività tat-twettiq tal-politiki tagħha relatati mas-sostenibbiltà u mal-miri tagħha maż-żmien. Il-metriċi jappoġġaw ukoll il-kejl tar-riżultati tal-impriża fir-rigward tal-persuni affettwati, tal-ambjent u tal-impriża.

Mikroplastiċi

Biċċiet żgħar tal-plastik, normalment iżgħar minn 5 mm. Volum dejjem jikber ta’ mikroplastiċi jinsab fl-ambjent, inkluż fil-baħar, u fl-ikel u fl-ilma tax-xorb. Ladarba jkunu fl-ambjent, il-mikroplastiċi ma jiddegradawx u għandhom it-tendenza li jakkumulaw - sakemm ma jkunux iddisinjati speċifikament biex jiddegradaw fl-ambjent miftuħ. Il-bijodegradabbiltà hija fenomenu kumpless, speċjalment fl-ambjent tal-baħar. Hemm tħassib dejjem akbar dwar il-preżenza ta’ mikroplastiċi f’kompartimenti ambjentali differenti (bħall-ilma), l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u potenzjalment is-saħħa tal-bniedem.

Rekwiżit Minimu ta’ Divulgazzjoni

Rekwiżit minimu ta’ divulgazzjoni jistabbilixxi l-kontenut meħtieġ tal-informazzjoni li l-impriża tinkludi meta tirrapporta dwar politiki, azzjonijiet, metriċi jew miri, jew skont Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni f’ESRS jew fuq bażi speċifika għall-entità.

Riżorsi naturali

Assi naturali (materja prima) li jseħħu fin-natura tagħhom li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni jew għall-konsum ekonomiku.

Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura

Azzjonijiet għall-protezzjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi naturali jew modifikati terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar li jindirizzaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali b’mod effettiv u adattiv, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdu l-benesseri tal-bniedem, is-servizzi tal-ekosistema, ir-reżiljenza u l-benefiċċji tal-bijodiversità.

Mira netta-żero

L-istabbiliment ta’ mira ta’ emissjonijiet żero netti fil-livell ta’ impriża allinjata mal-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi tas-soċjetà jfisser:

i.  il-kisba ta’ skala ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fil-katina tal-valur konsistenti mat-tnaqqis meħtieġ biex jintlaħaq livell globali ta’ emissjonijiet netti żero f’perkorsi ta’ 1,5 °C; u

ii.  in-newtralizzazzjoni tal-impatt ta’ kwalunkwe emissjoni residwa (wara tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ madwar 90-95 % bil-possibbiltà għal varjazzjonijiet settorjali ġustifikati f’konformità ma’ perkors settorjali rikonoxxut) billi jitneħħa b’mod permanenti volum ekwivalenti ta’ CO2.

Persuni mhux impjegati

Dawk li mhumiex impjegati fil-forza tax-xogħol proprja tal-impriża jinkludu kemm kuntratturi individwali li jfornu xogħol lill-impriża (“persuni li jaħdmu għal rashom”) kif ukoll persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi N78 tan-NACE).

Enerġija mhux rinnovabbli

Enerġija li ma tistax tiġi identifikata bħala li ġejja minn sorsi rinnovabbli.

Kontroll operazzjonali

Il-kontroll operazzjonali (fuq entità, sit, operazzjoni jew assi) huwa s-sitwazzjoni fejn l-impriża jkollha l-kapaċità li tidderieġi l-attivitajiet operazzjonali u r-relazzjonijiet tal-entità, tas-sit, tal-operazzjoni jew tal-assi.

Inħarsu ’l quddiem

Opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà b’effetti finanzjarji pożittivi.

Sahra

In-numru ta’ sigħat effettivament maħduma minn ħaddiem li jaqbeż is-sigħat kuntrattwali tax-xogħol tiegħu.

Forza tax-xogħol proprja/ħaddiema proprji

Impjegati li huma f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża (“impjegati”) u persuni mhux impjegati li jew huma kuntratturi individwali li jfornu xogħol lill-impriża (“persuni li jaħdmu għal rashom”) jew persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’“attivitajiet ta’ impjieg” (Kodiċi N78 tan-NACE).

Sustanzi li jnaqqsu l-ożonu

Sustanzi elenkati fil-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

Imballaġġ

Prodotti magħmula minn kwalunkwe materjal ta’ kwalunkwe natura li għandu jintuża għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, il-kunsinna, il-ħżin, it-trasport u l-preżentazzjoni ta’ oġġetti, minn materja prima sa oġġetti pproċessati, mill-produttur sal-utent jew il-konsumatur (18).

Paga

Il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, kemm jekk fi flus kif ukoll jekk in natura li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament (“komponenti komplementari jew varjabbli”), fir-rigward tal-impjieg tiegħu minn min iħaddmu. “Livell tal-paga” tfisser il-paga annwali grossa u l-paga grossa fis-siegħa korrispondenti. “Livell tal-paga medjana” tfisser il-paga tal- impjegat li nofs l-impjegati jaqilgħu aktar minnha filwaqt li nofs jaqilgħu inqas.

Persuni b’diżabilità

Persuni li għandhom indebolimenti fiżiċi, mentali, intellettwali jew sensorji fit-tul li flimkien ma’ diversi ostakli jistgħu jfixklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.

