+Artikolu 8 Segretezza professjonali
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 2a.
---+Artikolu 8 2b.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Segretezza professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Il-Membri tal-Bord Ġenerali u kwalunkwe persuna oħra li taħdem jew li tkun ħadmet għal jew b’rabta mal-BERS (inkluż il-persunal rilevanti tal-banek ċentrali, il-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv, il-Kumitat Tekniku Konsultattiv, l-ASE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri) m’għandhomx jikxfu informazzjoni li tkun suġġetta għas-segretezza professjonali, anki wara li jintemmu d-dmirijiet tagħhom. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-diskussjonijiet bil-fomm kunfidenzjali li jsiru skont l-Artikolu 19(5).
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-informazzjoni li jirċievu l-membri tal-BERS għandha tintuża biss matul id-dmirijiet tagħhom u fit-twettiq tal-kompiti stipulati fl-Artikolu 3(2).
|
|
Artikolu 8 2a.
|
Il-membri tal-BERS mill-banek ċentrali nazzjonali, mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u mill-awtoritajiet nazzjonali fdati bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali jistgħu, fil-kapaċità tagħhom bħala membri tal-BERS jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali jew lill-korpi responsabbli mill-istabbiltà tas-sistema finanzjarja f’konformità mal-liġi tal-Unjoni jew mal-arranġamenti nazzjonali informazzjoni relatata mat-twettiq tal-kompiti fdati lill-BERS li hija meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji ta’ dawk l-awtoritajiet jew korpi, dment li jiġu stabbiliti salvagwardji suffiċjenti biex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tal-liġi tal-Unjoni u l-arranġamenti nazzjonali rilevanti.
|
|
Artikolu 8 2b.
|
Fejn l-informazzjoni toriġina minn awtoritajiet oħra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2a, il-membri tal-BERS mill-banek ċentrali nazzjonali, mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali u mill-awtoritajiet nazzjonali fdati bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali għandhom jużaw dik l-informazzjoni għall-eżerċizzju tal-kompiti statutorji tagħhom bil-qbil espliċitu ta’ dawk l-awtoritajiet biss.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 15 u 16 u l-applikazzjoni tal-liġi kriminali, l-ebda informazzjoni kunfidenzjali riċevuta mill-persuni msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom ma għandha tiġi mikxufa lil persuna jew awtorità oħra, ħlief f’forma mqassra jew aggregata, b’mod li l-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-BERS għandu, flimkien mal-ASE, jaqbel dwar u jistabbilixxi proċeduri speċifiċi ta’ kunfidenzjalità sabiex titħares l-informazzjoni rigward istituzzjonijiet finanzjarji individwali u informazzjoni li minnha jistgħu jiġu identifikati istituzzjonijiet finanzjarji individwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32010R1092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|