+Artikolu 63 Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
---+Artikolu 63 1.
---+Artikolu 63 2.
---+Artikolu 63 3.
---+Artikolu 63 4.
---+Artikolu 63 5.
---+Artikolu 63 6.
---+Artikolu 63 7.
---+Artikolu 63 8.
---+Artikolu 63 9.
---+Artikolu 63 10.
---+Artikolu 63 11.
|
Artikolu 63 Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1.
|
Meta, fil-qadi ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 60(1), l-ESMA għandha taħtar uffiċjal investigattiv indipendenti fi ħdanha biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal investigattiv ma għandux ikun involut fis-superviżjoni diretta jew indiretta jew fil-proċess ta’ reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern ikkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
|
|
Artikolu 63 2.
|
L-uffiċjal investigattiv għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment imressaq mill-persuni li jkunu soġġetti għal investigazzjoni, u għandu jressaq fajl komplut bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.
|
|
Artikolu 63 3.
|
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal investigattiv jista’ jeżerċita s-setgħa li jirrikjedi informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 54 u li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 55 u 56. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal investigattiv għandu jikkonforma mal-Artikolu 57.
|
|
Artikolu 63 4.
|
Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal investigattiv għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha miġbura mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.
|
|
Artikolu 63 5.
|
Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel iressaq il-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal investigattiv għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għal investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal investigattiv għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni soġġetti għal investigazzjoni kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwarhom.
|
|
Artikolu 63 6.
|
Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu kompletament irrispettati matul l-investigazzjonijiet skont dan l-Artikolu,.
|
|
Artikolu 63 7.
|
Mat-tressiq tal-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal investigattiv għandu jinnotifika dak il-fatt lill-persuni li jkunu soġġetti għal investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għal investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti professjonali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.
|
|
Artikolu 63 8.
|
Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal investigattiv u, meta tintalab mill-persuni kkonċernati, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f’konformità mal-Artikolu 64, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 60(1) ikunux twettqu mill-persuni soġġetti għal investigazzjoni u, f’każ bħal dan, għandha tieħu miżura superviżorja f’konformità mal-Artikolu 59 u timponi multa f’konformità mal-Artikolu 60.
|
|
Artikolu 63 9.
|
L-uffiċjal investigattiv ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA jew bi kwalunkwe mod ieħor jintervjeni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha.
|
|
Artikolu 63 10.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 68 sal-21 ta’ Diċembru 2024 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar il-proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa tal-ESMA li timponi multi jew pagamenti ta’ penali perjodiċi, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, il-ġbir ta’ multi jew pagamenti ta’ penali perjodiċi, u regoli dettaljati dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta’ penali.
|
|
Artikolu 63 11.
|
L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti meta, fil-qadi ta’ dmirijietha skont dan ir-Regolament, issib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta’ fatti li jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti ta’ penali perjodiċi meta liberazzjoni jew kundanna preċedenti li jirriżultaw minn fatti identiċi, jew minn fatti li jkunu sostanzjalment l-istess, ikunu diġà saru res judicata bħala riżultat tal-proċedimenti kriminali skont id-dritt nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|