Riskji fiżiċi

L-intrapriża ekonomika globali kollha tiddependi fuq il-funzjonament tas-sistemi dinjin, bħal klima stabbli u servizzi tal-ekosistema, bħall-provvista tal-bijomassa (materja prima). Ir- riskji fiżiċi relatati man-natura huma riżultat dirett tad-dipendenza ta’ organizzazzjoni fuq in-natura. Ir-riskji fiżiċi jinħolqu meta jiġu kompromessi s-sistemi naturali, minħabba l-impatt ta’ eventi klimatiċi (eż., estremitajiet tat-temp bħal nixfa), avvenimenti ġeoloġiċi (eż. eventi sismiċi bħal terremot) jew bidliet fl-ekwilibriji tal-ekosistema, bħall-kwalità tal-ħamrija jew l-ekoloġija tal-baħar, li jaffettwaw is- servizzi tal-ekosistema li l-organizzazzjonijiet jiddependu fuqhom. Dawn jistgħu jkunu akuti, kroniċi, jew it-tnejn. Ir-riskji fiżiċi relatati man-natura jirriżultaw bħala riżultat tal-bidliet fil-kundizzjonijiet bijotiċi (tal-għajxien) u abijotiċi (mhux tal-għajxien) li jappoġġaw ekosistemi f’saħħithom u li jiffunzjonaw. Ir-riskji fiżiċi normalment ikunu speċifiċi għall-post. Ir-riskji fiżiċi relatati man-natura spiss ikunu assoċjati ma’ riskji fiżiċi relatati mal-klima.

Limiti planetarji

Dan il-kunċett jippermetti li jiġi stmat spazju operatorju sikur għall-umanità fir-rigward tal-funzjonament tad-Dinja. Il-livell tal-konfini għal kull proċess ewlieni tas-Sistema tad-Dinja li ma għandux jinqabeż jekk irridu nevitaw bidla ambjentali globali inaċċettabbli, huwa kkwantifikat.

Politika

Sett jew qafas ta’ objettivi ġenerali u prinċipji ta’ ġestjoni li l-impriża tuża għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Politika timplimenta l-istrateġija jew id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni tal-impriża relatati ma’ kwistjoni materjali ta’ sostenibbiltà. Kull politika taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ persuna/i definita/i, tispeċifika l-perimetru tal-applikazzjoni tagħha, u tinkludi objettiv wieħed jew aktar (marbut, meta applikabbli, ma’ miri li jistgħu jitkejlu). Politika tiġi vvalidata u rieżaminata skont ir-regoli ta’ governanza applikabbli tal-impriża. Politika tiġi implimentata permezz ta’ azzjonijiet jew pjanijiet ta’ azzjoni.

Sustanza Niġġiesa

Sustanza, vibrazzjoni, sħana, ħoss, dawl jew kontaminant ieħor preżenti fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, li jistgħu jirriżultaw fi ħsara għal proprjetà materjali, jew li jistgħu jgħarrqu jew ifixklu faċilitajiet u użi leġittimi oħrajn tal-ambjent (19).

Tniġġis

L-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat tal-attività tal-bniedem, ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u/jew għall-ambjent, li jistgħu jirriżultaw fi ħsara għall-proprjetà materjali, jew li jistgħu jfixklu jew jinterferixxu mal-amenitajiet u ma’ użi leġittimi oħrajn tal-ambjent (20).

Tniġġis tal-ħamrija

L-introduzzjoni fil-ħamrija – indipendentement minn jekk dik l-introduzzjoni sseħħx fis-sit tal-produzzjoni ta’ impriża jew barra jew permezz tal-użu tal-prodotti u/jew tas-servizzi tal-impriża – bħala riżultat tal-attività tal-bniedem, ta’ sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew storbju li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, tirriżulta fi ħsara għall-proprjetà materjali, jew tfixkel jew tinterferixxi mal-faċilitajiet u użi leġittimi oħra tal-ambjent (21). Is-sustanzi niġġiesa tal-ħamrija jinkludu sustanzi niġġiesa inorganiċi, sustanzi niġġiesa organiċi persistenti (POPs), pestiċidi, komposti tan-nitroġenu u tal-fosforu, eċċ.

Żona protetta

Spazju ġeografiku definit b’mod ċar, rikonoxxut, iddedikat u ġestit, permezz ta’ mezzi legali jew mezzi effettivi oħra, biex tinkiseb il-konservazzjoni fit-tul tan-natura b’servizzi tal-ekosistema u valuri kulturali assoċjati.

Elettriku, sħana, fwar, jew tkessiħ mixtrija jew akkwistati

Meta l-impriża tkun irċeviet l-elettriku, is-sħana, il-fwar, jew it-tkessiħ tagħha minn parti terza. It-terminu “miksub” jirrifletti ċirkostanzi li fihom kumpanija ma tistax tixtri direttament l-elettriku (eż., inkwilin f’bini), iżda fejn l-enerġija tiddaħħal fil-faċilità tal-impriża għall-użu.

Materja prima

Materjal primarju jew sekondarju li jintuża għall-produzzjoni ta’ prodott.

Standards ta’ kwalità rikonoxxuti għall-krediti ta’ karbonju

L-istandards tal-kwalità għall-krediti tal-karbonju li huma verifikabbli minn partijiet terzi indipendenti, jagħmlu r-rekwiżiti u r-rapporti tal-proġetti disponibbli għall-pubbliku u bħala minimu jiżguraw l-addizzjonalità, il-permanenza, l-evitar tal-għadd doppju u jipprovdu regoli għall-kalkolu, il-monitoraġġ u l-verifika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra tal-proġett.

