+Artikolu 10 4

Artikolu 10 4

4.   L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi li l-qafas legali u l-prassi superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu 2. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw mill-inqas dan li ġej:

(a)

il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari u ad hoc bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha mitluba mill-ESMA rigward il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz;

(b)

il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li l-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz u ssorveljat minn dik l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tiegħu, jew dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali oħra f’dak il-pajjiż terz;

(c)

il-proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji, inklużi spezzjonijiet fuq il-post;

(d)

il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tieħu kwalunkwe azzjoni regolatorja jew superviżorja fir-rigward tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz, inkluż kwalunkwe bidla li jista’ jkollha impatt fuq il-konformità kontinwa tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli;

(e)

il-mekkaniżmu għal notifika fil-pront lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz meta l-ESMA toħroġ avviż pubbliku f’konformità mal-Artikolu 35 lill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG awtorizzat jew irreġistrat f’dak il-pajjiż terz.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta l-ESMA tiġi infurmata li fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG stabbilit barra mill-Unjoni ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jiġi awtorizzat jew reġistrat fil-pajjiż ta’ awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni tiegħu, l-ESMA għandha tneħħih mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 14.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.