|
+Artikolu 36 Rieżami u rapportar |
Artikolu 36 Rieżami u rapportarArtikolu 36 Rieżami u rapportar ▼M2 —————
2.
►M2 Sas-26 ta’ Lulju 2031, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-effettività u l-effiċjenza tagħha fl-ilħuq tal-objettivi tagħha, b’mod partikolari fl-indirizzar tal-impatti negattivi. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. L-ewwel rapport għandu, fost l-oħrajn, jivvaluta l-kwistjonijiet li ġejjin: ◄
(a)
l-impatti ta’ din id-Direttiva fuq l-SMEs, flimkien ma’ valutazzjoni tal-effettività tal-miżuri u l-għodod differenti għall-appoġġ ipprovduti lill-SMEs mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri;
(b)
il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-kumpaniji koperti, jekk din tiżgurax l-effettività ta’ din id-Direttiva fid-dawl tal-objettivi tagħha, kundizzjonijiet ekwi bejn l-entitajiet koperti u li l-kumpaniji ma jistgħux jevitaw l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż:
—
jekk l-Artikolu 3(1), il-punt (a), jeħtieġx jiġi rivedut sabiex l-entitajiet kostitwiti bħala forom legali differenti minn dawk elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE ikunu koperti minn din id-Direttiva;
—
jekk il-mudelli tan-negozju jew il-forom ta’ kooperazzjoni ekonomika ma’ kumpaniji terzi għajr dawk koperti mill-Artikolu 2 jeħtieġx jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;
—
jekk il-livelli limitu rigward il-fatturat rilevanti u, għal kumpaniji li huma ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, l-għadd ta’ impjegati stipulat fl-Artikolu 2 jeħtieġx li jiġi rivedut u jekk jeħtieġx jiġi introdott approċċ speċifiku għas-settur f’setturi b’riskju għoli, u, b’mod partikolari, jekk il-kumpaniji b’fatturat rilevanti ta’ aktar minn EUR 450 000 000 u, għall-kumpaniji li huma ffurmati f’konformità mal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, aktar minn medja ta’ 1 000 impjegat matul is-sena finanzjarja u, barra minn hekk, il-kumpaniji li joperaw f’setturi b’impatt għoli għandhomx ikunu koperti b’din id-Direttiva
—
jekk il-kriterju tal-fatturat nett iġġenerat fl-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(2) jeħtieġx jiġi rivedut;
(c)
jekk id-definizzjoni tat-terminu “katina ta’ attivitajiet” jeħtieġx tiġi riveduta;
(d)
jekk l-Anness ta’ din id-Direttiva jeħtieġx jiġi modifikat, inkluż fid-dawl tal-iżviluppi internazzjonali, u jekk jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri impatti negattivi addizzjonali, b’mod partikolari impatti negattivi fuq il-governanza tajba; ▼M2 —————
(f)
l-effettività tal-mekkaniżmi ta’ infurzar stabbiliti fil-livell nazzjonali, inklużi l-effetti protettivi tagħhom fuq id-detenturi tad-drittijiet;
(g)
jekk humiex meħtieġa bidliet fil-livell ta’ armonizzazzjoni previsti f’din id-Direttiva biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji fis-suq intern, inkluż il-konverġenza u d-diverġenza bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|