Korriment jew mard relatat max-xogħol li jista’ jiġi rreġistrat

Korriment jew mard relatat max-xogħol li jirriżulta f’xi waħda minn dawn li ġejjin:

i.  mewt, ġranet ’il bogħod mix-xogħol, xogħol ristrett jew trasferiment għal impjieg ieħor, trattament mediku lil hinn mill-ewwel għajnuna, jew telf tas-sensi; jew

ii.  korriment sinifikanti jew mard dijanjostikat minn tabib jew professjonist ieħor fil-kura tas-saħħa liċenzjat, anke jekk ma jirriżultax f’mewt, jiem ’il bogħod mix-xogħol, xogħol ristrett jew trasferiment tal-impjieg, trattament mediku lil hinn mill-ewwel għajnuna, jew telf tas-sensi.

Rkupru

Kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha huwa skart li jservi skop utli billi jissostitwixxi materjali oħra li kieku kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat biex jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’ (22).

Riċiklaġġ

Kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, f’materjali jew f’sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħrajn. Dan jinkludi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix l-irkupru ta’ enerġija, jew l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew għal operazzjonijiet ta’ rdim mill-ġdid;

Riġenerazzjoni tar-riżorsi

Il-promozzjoni tal-kapaċità tal-awtotiġdid tas-sistemi naturali bl-għan li jiġu attivati mill-ġdid il-proċessi ekoloġiċi danneġġati jew sfruttati żżejjed mill-azzjoni tal-bniedem.

Rimedju

Biex jikkontrobattu jew jagħmlu tajjeb għal impatt negattiv. Eżempji: apoloġiji, kumpens finanzjarju jew mhux finanzjarju, prevenzjoni tal-ħsara permezz ta’ inġunzjonijiet jew garanziji ta’ nuqqas ta’ ripetizzjoni, sanzjonijiet punittivi (kemm jekk kriminali kif ukoll amministrattivi, bħal multi), restituzzjoni, restawr, riabilitazzjoni.

Enerġija rinnovabbli

Enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija mir-riħ, solari (solari termali u solari fotovoltajka) u ġeotermali, enerġija ambjentali, marea, mewġ u enerġija oċeanika oħra, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbliet, gass minn impjanti għat-trattament tad-drenaġġ, u bijogass (23).

Materjali rinnovabbli

Materjali li huma derivati minn riżorsi li jiġu riforniti malajr minn ċikli ekoloġiċi jew proċessi agrikoli, sabiex is-servizzi pprovduti minn dawn ir-riżorsi u riżorsi relatati oħra ma jiġux ipperikolati u jibqgħu disponibbli għall-ġenerazzjoni li jmiss.

Influssi ta’ riżorsi

Riżorsa li tidħol fil-faċilitajiet tal-impriża.

Flussi ta’ ħruġ ta’ riżorsi

Riżorsa li tħalli l-faċilitajiet tal-impriża.

Ottimizzazzjoni tal-użu tar-riżorsi

Id-disinn, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-materjali u tal-prodotti bl-objettiv li dawn jinżammu fl-użu fl-ogħla valur tagħhom. L-ekodisinn u d-disinn għal-lonġevità, it-tiswija, l-użu mill-ġdid, l-għoti ta’ skop ġdid, iż-żarmar u l-manifattura mill-ġdid huma eżempji ta’ għodod biex jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi.

Użu mill-ġdid

Kull operazzjoni li biha l-prodotti u l-komponenti li mhumiex skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsuba. Dan jista’ jinvolvi tindif jew aġġustamenti żgħar sabiex ikunu lesti għall-użu li jmiss mingħajr modifika sinifikanti.

Baċin tax-xmara

Iż-żona ta’ art li minnha l-iskol kollu tal-wiċċ jgħaddi minn sekwenza ta’ nixxigħat, xmajjar u, possibbilment, lagi għal punt partikolari fil-baħar f’ħalq xmara waħda, estwarju jew delta.

Riskji

Riskji relatati mas-sostenibbiltà b’effetti finanzjarji negattivi li jirriżultaw minn kwistjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus, l-aċċess għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital tal-impriża fuq terminu qasir, medju jew twil.

Xenarju

Deskrizzjoni plawżibbli ta’ kif il-futur jista’ jiżviluppa fuq il-bażi ta’ sett ta’ suppożizzjonijiet koerenti u konsistenti internament dwar il-fatturi ewlenin (eż., ir-rata tal-bidla teknoloġika, il-prezzijiet) u r-relazzjonijiet. Kun af li x-xenarji la huma previżjonijiet u lanqas tbassir iżda jintużaw sabiex jipprovdu perspettiva tal-implikazzjonijiet tal-iżviluppi u tal-azzjonijiet.

Analiżi tax-xenarji

Proċess għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ firxa potenzjali ta’ eżiti ta’ avvenimenti futuri taħt kundizzjonijiet ta’ inċertezza.

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 1

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra diretti minn sorsi li huma proprjetà tal-impriża jew ikkontrollati minnha

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2

Emissjonijiet indiretti mill-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-fwar, is-sħana jew it-tkessiħ mixtrija jew akkwistati kkunsmati mill-impriża.

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3

L-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra kollha (mhux inklużi fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 2) li jseħħu fil-katina tal-valur tal-impriża ta’ rapportar, inklużi kemm l-emissjonijiet upstream kif ukoll dawk downstream. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Ambitu 3 jistgħu jinqasmu fil-kategoriji tal-Ambitu 3.

Kategorija tal-Ambitu 3

Wieħed mill-15-il tip ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Ambitu 3 identifikati mill-Istandard Korporattiv tal-Protokoll GHG u spjegat fid-dettall mill-Istandard tal-Kontabbiltà u tar-Rappurtar tal-Katina tal-Valur Korporattiva tal-Protokoll GHG (Ambitu 3) (adattat mill-Istandard tal-Kontabbiltà u tar-Rappurtar tal-Katina tal-Valur Koporattiva tal-Protokoll GHG (Ambitu 3), Glossarju (Verżjoni 2011). L-impriżi li jagħżlu li jqisu l-emissjonijiet tal-Ambitu 3 tagħhom fuq il-bażi tal-kategoriji tal-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra tal-ISO 14064-1:2018 jistgħu jirreferu wkoll għall-kategorija definita fil-Klawżola 5.2.4 (esklużi l-emissjonijiet indiretti ta’ gassijiet serra mill-enerġija importata) tal-ISO 14064-1:2018.

Informazzjoni sensittiva

Informazzjoni sensittiva kif definita fir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża

Sit

Il-post ta’ installazzjoni fiżika waħda jew aktar. Jekk ikun hemm aktar minn installazzjoni fiżika waħda mill-istess sidien jew operaturi jew minn operaturi differenti u ċerti infrastruttura u faċilitajiet jiġu kondiviżi, iż-żona kollha fejn tinsab l-installazzjoni fiżika tista’ tikkostitwixxi sit.

Djalogu soċjali

It-tipi kollha ta’ negozjar, ta’ konsultazzjoni jew sempliċiment skambju ta’ informazzjoni bejn, jew fost, ir-rappreżentanti tal-gvernijiet, l-impjegaturi, l-organizzazzjonijiet tagħhom u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni relatati mal-politika ekonomika u soċjali. Dan jista’ jeżisti bħala proċess tripartitiku, bil-gvern bħala parti uffiċjali għad-djalogu jew jista’ jikkonsisti f’relazzjonijiet bipartitiċi biss bejn ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-maniġment (jew it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi).

Protezzjoni soċjali

Is-sett ta’ miżuri mfassla biex inaqqsu u jipprevjenu l-faqar u l-vulnerabbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

Ħamrija

Is-saff ta’ fuq nett tal-qoxra tad-Dinja li jinsab bejn is-sodda ta’ blat u s-superfiċe. Il-ħamrija hija magħmula minn partiċelli minerali, materja organika, ilma, arja u organiżmi ħajjin (25).

Degradazzjoni tal-ħamrija

Il-kapaċità dejjem tonqos tal-ħamrija li tipprovdi oġġetti u servizzi tal-ekosistema kif mixtieq mill-partijiet ikkonċernati tagħha.

Issiġillar tal-ħamrija

Kopertura tal-ħamrija b’mod li ż-żona mgħottija ssir impermeabbli (eż. triq). Din in-nonpermeabbiltà tista’ toħloq impatti ambjentali kif deskritt fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2026 (26).

Tagħbijiet speċifiċi

Il-massa tas-sustanza niġġiesa rilaxxata għal kull massa tal-prodott manifatturat. Tagħbijiet speċifiċi jippermettu t-tqabbil tal-prestazzjoni ambjentali tal-installazzjonijiet irrispettivament mill-volumi ta’ produzzjoni differenti tagħhom u mhumiex influwenzati minn taħlit jew dilwizzjoni (27).

Involviment tal-partijiet ikkonċernati

Proċess kontinwu ta’ interazzjoni u ta’ djalogu bejn l-impriża u l-partijiet ikkonċernati tagħha li jippermetti lill-impriża tisma’, tifhem u twieġeb għall-interessi u għat-tħassib tagħhom.

Partijiet ikkonċernati

Dawk li jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati mill-impriża. Hemm żewġ gruppi ewlenin ta’ partijiet ikkonċernati:

i.  il-partijiet ikkonċernati affettwati: individwi jew gruppi li l-interessi tagħhom huma affettwati jew jistgħu jiġu affettwati – b’mod pożittiv jew negattiv – mill-attivitajiet tal-impriża u r-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħha tul il-katina tal-valur tagħha; u

ii.  utenti tad-dikjarazzjonijiet ta’ sostenibbiltà: utenti primarji ta’ rapportar finanzjarju bi skop ġenerali (investituri eżistenti u potenzjali, selliefa u kredituri oħra inklużi maniġers tal-assi, istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni), kif ukoll utenti oħra, inklużi s-sħab kummerċjali tal-impriża, it-trade unions u s-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-gvernijiet, l-analisti u l-akkademiċi.

Xi wħud mill-partijiet ikkonċernati, iżda mhux kollha, jistgħu jkunu jappartjenu għaż-żewġ gruppi.

Sustanzi

Kwalunkwe element kimiku u l-komposti tiegħu, bl-eċċezzjoni tas-sustanzi li ġejjin:

i.   sustanzi radjuattivi kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom (28) tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti;

ii.  mikro-organiżmi modifikati ġenetikament kif definiti fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament;

iii.  organiżmi modifikati ġenetikament kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (31).

Sustanzi ta’ tħassib

Sustanza li:

i.  tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 u li hija identifikata f’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32);

ii.  hija klassifikata fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) f’waħda mill-klassijiet ta’ periklu jew kategoriji ta’ periklu li ġejjin:

— il-kategoriji 1 u 2 tal-karċinoġeniċità;

— il-mutaġeniċità għaċ-ċelloli ġerminali tal-kategoriji 1 u 2;

— il-kategoriji 1 u 2 tat-tossiċità għar-riproduzzjoni;

— l-interferenza endokrinali għas-saħħa tal-bniedem;

— l-interferenza endokrinali għall-ambjent;

— Proprjetajiet Persistenti, Mobbli u Tossiċi jew Persistenti Ħafna, Mobbli Ħafna;

— Proprjetajiet Persistenti, Bijoakkumulattivi u Tossiċi jew Persistenti Ħafna, Bijoakkumulattivi Ħafna;

— sensitizzazzjoni respiratorja tal-kategorija 1;

— sensitizzazzjoni tal-ġilda tal-kategorija 1;

— periklu kroniku għall-ambjent akkwatiku tal-kategoriji 1 sa 4;

— perikoluż għas-saff tal-ożonu;

— tossiċità speċifika għal organu fil-mira – esponiment ripetut tal-kategoriji 1 u 2;

— tossiċità speċifika għal organu fil-mira – esponiment ta’ darba tal-kategoriji 1 u 2; jew

iii.  taffettwa b’mod negattiv l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali fil-prodott li fih tkun preżenti, kif definit fir-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn speċifiċi għall-prodott tal-Unjoni.

Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)

Sustanzi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (REACH) u li ġew identifikati skont l-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament.

Fornitur

Entità upstream mill-organizzazzjoni (jiġifieri, fil-katina tal-provvista tal-organizzazzjoni), li tipprovdi prodott jew servizz li jintuża fl-iżvilupp tal-prodotti jew tas-servizzi proprji tal-organizzazzjoni. Fornitur jista’ jkollu relazzjoni kummerċjali diretta mal-organizzazzjoni (spiss imsejħa bħala fornitur tal-ewwel livell) jew relazzjoni kummerċjali indiretta.

Katina tal-provvista

Il-firxa sħiħa ta’ attivitajiet jew ta’ proċessi mwettqin minn entitajiet upstream mill-impriża, li jipprovdu prodotti jew servizzi li jintużaw fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi proprji tal-impriża. Dan jinkludi entitajiet upstream li magħhom l-impriża għandha relazzjoni diretta (spiss imsejħa fornitur tal-ewwel livell) u entitajiet li magħhom l-impriża għandha relazzjoni ta’ negozju indiretta.

L-ilma tal-wiċċ

Ilmijiet interni, ħlief l-ilma ta’ taħt l-art; ilmijiet tranżizzjonali u ilmijiet kostali, ħlief fir-rigward tal-istatus kimiku li għalih għandu jinkludi wkoll ilmijiet territorjali (34).

Kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà

Fatturi ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem, u ta’ governanza, inklużi fatturi ta’ sostenibbiltà definiti fil-punt (24) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35).

Dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà

It-taqsima ddedikata tar-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża fejn tiġi ppreżentata l-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) u l-ESRS.

Opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà

Avvenimenti jew kundizzjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza inċerti li, jekk iseħħu, jistgħu jikkawżaw effett pożittiv materjali potenzjali fuq il-mudell tan-negozju, jew l-istrateġija fuq il-kapaċità tagħha li tilħaq l-għanijiet u l-miri tagħha u li toħloq valur, u għalhekk jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħha u dawk tas-sħab tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà. Bħal kwalunkwe opportunità oħra, l-opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà jitkejlu bħala kombinazzjoni tad-daqs tal-impatt u l-probabbiltà ta’ okkorrenza.

Riskji relatati mas-sostenibbiltà

Avvenimenti jew kundizzjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza inċerti li, jekk iseħħu, jistgħu jikkawżaw effett negattiv materjali potenzjali fuq il-mudell tan-negozju jew l-istrateġija tal-impriża, il-kapaċità tagħha li tilħaq l-għanijiet u l-miri tagħha u li toħloq valur, u għalhekk jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħha u dawk tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà. Bħal kwalunkwe riskju ieħor, ir-riskji relatati mas-sostenibbiltà huma l-kombinazzjoni tal-kobor tal-impatt u l-probabbiltà tal-okkorrenza.

Impatti relatati mas-sostenibbiltà

L-effett li l-impriża għandha jew jista’ jkollha fuq l-ambjent u n-nies, inklużi l-effetti fuq id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, bħala riżultat tal-attivitajiet jew ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-impriża. L-impatti jistgħu jkunu attwali jew potenzjali, negattivi jew pożittivi, fuq terminu qasir, medju jew twil, intenzjonati jew mhux intenzjonati, u riversibbli jew irriversibbli. L-impatti jindikaw il-kontribut tal-impriża, negattiv jew pożittiv, għall-iżvilupp sostenibbli.

Riskji sistemiċi

Riskji li jirriżultaw mill-kollass tas-sistema kollha, aktar milli mill-falliment ta’ partijiet individwali. Huma kkaratterizzati minn punti modesti ta’ żbilanċ li jikkombinaw indirettament sabiex jipproduċu fallimenti kbar b’kaskata ta’ interazzjonijiet ta’ riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni (kontaġju), hekk kif telf wieħed jiskatta katina ta’ oħrajn, u bis-sistemi li ma jirnexxilhomx jirkupraw l-ekwilibriju wara xokk. Eżempju ta’ dan huwa t-telf ta’ speċi keystone, bħal-lontra tal-baħar, li għandhom rwol kritiku fl-istruttura komunitarja tal-ekosistema. Meta l-lontra tal-baħar kienet tiġi kkaċċjata sa ma kważi ġiet estinta fis-seklu għoxrin, l- ekosistemi kostali tħarbtu u l-produzzjoni tal-bijomassa tnaqqset ferm.

Miri

Għanijiet li jistgħu jitkejlu, orjentati lejn ir-riżultati u marbuta biż-żmien li l-impriża għandha l-għan li tikseb fir-rigward tal-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali. Dawn jistgħu jiġu stabbiliti volontarjament mill-impriża jew jirriżultaw minn rekwiżiti legali fuq l-impriża.

Speċi mhedda

L-ispeċijiet fil-periklu, inklużi l-flora u l-fawna, elenkati fil-Lista l-Ħamra Ewropea jew fil-Lista l-Ħamra tal-IUCN, kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139.

Taħriġ

Inizjattivi implimentati mill-impriża mmirati lejn iż-żamma u/jew it-titjib tal-ħiliet u l-għarfien tal-ħaddiema proprji tagħha. Jista’ jinkludi metodoloġiji differenti, bħat-taħriġ fuq il-post, u t-taħriġ online.

Pjan ta’ tranżizzjoni

Tip speċifiku ta’ pjan ta’ azzjoni li jiġi adottat mill-impriża fir-rigward ta’ deċiżjoni strateġika u li jindirizza:

i.  objettiv ta’ politika pubblika; u/jew

ii.  pjan ta’ azzjoni speċifiku għall-entità organizzat bħala sett strutturat ta’ miri u azzjonijiet, assoċjati ma’ deċiżjoni strateġika ewlenija, bidla kbira fil-mudell tan-negozju, u/jew azzjonijiet u riżorsi allokati partikolarment importanti.

Pjan ta’ tranżizzjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Aspett tal-istrateġija ġenerali ta’ impriża li tistabbilixxi l-miri, l-azzjonijiet u r-riżorsi tal-impriża għat-tranżizzjoni tagħha lejn ekonomija b’livell aktar baxx ta’ karbonju, inklużi azzjonijiet bħat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħha fir-rigward tal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5 °C u n-newtralità klimatika.

Riskji ta’ tranżizzjoni

Riskji li jirriżultaw minn allinjament ħażin bejn l-istrateġija u l-ġestjoni ta’ organizzazzjoni jew ta’ investitur u x-xenarju regolatorju, politiku jew soċjetali li qed jinbidel li fih topera. L-iżviluppi li għandhom l-għan li jwaqqfu jew ireġġgħu lura l-ħsara lill-klima jew lin-natura, bħal miżuri tal-gvern, skoperti teknoloġiċi, bidliet fis-suq, litigazzjoni u tibdil fil-preferenzi tal-konsumaturi kollha jistgħu joħolqu jew jibdlu r-riskji ta’ tranżizzjoni.

Utenti

L-utenti tar-rapporti dwar is-sostenibbiltà huma l-utenti primarji tar-rapportar finanzjarju ta’ skop ġenerali (investituri eżistenti u potenzjali, mutwanti u kredituri oħrajn, inklużi maniġers tal-assi, istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni), kif ukoll utenti oħrajn, inklużi s-sħab kummerċjali tal-impriża, it-trade unions u s-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-gvernijiet, l-analisti u l-akkademiċi.

Katina tal-valur

Il-firxa sħiħa ta’ attivitajiet, riżorsi u relazzjonijiet relatati mal-mudell tan-negozju tal-impriża u l-ambjent estern li fih topera.

Katina tal-valur tinkludi l-attivitajiet, ir-riżorsi u r-relazzjonijiet li l-impriża tuża u tiddependi fuqhom sabiex toħloq il-prodotti jew is-servizzi tagħha mill-konċepiment sal-konsenja, il-konsum u t-tmiem tal-ħajja. L-attivitajiet, ir-riżorsi u r-relazzjonijiet rilevanti jinkludu:

i.  dawk fl-operazzjonijiet proprji tal-impriża, bħar-riżorsi umani;

ii.  dawk tul il-kanali tal-provvista, tal-kummerċjalizzazzjoni u tad-distribuzzjoni tagħha, bħall-forniment u s-servizzi ta’ materjali u ta’ servizzi u l-bejgħ u l-konsenja ta’ prodotti u ta’ servizzi; u

iii.  l-ambjenti ta’ finanzjament, ġeografiċi, ġeopolitiċi u regolatorji li fihom topera l-impriża.

Il-katina tal-valur tinkludi atturi upstream u downstream mill-impriża. Atturi upstream mill-impriża (eż., fornituri) jipprovdu prodotti jew servizzi li jintużaw fl-iżvilupp tal-prodotti jew tas-servizzi tal-impriża. Entitajiet downstream mill-impriża (eż. distributuri, klijenti) jirċievu prodotti jew servizzi mill-impriża.

►C2  L-ESRS ◄ jużaw it-terminu “katina tal-valur” fis-singular, għalkemm huwa rikonoxxut li l-impriżi jista’ jkollhom ktajjen tal-valur multipli.

Ħaddiem tal-katina tal-valur

Individwu li jwettaq xogħol fil-katina tal-valur tal-impriża, irrispettivament mill-eżistenza jew min-natura ta’ kwalunkwe relazzjoni kuntrattwali mal-impriża. Fl-ESRS, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ħaddiema fil-katina tal-valur jinkludi l-ħaddiema kollha fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża li huma affettwati jew jistgħu jiġu affettwati materjalment mill-impriża. Dan jinkludi impatti li huma konnessi mal-operazzjonijiet tal-impriża stess, u l-katina tal-valur, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Dan jinkludi l-ħaddiema kollha li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “Forza tax-Xogħol Proprja” (“Forza tax-Xogħol Proprja” tinkludi persuni li huma f’relazzjoni ta’ impjieg mal-impriża (“impjegati”) u mhux impjegati li jew huma kuntratturi individwali li jfornu x-xogħol lill-impriża (“persuni li jaħdmu għal rashom”) jew persuni pprovduti minn impriżi primarjament involuti f’attivitajiet ta’ impjieg. (Kodiċi N78 tan-NACE)

Paga

Paga grossa, minbarra komponenti varjabbli bħas-sahra u l-paga tal-inċentivi, u esklużi l-allowances sakemm ma jkunux garantiti.

Skart

Kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jarmi jew huwa meħtieġ li jarmi (37).

Ġerarkija tal-iskart

Ordni ta’ prijorità fil-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-iskart (38):

i.  prevenzjoni;

ii.  preparazzjoni għal użu mill-ġdid;

iii.  riċiklaġġ;

iv.  irkupru ieħor (eż. irkupru tal-enerġija); u

v.  rimi.

Immaniġġar tal-iskart

Il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi tal-iskart, inkluż is-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-kura ta’ wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet meħuda bħala negozjant jew sensar (39).

Ilma mormi

Ilma li ma jkunx ta’ valur immedjat ulterjuri għall-fini li għalih ikun intuża jew li għalih ikun ġie prodott minħabba l-kwalità, il-kwantità jew il-ħin tal-okkorrenza tiegħu.

L-ilma mormi minn utent wieħed jista’ jkun provvista potenzjali għal utent xi mkien ieħor. L-ilma tat-tberrid ma huwiex meqjus bħala ilma mormi.

Konsum tal-ilma

L-ammont ta’ ilma prelevat fil-konfini tal-impriża (jew tal-faċilità) u mhux skarikat lura fl-ambjent tal-ilma jew f’parti terza matul il-perjodu tar-rapportar.

Skariku tal-ilma

Is-somma ta’ effluwenti u ilma ieħor li jħallu l-konfini tal-organizzazzjoni u rilaxxati fl-ilma tal-wiċċ, l-ilma ta’ taħt l-art, jew partijiet terzi matul il-perjodu ta’ rappurtar.

Intensità tal-ilma

Metrika li tipprovdi r-relazzjoni bejn aspett volumetriku tal-ilma u unità ta’ attività (prodotti, bejgħ, eċċ.) maħluqa.

Ilma (riċiklat u użat mill-ġdid)

Ilma u ilma mormi (ittrattat jew mhux ittrattat) li ntuża aktar minn darba qabel ma ġie skarikat mill-konfini tal-impriża jew ta’ faċilitajiet kondiviżi, sabiex titnaqqas id-domanda għall-ilma. Dan jista’ jkun fl-istess proċess (riċiklat) jew fi proċess differenti fl-istess faċilità (proprja jew kondiviż ma’ impriżi oħra) jew f’faċilità oħra tal-impriża (użata mill-ġdid).

Skarsezza tal-ilma

L-abbundanza volumetrika, jew in-nuqqas tagħha, ta’ riżorsi tal-ilma ħelu. L-iskarsezza hija xprunata mill-bniedem; hija funzjoni tal-volum tal-konsum tal-ilma mill-bniedem meta mqabbel mal-volum tar-riżorsi tal-ilma f’żona partikolari. Bħala tali, reġjun aridu bi ftit li xejn ilma, iżda l-ebda konsum tal-ilma mill-bniedem ma jitqiesx bħala skars, iżda, minflok, bħala aridu. L-iskarsezza tal-ilma hija realtà fiżika u oġġettiva li tista’ titkejjel b’mod konsistenti fost ir-reġjuni u maż-żmien. L-iskarsezza tal-ilma tirrifletti l-abbundanza fiżika tal- ilma ħelu aktar milli jekk dak l-ilma huwiex adattat għall-użu. Pereżempju, reġjun jista’ jkollu riżorsi tal-ilma abbundanti (u għalhekk ma jitqiesx bħala skars fl-ilma) iżda tant ikollu tniġġis serju li dawk il-provvisti ma jkunux tajbin għall-użu mill-bniedem jew ekoloġiku.

Estrazzjoni tal-ilma

Is-somma tal-ilma kollu miġbud fil-konfini tal-impriża mis-sorsi kollha għal kwalunkwe użu matul il-perjodu ta’ rapportar.

Rappreżentanti tal-ħaddiema

Rappreżentanti tal-ħaddiema tfisser:

i.  rappreżentanti tat-trade unions, jiġifieri rappreżentanti magħżula jew eletti minn trade unions jew minn membri ta’ dawn il-unions skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali;

ii.  rappreżentanti eletti kif xieraq, jiġifieri rappreżentanti li huma eletti liberament mill-ħaddiema tal-organizzazzjoni, mhux taħt id-dominazzjoni jew il-kontroll tal-impjegatur f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi u li l-funzjonijiet tagħhom ma jinkludux attivitajiet li huma l-prerogattiva esklużiva tat-trade unions fil-pajjiż ikkonċernat u li l-eżistenza tagħhom ma tintużax biex timmina l-pożizzjoni tat-trade unions ikkonċernati jew tar-rappreżentanti tagħhom.

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

Stat sodisfaċenti ta’ ekwilibriju bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-individwu. Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata f’sens usa’ jinkludi mhux biss il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata skont ir-responsabbiltajiet tal-familja jew tal-kura, iżda wkoll l-allokazzjoni tal-ħin bejn il-ħin imqatta’ fuq ix-xogħol u fil-ħajja privata lil hinn mir-responsabbiltajiet tal-familja.

Perikli relatati max-xogħol

Il-perikli relatati max-xogħol jistgħu jkunu:

i.  fiżiċi (eż., radjazzjoni, estremitajiet tat-temperatura, storbju qawwi kostanti, tixrid mal-art jew perikli ta’ gambetta, makkinarju mhux imħares, tagħmir elettriku difettuż);

ii.  ergonomiċi (eż., stazzjonijiet tax-xogħol u siġġijiet aġġustati b’mod mhux xieraq, movimenti skomdi, vibrazzjoni);

iii.  kimika (eż. espożizzjoni għal karċinoġeni, mutaġeni, sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni, solventi, monossidu tal-karbonju, jew pestiċidi);

iv.  bijoloġiċi (eż., esponiment għad-demm u għal fluwidi tal-ġisem, għal fungi, għal batterji, għal viruses, jew għal gidmiet tal-insetti);

v.  psikosoċjali (eż. abbuż verbali, fastidju, bullying);

vi.  relatati mal-organizzazzjoni tax-xogħol (eż., talbiet għal ammont ta’ xogħol eċċessiv, xogħol bix-xift, sigħat twal, xogħol ta’ billejl, vjolenza fuq ix-xogħol).

Inċident relatat max-xogħol

Okkorrenza li tirriżulta minn jew matul ix-xogħol li tista’ tirriżulta f’korriment jew f’mard. L-inċidenti jistgħu jkunu dovuti, pereżempju, għal problemi elettriċi, splużjonijiet, nar, tifwir, qlib, tnixxija, fluss, ksur, tifqigħ, qsim, telf ta’ kontroll, żliq, tħarbit u waqgħat, moviment tal-ġisem mingħajr stress, moviment tal-ġisem taħt/bi stress, xokk, fjamma, vjolenza jew fastidju fuq il-post tax-xogħol (eż. fastidju sesswali).

Inċident li jirriżulta f’korriment jew mard ta’ spiss jissejjaħ “aċċident”. Inċident li għandu l-potenzjal li jirriżulta f’korriment jew saħħa ħażina iżda fejn dawn ma jseħħux spiss jissejjaħ “sejħa mill-qrib”, “kważi mittief”, jew “kważi hit”.

(1)   

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(2)   

Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(3)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2012 li tistipula r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-data u t-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 63, 2.3.2012, p. 1).

(4)   

L-Artikolu 3, il-punt 10 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(5)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1).

(6)   

Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(7)   

2013/488/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(8)   

Il-punt 21 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi ( ĠU L 196, 25.7.2022, p. 1).

(9)   

Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(10)   

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(11)   

L-Artikolu 2(20) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(12)   

Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

(13)   

Id-Direttiva tal-Kunsill2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p.16).

(14)   

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(15)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

(16)   

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1288 tas-6 ta’ April 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-prinċipju ta’ la tagħmilx ħsara sinifikanti, li jispeċifikaw il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-indikaturi tas-sostenibbiltà u l-impatti avversi fuq is-sostenibbiltà, u l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni b’rabta mal-promozzjoni tal-karatteristiċi ambjentali jew soċjali u l-objettivi ta’ investiment sostenibbli f’dokumenti prekuntrattwali, fuq siti web u f’rapporti perjodiċi (ĠU L 196, 25.7.2022, p. 1).

(17)   

L-Artikolu 2 punt (g) tad-Direttiva tal-Kunsill1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

(18)   

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-kontenituri (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(19)   

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġiffaċilitat l-investiment sostenibbli.

(20)   

Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(21)   

Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(22)   

L-Artikolu 3(15) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

(23)   

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(24)   

Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

(25)   

L-Artikolu 3(21) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(26)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2026 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 18).

(27)   

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2012 li tistipula r-regoli rigward gwida dwar il-ġbir tad-data u t-tfassil tad-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tagħhom imsemmija fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali.

(28)   

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1).

(29)   

Id-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 75).

(30)   

Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(31)   

Id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED).

(32)   

(Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1)

(33)   

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(34)   

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (Direttiva Qafas dwar l-Ilma).

(35)   

Ir-Regolament (UE) 2019/2088 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

(36)   

Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(37)   

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

(38)   

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

(39)   

L-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2772
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.